Sptar Ġenerali t’Għawdex – trasferiment ta’ pazjenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema pazjenti ser jiġu meħuda mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex lejn Dar Lourdes f’Għajnsielem?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li bħalissa għaddej proċess ta’ transition planning relatat mall-iżvilupp tal-isptar il-ġdid ġewwa Għawdex. Dan il-proċess, li qed isir bl-inqas inkonvenjent possibbli għall-pazjenti kkonċernati, ser iwassal għal qabża fil-kwalita’ ta' servizzi tas-saħħa offruti mingħajr ħlas għal pazjenti Għawdxin.
Jista’ l-Ministru jgħid xi ftehim sar min naħa tal-Gvern mal-Knisja dwar l-użu ta’ Dar Lourdes u kemm ser ikun qed iħallas il-Gvern għall-u¿u ta’ din id-dar jew parti minnha biex fiha jittieħdu pazjenti li bħalissa jinsabu fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex?
Dipartiment għas-Saħħa – ħlas lill-AFM għall-użu tal-Helicopter
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien iħallas id-Dipartiment tas-Saħħa lill-Forzi Armati ta' Malta għal kull pazjent li kien jinġarr bil-helicopter tal-AFM bejn l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u l-Isptar f'Malta, sakemm kien jintuża l-helicopter tal-AFM?
Dipartiment għas-Saħħa – struzzjonijiet għall-manutenzjonijiet u tiswija fil-ħsarat fis-servizzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk inħarġux struzzjonijiet mill-awtoritajiet tad-Dipartiment tas-Saħħa biex ma tibqax issir manutenzjoni u tiswija ta' ħsarat tas-servizzi fis-Sezzjoni tal-Anzjani Nisa, Dar Sant’Anna, fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, għar-raġuni li dawn il-pazjenti se jiġu trasferiti għal post ieħor? Jekk fl-affermattiv ma jidhirlux li sa meta jsir dan it-trasferiment dan jista' jkun ta’ inkonvenjent kemm għall-pazjenti kif ukoll għall-istaff?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-manutenzjoni u t-tiswija ta' ħsarat tas-servizzi fir-residenza ta’Sant’Anna, fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex qed ikomplu jsiru sabiex ma jinholoq l’ebda nkonvenjent kemm ghall-pazjenti kif ukoll ghall-istaff.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra s-Service Level Agreement li ġie ffirmat bejn il-Ministeru għas-Saħħa, il-GRTU u l-Malta Chamber of Pharmacies f’Ottubru 2015?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija ta’ natura kummerċjali.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li tul ix-xahar ta’ Marzu u l-bidu t’April 2017, fl-Isptar Karin Grech kien hemm nuqqas ta’ air mattresses? Jista’ jikkonferma wkoll li kien hemm pazjenti li ma ġewx trasferiti mill-Isptar Mater Dei għall-Isptar Karin Grech minħabba n-nuqqas ta’ air mattresses?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kien hemm numru ta’ air mattresses għat-tiswija fid-Dipartiment tal-Bijomedika fl-isptar Mater Dei. Ninfurmaha ukoll illi l-isptar Karen Grech issa mpjega żewg biomedical technicians sabiex manutenzjoni ta' dawn l-air mattresses issir mingħajr dewmien fuq il-post.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-Isptar Karin Grech issa għandu jew ser ikollu sistema tal-IT indipendenti mis-sistema tal-MITA? Jekk dan huwa minnu, jista’ jgħid kif ser ikun hemm continuity of care għall-pazjenti li jiġu trasferiti mill-Isptar Mater Dei għall-Isptar Karin Grech? Jista' jgħid ukoll kif it-tobba se jkunu jistgħu jaraw ir-riżultati ta' testijiet mediċi li jkunu saru fl-Isptar Mater Dei? Jekk dan mhux minnu, jista' jgħid jekk kumpanija privata li tmexxi negozju fis-saħħa hux qed ikollha aċċess għas-sistema tal-IT tal-Gvern? Il-Ministru għandu pjan li, wara dan il-preċedent, jagħti aċċess għas-sistema tal-IT lil kumpaniji, kliniċi u sptarijiet privati oħra?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-kumpanija Vitals Global Healthcare qed taħdem sabiex tiżviluppa sistema tal-IT avvanzata li hija kompatibbli ma dik tal-gvern. Din il-kumpanija qed tiddiskuti ma bosta entitajiet governattivi biex tassigura li jkun hemm continuity of care u li s-sistema tkun ta’ benefiċċju għat-tobba u għal-pazjenti kollha.
B’referenza għall-intervista ma’ Dr Nadine Delicata li dehret f’The Malta Independent on Sunday tal-Ħadd 2 ta’ April 2017, jista’ l-Ministru jgħid kif pazjenti li jżuru Malta għall-kura privata mhux se jiġu trattati bi preferenza fuq pazjenti Maltin li mhux qed iħallsu? Dan ifisser li pazjenti li qed iħallsu ser jitħallew jistennew biex isirulhom it-testijiet neċessarji (eż MRI) biex joħroġ ir-riżultat u jerġgħu jistennew bħal pazjenti oħrajn biex issirilhom operazzjoni? Jew fil-fatt pazjenti li jħallsu, speċjalment pazjenti li jiġu Malta għall-kura, mhux se jistennew bħal pazjenti Maltin li ma jħallsux u jinqdew qabel?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-servizzi tas-saħħa ser jibqaw b’xejn għal Maltin u l-Għawdxin kollha. Il-kumpanija Vitals Global Healthcare, qed tinvesti 220miljun ewro fl-infrastruttura, fir-riżorsi umani u sistemi tal-IT sabiex tkompli tassigura li jingħata servizz għoli ta’ kwalita’ u effiċjenza għal Maltin u l-Għawdxin. Is-servizzi offruti lill-pazjenti Għawdxin u pazjenti barranin ser ikunu ugwali.
