Peress li t-twaqqif ta' Tourism Police kien mwiegħed fil-manifest elettorali tal-Gvern u peress li kemm fl-2013 u kemm fl-2014, diversi drabi l-Gvern, l-aktar permezz tal-Ministru għall-Intern, wiegħed li se titwaqqaf din il-unit fil-Korp tal-Pulizija, jista' l-Ministru jgħid sa meta ħa jitwaqqaf dan il-unit?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed issir xogħol dwar is-suġġett imsemmi. Aktar dettalji jingħataw fil-mument opportun.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri fil-Forzi Armati ta’ Malta illi minn Jannar 2014 sal-15 ta’ Frar 2015 ingħataw accelerated promotion minn Warrant Officer 2 għal Chief Clerk? Min huma dawk li ngħataw dawn l-accelerated promotions? X’inhuma d-dati meta ingħatat kull promotion?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-imsemmija prmozzjoni m’hix possibli peress li Warranted Officer hija klassifikata bħala rank u Chief Clerk bħala kariga.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri tal-Forzi Armati ta’ Malta illi minn Jannar 2014 sal-15 ta’ Frar 2015 ingħataw accelerated promotion minn Regimental Sergeant Major għal Warrant Officer 2 għal Warrant Officer 1? Min huma dawk li ngħataw dawn l-accelerated promotions? X’inhuma d-dati meta ngħatat kull promotion?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-promozzjoni minn Regimental Sergeant Major għal xi rank m’hix possibli peress li Regimental Sergeant Major hija kariga filwaqt li Warrant Officer hija rank.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk matul is-sajf li ġej hux mistenni li jkun hemm pulizija on patrol fl-inħawi taż-żoni turistiċi bħal San Pawl il-Baħar, San Ġiljan u Marsaxlokk?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li bħal ma sar fis-snin ta’ qabel, anke’ matul ix-xhur tas-sajf li ġej, il-Pulizija ser issaħħaħ il-preżenza tagħha f’lokalitajiet turistiċi u ta’ villeġġatura.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux mistenni li jinfetħu għasses ġodda f'Malta matul din is-sena? Fejn hu mistenni li jiġri dan? Meta hu mistenni?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li matul din is-sena ix-xogħol fil-qasam tal-Għases ser jibqa wieħed kontinwu. Aktar informazzjoni tingħata fiż-żmien opportun.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — persons of trust
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu impjegati bħala persons of trust fil-Ministeru u fid-dekasteru tiegħu? Min huma u x’pożizzjoni għandhom? Kemm huma s-salarju annwali, il-perkaċċi (inkluż bonuses, allowances, mobile phones, karozzi, servizz tal-internet, fuel u xufiera) u l-ispiża fuq safar tagħhom, u għalhekk jgħid x’inhi n-nefqa globali f’sena għal kull wieħed minn dawn il-persuni impjegati bħala person of trust?
Response (ABELA, CARMELO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għal mistoqsija parlamentari 14116.
Għassa tal-pulizija ta’ San Ġiljan – każijiet rapportati ta’ serq
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġew rappurtati reati ta’ serq fl-Għassa ta’ San Ġiljan tul is-snin 2013 u 2014?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmati li n-numru ta’ każi ta’ serq rapportat lill-Pulizija fir-rigward tal-lokalita ta’ San Giljan matul is-sena 2013 kien jammonta għal elfejn, mija disa u disgħin (2199) filwaqt li matul is-sena 2014 ġew rapportati elf, disa mija, sitta u tmenin (1,986) każ. Ir-rapporti setgħu saru fi kwalunkwe għassa f’Malta jew Għawdex, pero għal serq li ġara ġewwa San Giljan.
Għassa tal-pulizija tal-Imsida – każijiet rapportati ta’ serq
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġew rappurtati reati ta’ serq fl-Għassa tal-Msida tul is-snin 2013 u 204?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmati li n-numru ta’ każi ta’ serq rapportat lill-Pulizija fir-rigward tal-lokalita ta’ l-Imsida matul is-sena 2013 kien mitejn, erba’ u sebgħin (274) filwaqt li matul is-sena 2014 ġew mitejn, tnejn u erbgħin (242) każ. Ir-rapporti setgħu saru fi kwalunkwe għassa f’Malta jew Għawdex, pero għal serq li ġara ġewwa l-Imsida.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-korp tal-pulizija, permezz tal-kuntatti li għandu fuq livell Ewropew u internazzjonali, għandux aċċess għal-lista sħiħa tal-individwi jew kumpaniji marbutin ma' Malta msemmija fir-rapport ta' Swissleaks?
Response (ABELA, CARMELO)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex jirreferi għal-mistoqsija parlamentari 14478.
Jista’ l-Ministru jinforma lil dan il-Parlament x’kienet ir-raġuni li ngħatat għar-riżenja tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, minn Kap tas-Central Visa Unit?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li r-raġuni għar-riżenja minn Kap tas-Central Visa Unit hija ta’ raġuni personali.
