Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jieħdu l-Pensjoni tar-Romol?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, n-numru ta’ persuni li qed jieħdu l-pensjoni tar-romol huwa kif qed jiġi indikat fit-tabella li qed titpoġġ fuq il-Mejda tal-Kamra.
Persuni b’diżabilità li bbenefikaw mill-miżura tal-Baġit
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni b’diżabilità li bbenefikaw mill-aħħar miżura tal-Baġit fejn dawk li jaħdmu minbarra li jieħdu l-paga sħiħa baqgħu jirċievu wkoll il-benefiċċju sħiħ għad-diżabilità?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, in-numru ta’ persuni b’diżabilità li jirċievu pensjoni ta’ diżabilità skont kif stabbilit fil-liġi tas-Sigurtà Soċjali, li bbenefikaw mill-aħħar miżura tal-Baġit, fejn jistgħu jaħdmu u jieħdu paga sħiħa, kien ta’ 210.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ benefiċjarji li bbenefikaw mill-Bonus Addizzjonali mhux taxxabbli ta’ €35? Kemm kienet l-ispiża tal-Gvern fuq dan il-benefiċċju?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ benefiċjarji li tħallsu l-Bonus Addizzjonali ta’ €35 kien ta’ 226,899.
L-ammont li tħallas kien ta’ €7,175,416.05. Ta’ min jgħid li l-pagamenti ħarġu mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni, mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni kif ukoll mill-Istitut għall-Istudji Turistiċi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm applikaw persuni għall-In-Work Benefit, skont il-proposta mressqa fl-aħħar baġit, u allura ġiet imtejba l-qagħda ta’ tant familji fejn iż-żewġ ġenituri qed jaħdmu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, kien hemm 1,962 applikazzjoni. Minn dan it-total ikkwalifikaw 1,270 li minnhom kien hemm 529 koppji fejn it-tnejn jaħdmu u kien hemm ukoll 741 persuni waħidhom li kienu jaħdmu.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — impjegati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġdida (li qabel it-8 ta' Marzu 2013 ma kinux impjegati mal-entitajiet/dipartimenti/awtoritajiet konċernat) ġiet impjegata mal-Ministeru tiegħu inkluż ma’ kwalunkwè entità, korporazzjoni, jew dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mit-8 ta’ Marzu 2013 sat-30 ta’ Settembru 2015, kemm jekk l-impjieg tagħha hu wieħed dirett, kemm jekk l-impjieg tagħha hu tramite l-kuntrattur, kemm jekk huwa on secondment, kif ukoll jekk fuq bażi ta’ self-employed?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor.i Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali – impjegati mill-1998 sa 2013
Question
Jista’ l-Ministru jgħid bejn Settembru 1998 u Marzu 2013 kemm kien hemm persuni li f’xi żmien qabel ma ġew ingaġġatifis-Segretarjat Privat tal-Ministru ta’ dak iż-żmien, fl-uffiċini tas-Segretarji Parlamentari li kienu jaqgħu taħt l-istess Ministeru jew f’kull dipartiment, entità, fondazzjoni, awtorità, korporazzjoni, aġenzija, kummissjoni, kumpanija, istitut li jaqa’ taħt il-Ministeru, kienu jaħdmu ma’ xi waħda mill-entitajiet li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament? Jista’ jagħti lista ta’ min kienu dawn il-persuni kif ukoll il-pakkett finanzjarju sħiħ ta’ kull wieħed u waħda minnhom?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi tali informazzjoni m’hijiex disponibbli minħabba li informazzjoni dwar ma’ min, kull persuna kienet taħdem fil-passat qabel tkun bdiet taħdem fil-Ministeru jew fid-dipartimenti u l-entitajiet tiegħu ma tinżammx.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qegħdin fuq il-lista ta’ stennija għall-home help?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, in-numru ta’ residenzi fil-komunità li qegħdin fuq il-lista ta’ stennija għas-Servizz ta’ Għajnuna fid-Dar huwa ta’ 33 persuna.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jieħdu s-servizz tal-Home Help?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, in-numru ta’ residenzi fil-komunità li qed jirċievu s-Servizz ta’ Għajnuna fid-Dar, sal-aħħar ta’ Awwissu 2015 kien ta’ 2,757. In-numru ta’ benefiċjarji li kienu qed jibbenefikaw minn dan is-servizz sal-aħħar t’Awwissu 2015 jammonta għal 3,888.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jieħdu s-servizz tat-telecare u mil-liema lokalità huma?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpallant li n-numru li qed jieħdu s-servizz tat-Telecare hu 8,716.