Sptar Karin Grech, Sptar San Luqa u l-Isptar Ġenerali t’Għawdex – tobba
Question
B'referenza għall-intervista ma' Dr Nadine Delicata li dehret f'The Malta Independent on Sunday tal-Ħadd 2 t’April 2017, jista’ l-Ministru jgħid kif tobba li se jkunu qed jaħdmu mal-Vitals Global Heathcare (VGH) fl-Isptar Karin Grech, Sptar San Luqa u l-Isptar t’Għawdex b'kundizzjonijiet ta' xogħol differenti minn tobba oħra li diġà jaħdmu fl-istess sptarijiet imma direttament mal-Gvern? Il-Ministru jemmen fil-prinċipju "Equal Pay for Equal Work"?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-Dipartiment tas-Saħħa,l- VGH u r-rappreżentanti tat-tobba qegħdin f'diskussjonijiet dwar dan. Il-liġijiet industrijali kollha, inkluż ħlas ugwali għall-istess xogħol, qegħdin jiġu mħarsa.
B'referenza għall-intervista ma' Dr Nadine Delicata li dehret f'The Malta Independent on Sunday tal-Ħadd it-2 ta’ April 2017, jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu n-negozjati mal-MAM li rreferiet għalihom Dr Delicata?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-negozjati bejn id-Dipartiment tas-Saħħa, l-VGH u l-MAM għadhom għaddejjin.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 31080, jista’ l-Ministru jgħid minn meta ġie ffirmat il-kuntratt mal-Vitals Global Healthcare (VGH) sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm ġew impjegati ħaddiema mal-VGH?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm 70 ħaddiema li huma impjegati direttament mal-VGH.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 31079, jista’ l-Ministru jgħid x’inhu x-xogħol jew x’inhi l-professjoni tal-ewwel 50 ħaddiema msemmija li bdew jaħdmu mal- Vitals Global Healthcare?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ewwel ħaddiema li bdew jaħdmu mal-VGH jokkupaw karigi f’diversi dipartimenti fosthom fil-Quality Assurance & Quality Control, Marketing, Finanzi, fl-Amministrazzjoni, fir-Riżorsi Umani, Nursing, fl-IT, Manutenzjoni, fis-Saħħa u Sigurta’ tal-Pazjent u kif ukoll Senior Clinical Positions fl-Anestesija, fil-Farmaċija u fl-Emerġenza.
Jista’ l-Ministru jgħid x’assi għandha l-kumpanija Vitals Global Healthcare biex tagħmel tajjeb għall-kobor tal-investiment li suppost kellha tagħmel f’pajjiżna?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministru inkarigat mil-Malta Enterprise.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 31078, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm żieda fis-sodod fl-Isptar Karin Grech?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-pjan għall-isptar Karen Grech huwa illi jsir refurbishment qawwi sabiex is-servizzi li diġa huma ta' livell għoli illi jingħataw minn dan l-isptar ikomplu jitjiebu u jsiru f'ambjent aħjar.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 31076, jista’ l-Ministru jgħid kemm se tiġi tiswa l-Iskola ta’ Barts u meta se tkun lesta?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija 32063 u ninfurmaha ukoll li l-binja l-ġdida tal-iskola ta’ Barts mistennija tkun lesta fl-2018.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi s-somma totali li l-Gvern għandu jiġbor għas-servizzi tas-saħħa li ħadu pazjenti barranin li ma kellhomx dritt għal servizz b’xejn?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31706, jista' l-Ministru jara peress li persuna li kienet tieħu Risperdal 1mg u kienet taħdem fuqha, issa, peress li l-Gvern qed jagħtiha Risperidone mhux taħdem u qiegħda tixtri personalment ir-Risperdal 1mg?
Response (FEARNE, CHRIS)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31706 ninfurmah ukoll illi l-mistura Risperidone hija ugwali tal-mistura Risperdal u għalhekk dawn jintużaw għal istess trattament.
Qasam tas-saħħa mentali – ħlas lil GPs għas-servizz li jagħtu lil pazjenti bi problema ta’ saħħa mentali fil-komunità
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 23333, jista’ l-Ministru jgħid x’qiegħed jagħmel biex isaħħaħ is-servizzi fil-komunità għall-persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali? Jista’ jgħid jekk intlaħaqx xi ftehim mat-tobba li jispeċjalizzaw fil-kura psikjatrika biex jagħtu kura professjonali lil dawn il-pazjenti fi djarhom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-gvern qiegħed f’diskussjonijiet mal-istake holders sabiex tkompli tissaħħaħ l-iskema fejn tobba privati jaraw pazjenti bi bżonnijiet ta’ kura mentali fil-komunita’ għas-spejjeż tal-gvern. Id-Dipartiment tas-Saħħa qiegħed ukoll jaħdem ma’ NGO sabiex tinfetaħ hostel oħra għal pazjenti nisa fil-komunita’.