Jista’ l-Ministru jinforma lil dan il-Parlament jekk hux ser issir sejħa pubblika biex timtela l-pożizzjoni ta’ Kap tas-Central Visa Unit kemm-il darba din issa ġiet vakata?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-post għadu mhux vakanti u qed jiġu kkunsidrati l-possibilitajiet kollha.
Jista’ l-Ministru jinforma lil dan il-Parlament kif ser jinħarġu l-visas lil ċittadini Alġerini li jridu jiġu Malta ġaladarba l-linja nazzjonali Air Malta ħabbret titjiriet diretti minn u lejn dan il-pajjiż u in vista tal-fatt illi Malta ma għandhiex konsolat ġewwa l-Alġerija?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Malta għandha konsolat ġewwa l-Alġerija, li ilu minn Marzu tas-sena 2014.
Jista’ l-Ministru jinforma lil dan il-Parlament kif ġew ingaġġati bħala clerks mas-Central Visa Unit l-individwi li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li wieħed mill-individwi lid-dettalji tagħhom ingħataw separatament ġie ingaġġat permezz ta’ sejħa pubblika. Iż-żewġ individwi l-oħra ġew ingaġġati skond kif inhi i-proċedura stabbilita ta’ ingaġġ ma’ l-Aġenziji, jiġifieri permezz ta’ sejħa mill-Employment Training Corporation (ETC).
Jista’ l-Ministru jgħid jekk min hu armel/armla huwiex jibbenefika mill-widows and orphans fund li kienu tħallsu mill-irġiel u nisa tagħhom meta kienu jservu fil-Forzi Armati u l-Pulizija? Jekk le, kif qegħdin jintużaw dawn il-fondi?
Response (ABELA, CARMELO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għal mistoqsija parlamentari 14561 li saret lill-Ministeru għall-Finanzi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri fil-Forzi Armati ta’ Malta illi minn Jannar 2014 sal-15 ta’ Frar 2015 ingħataw accelerated promotions minn Sergeant għal Staff Sergeant għal Regimental Sergeant Major? Min huma dawk li ngħataw dawn l-accelerated promotions? X’inhuma d-dati meta ingħatat kull promotion?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li ma teżistix promozzjoni minn xi rank għal Regimental Sergeant Major. Regimental Sergeant Major hija kariga, u mhux rank.
Fir-rigward ta’ promozzjonijiet accelerated minn Sergeant għal Staff Sergeant kien hemm tlieta fiż-żmien imsemmi. Dawn ingħataw lil tlett persuni li huma b’effett mill-1 t’Ottubru 2014:
It-tlett promozzjonijiet imsemmija kienu possibli skont para 59 tal-Armed Forces of Malta Soldier’s Career Handbook.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — positions of trust
Question
Jista' l-Ministru jelenka u jgħid liema huma l-positions of trust li hemm fi ħdan l-Uffiċju tiegħu u l-entitajiet u d-Dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu?
Response (ABELA, CARMELO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għal mistoqsija parlamentari 14116.
Għassa tal-pulizija ta’ tas-Sliema – każijiet rapportati ta’ serq
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġew rappurtati reati ta’ serq fl-Għassa ta’ tas-Sliema tul is-snin 2013 u 2014?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmati li n-numru ta’ każi ta’ serq rapportat lill-Pulizija fir-rigward tal-lokalita ta’ tas-Sliema matul is-sena 2013 kien jammonta għal seba’ mija, erba’ u tletin (734) filwaqt li matul is-sena 2014 ġew rapportati seba’ mija, ħamsa u disgħin (795) każ.
Għassa tal-pulizija tal-Mosta – każijiet rapportati ta’ serq
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġew rappurtati reati ta’ serq fl-Għassa tal-Mosta tul is-snin 2013 u 2014?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmati li n-numru ta’ każi ta’ serq rapportat lill-Pulizija fir-rigward tal-lokalita tal-Mosta matul is-sena 2013 kien jammonta għal mija, sitta u ħamsin (156) filwaqt li matul is-sena 2014 ġew rapportati mija, disa u għoxrin (129) każ. Ir-rapporti setgħu saru fi kwalunkwe għassa f’Malta jew Għawdex, pero għal serq li ġara ġewwa l-Mosta.
Jista' l-Ministru jindika jekk min-naħa tal-Pulizija hux qed isiru xi investigazzjonijiet marbuta ma’ dak li ħareġ mir-rapport ta' Swissleaks?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li f’dan l-istadju l-Pulizija m’hiex tagħmel investigazzjonijiet marbuta ma’ dak li ħareġ mir-rapport ta' Swissleaks. Peress li l-awtoritajiet tat-taxxi jmexxu nvestigazzjoni f’każijiet fejn hemm evazzjoni ta’ taxxi, l-Onorevoli Interpellant hu mitlub jindirizza din l-Interpellanza lill-Awtoritajiet konċernati.