Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kandidati magħżula għall-cabin crew temporanji mal-Kumpanija Air Malta baqawx igawdu mill-istipendju?
Jista' jiggarantixi li l-proċeduri u kriterji ta' l-ETC kollha ġew esegwiti u osservati fl-aħħar intervisti li saru fosthom li l-Air Malta għandha l-obblihu li tagħti spjegazjoni lill-istess ETC tal-proċeduri wżati, ta' kif saru l-intervisti, kif saru l-għażliet u għaliex tkun intgħażlet persuna u mhux oħra?
Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta dawn itbgħatu lill-ETC u jekk huwa possibli jpoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?
(PQ waslet 30/5/2001)
Response (BONNICI, JOSEF)
Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mhuwiex il-kompitu tal-linja nazzjonali ta' l-ajru li tindaga dwar stipendju.
Nassigura lill-Onorevoli Membru li l-proċeduri u kriterji mitluba mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ ġew esegwiti u osservati kollha meta sar ir-reklutaġġ tal-Cabin Crew temporanji. Peress li ċerta nformazzjoni dwar il-kandidati tista' tkun ta' natura kunfidenzjali, id-dettalji inżammu mill-Air Malta u ma jkunx prudenti li dawn isiru pubbliċi.
Jista' l-Ministru jinfurmani għaliex l-ajruplani IUICC u IOBSU kienu f'Malta u jtiru local flight fuq zona ta' Malta?
X'garanzija għandu l-Ministru li dawn l-ajruplani ma jintużawx sabiex jibgħatu messaġġi minn fejn qed ipassi l-pixxi spad u t-tonn fil-kosta tas-sajd ta' Malta?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-ajruplani IUICC u IOBSU ma jirriżultax li kienu f'Malta u għaldaqstant ma għamlu ebda local flights fuq iz-zona ta' Malta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-valur ta' l-investiment li għamel il-gvern permezz ta' l-MDC, il-kumpanniji MGI u l-MIMCOL? Kemm minn dan l-investiment sar fl-aħħar sentejn u nofs?
Response (BONNICI, JOSEF)
Il-valur ta' l-investiment li sar mill-Gvern permezz tal-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta kien ta' Lm455,797. Il-valur totali ta' investimenti f'ishma miżmuma mill-MIMCOL u l-MGI huwa ta' Lm31,935,981.
Matul dawn l-aħħar sentejn u nofs, l-investiment li sar mill-MIMCOL u l-MGI kien ta' Lm417,125. Dwar investiment magħmul mill-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta matul dan il-perjodu, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-aħħar Estimi Ġenerali.
Jista' l-Ministru ġentilment jara ma' l-Enemalta jekk tistax issir bozza fi Triq l-Ikħal, San Tumas, Marsascala, għax din it-triq hi ferm mudlama minkejja li hi ferm abitata?
Billi din it-talba ilha tintalab għal żmien twil, anke permezz ta' mistoqsijiet parlamentari oħra tiegħi, possibbli li Enemalta tgħid jekk din il-bozza hux ser issir jew le għax hemm pressjoni ġusta mir-residenti biex din il-bozza issir?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Jista' l-Ministru jgħid fejn huma t-toroq fil-Birgu fejn ser ikunu nstallati bozoz ġodda sa l-aħħar tas-sena 2001?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li s'issa l-Korporazzjoni Enemalta ipproġettat li twaħħal lampi ġodda fi Triq tal-Ħawli ħdejn il-Blokki A, B u Ċ, il-Birgu. Dan ma jfissirx li sa tmiem din is-sena ma jistgħux jitwaħħlu aktar lampi ġodda f'toroq oħra f'din il-lokalita'.
Jista' l-Ministru jara li kontijiet tad-dawl u ilma li qed nibgħat separatament jiġu rranġati sabiex il-kont ikun jirrifletti t-tnaqqis meħtieġ?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninforma lill-Onorevoli membru li l-kont ġie riferut lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex issir l-investigazzjoni neċessarja u naturalment jekk jirriżulta li fih xi żball isir l-aġġustament relattiv.
Jista' l-Ministru jgħid fejn huma t-toroq fl-area magħrufa bħala St Peter's Ħaż-Żabbar fejn ser ikunu nstallati bozoz ġodda sa l-aħħar tas-sena 2001?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li bħalissa l-Korporazzjoni Enemalta qed tevalwa diversi talbiet li għandha għal twaħħil ta' lampi ġodda fil-lokalita' ta' Ħaż-Żabbar, inkluża z-zona magħrufa bħala "St. Peters". Wara li titlesta din l-evalwazzjoni, ikunu jistgħu jiġu identifikati t-toroq fejn ikun ser isir ix-xogħol.
Jista' l-Ministru jgħid fejn huma t-toroq f'Bormla fejn ser ikunu nstallati bozoz ġodda sa l-aħħar tas-sena 2001?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li bħalissa l-Korporazzjoni Enemalta qed tevalwa diversi talbiet li għandha għal twaħħil ta' lampi ġodda fil-lokalita' ta' Bormla. Wara li titlesta din l-evalwazzjoni, ikunu jistgħu jiġu identifikati t-toroq fejn ikun ser isir ix-xogħol.
Jista' l-Ministru jgħid fejn huma t-toroq fl-Isla fejn ser ikunu nstallati bozoz ġodda sa l-aħħar tas-sena 2001?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li s'issa l-Korporazzjoni Enemalta ipproġettat li twaħħal żewġ lampi ġodda fi Triq l-Arkati, l-Isla. Dan ma jfissirx li sa tmiem din is-sena ma jistgħux jitwaħħlu aktar lampi ġodda f'toroq oħra f'din il-lokalita'.
Jista' l-Ministru jgħid fejn huma t-toroq fix-Xgħajra fejn ser ikunu nstallati bozoz ġodda sa l-aħħar tas-sena 2001?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li bħalissa l-Korporazzjoni Enemalta qed tevalwa diversi talbiet li għandha għal twaħħil ta' lampi ġodda fil-lokalita' tax-Xgħajra. Wara li titlesta din l-evalwazzjoni, ikunu jistgħu jiġu identifikati t-toroq fejn ikun ser isir ix-xogħol.
Jista' l-Ministru jgħid fejn huma t-toroq fil-Fgura fejn ser ikunu nstallati bozoz ġodda sa l-aħħar tas-sena 2001?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li bħalissa l-Korporazzjoni Enemalta qed tevalwa diversi talbiet li għandha għal twaħħil ta' lampi ġodda fil-lokalita' tal-Fgura. Wara li titlesta din l-evalwazzjoni, ikunu jistgħu jiġu identifikati t-toroq fejn ikun ser isir ix-xogħol.
Jista' l-Ministru jgħid fejn huma t-toroq fil-Kalkara fejn ser ikunu nstallati bozoz ġodda sa l-aħħar tas-sena 2001?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li s'issa l-Korporazzjoni Enemalta ipproġettat li twaħħal lampi ġodda fi Triq Agostino Portelli u fi Triq San Ġużepp (ħdejn it-taraġ), il-Kalkara. Dan ma jfissirx li sa tmiem din is-sena ma jistgħux jitwaħħlu aktar lampi ġodda f'toroq oħra f'din il-lokalita'.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 26789, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm kumpanniji oħra li fl-aħħar sentejn u nofs rebħu kuntratti tal-Medigrain għall-provvista ta' qamgħ li rebħu sitta u għoxrin fil-mija jew iżjed tal-kuntratti kollha mogħtija? Liema huma dawn il-kumpanniji u kemm rebħu kuntratti?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li ma kien hemm ebda kumpanija oħra li matul l-aħħar sentejn u nofs rebħet sitta u għoxrin fil-mija jew iżjed tal-kuntratti kollha tal-Medigrain.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 25362, jista' l-Ministru jagħti lill-Kamra d-dettalji mitluba peress li l-informazzjoni mitluba: (1) tikkonċerna nfiq pubbliku; (2) biex il-Kamra tkun informata, kif wara kollox huwa d-dover tal-gvern li jonforma, dwar il-pożizzjoni tal-kontijiet finanzjarji ta' l-entitajiet governattivi; (3) biex il-Kamra tkun assigurata li l-proċeduri wżati u li qed jintużaw fi ħlasijiet u f'kontijiet pendenti huma korretti u fl-ambitu tar-regolamenti?
Ma jaħsibx il-Ministru li bl-informazzjoni mitluba jkun qiegħed jikkonferma bil-fatti li jemmen fi trasparenza u amministrazzjoni bla ħabi u bla abbuż?
Fin-nuqqas li tingħata din l-informazzjoni, jista' jagħti raġuni għala mhijiex tingħata meta din hija informazzjoni importanti u tikkonċerna infiq pubbliku u għaldaqstant għandu dritt għaliha?
(PQ waslet 29/5/2001)
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Membru għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija numru 25319.
Għalkemm is-suġġett taż-żewġ mistoqsijiet huwa differenti, il-parametri huma simili u l-istess stedina li għamiltlu f'dik it-tweġiba tgħodd ukoll għal din.
Jista' jiġi nvestigat x'qed jikkaġuna r-riħa qawwija li ilu jkun hemm fil-power station tal-Marsa għal iżjed minn xaħar? Jirriżulta li ħaddiema ħarġu bis-sick leave minħabba din l-intiena? Ittieħdu xi passi mill-management tal-korporazzjoni Enemalta wara li l-ħaddiema kitbu jilmentaw dwar l-intiena? X'passi ttieħdu?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li huwa minnu li għal xi ġranet matul Ġunju li għadda kien hemm riħa li x'aktarx oriġinat meta tanker kien qed jippompja żejt f'tank tal-fuel fil-power station.
M'hemm ebda rapporti ta' ħaddiema tal-power station li ħarġu bis-sick leave minħabba din ir-riħa.
Ninsab infurmat ukoll li l-Korporazzjoni qed tikkunsidra l-possibilta' ta' tipi oħra ta' fuel minn dak preżenti.
Jogħġbu l-Ministru jintervjeni u jara għaliex l-arblu tad-dawl f'Dawret it-Torri, Santa Luċija, li hemm eżatt quddiem il-knisja ta' Santa Luċija, ilu mitfi għal aktar minn sena, flimkien mal-pelican lights li hemm taħt l-istess arblu? Jista' jara li dan jinxtegħel mill-aktar fis?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.