Malta 8,176
Għawdex 540
Il-lista bil-lokalitajiet qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — bordijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid jekk il-membri, inklużi ċ-Chairperson u s-Segretarju ta' dawn il-bordijiet jieħdux xi remunerazzjoni? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm hi r-remunerazzjoni, li kull sena jirċievi ċ-Chairperson, is-segretarju u kull membru, separatament, ta' kull bord?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Inżid ninfurmah li bl-eċċezzjoni tal-Guardianship Board u l-Management Committee tal-SVPR (fejn hemm ħlas) u l-Kumitat Tisħiħ tal-Familja u l-Commission on Financial Literacy and Retirement Income (fejn ma hemmx ħlas) dawn il-Bordijiet kollha (inkluż il-ħlas fejn hu l-każ) huma l-istess bħalma kienu taħt l-amministrazzjoni preċedenti.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f’reklamar fl-entita’ li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament minn 2008 sal-lum sena b’sena u skont il-mezz tax-xandir innifsu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi,i n-nefqa f’reklamar mill-2008 sallum, mill-entita’ li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, hija skont it-tabella t’hawn taħt :
2008
2009
2010
2011
2012
2013
2014
2015
€
€
€
€
€
€
€
€
Awtorità tad-Djar
Total
4114.65
908.01
1709.84
3953.93
9297.36
1235.22
3133.01
4373.87
Fondazzjoni għas-Servizzi għal-Ħarsien Soċjali
Total
1116.94
50.73
NIL
405.92
339.84
459.49
746.70
210.51
Kummissjoni Nazzjonali Persuni
b’Diżabbilità
Total
92.51
288.12
425.04
210.22
225.85
NIL
168.46
NIL
Dipartiment għal Standards fil-Ħarsien Soċjali
Total
153.99
851.71
101.48
687.83
273.75
459.14
153.99
NIL
Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunità
Total
NIL
400.02
1224.15
643.57
1240.71
412.91
179.28
NIL
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali
Total
13958.25
12596.92
88952.21
12964.86
NIL
322.61
NIL
NIL
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19771, jista’ l-Ministru jgħid x’għandhom jagħmlu ommijiet li qed irabbu waħedhom biex jirċievu s-servizzi fil-komunità indirizzati għalihom? Bħalissa fejn qed jingħataw dawn is-servizzi?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Aġenzija Appoġġ toffri servizzi fil-kommunità fil-lokalitajiet tal-Kottonera, Msida, Birkirkara, San Pawl il-Baħar, il-Belt Valletta, iż-Żejtun u l-Furjana. Ommijiet li qed irabbu waħedhom, jistgħu jżuru ċ-ċentri fil-komunità fejn joperaw l-Aġenzija Appoġġ u hemmhekk isir kuntatt mal-ħaddiema soċjali. Apparti s-servizz tal-ħaddiema soċjali, hemm diversi proġetti mmirati għal ħtiġijiet tal-komunità fosthom workshops bil-mira li jintroduċu ħiliet bażiċi, snajja’ u għajnuna b’xejra akkademika lil dawn l-ommijiet biex ikomplu jissaħħu ħa jkunu jistgħu jindirizzaw id-diffikultajiet tagħhom u tal-familja.
Servizz ieħor fil-kommunità għall-ommijiet, b’mod partikulari dawk l-ommijiet li għandhom tfal żgħar taħt il-ħames snin, huwa
Home-Start
. Dan is-servizz, offrut kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex huwa mmirat biex jgħin lil dawk il-ġenituri li jkunu għaddejin minn perjodu diffiċli, b’enfasi partikulari fuq trobbija pożittiva.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna bbenefikat taħt l-Iskema Strutturi Perikolużi (SSP) maħruġa mill-Awtorità tad-Djar fis-sena 2013, 2014 u 2015 sal-lum separatament minn xulxin?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tabella t’hawn taħt turi l-ammont ta’ persuni li bbenefikaw taħt l-Iskema Strutturi Perikolużi (SSP) maħruġa mill-Awtorità tad-Djar fis-sena 2013, 2014 u 2015:-
Applikazzjonijiet
2013
2014
2015
Applikazzjonijiet riċevuti
6
47
26
Applikazzjonijiet approvati (sar ftehim mall-applikanti)
5
37
13
Pagamenti effettivi
2
15
2
Jista' l-Ministru jgħid kemm inkwilini saru sidien ta' djarhom sal-lum permezz tal-iskema li ġiet varata fi Frar 2014 sal-lum? Jista' jgħid ukoll fejn jinsabu l-postijiet ta' dawn l-inkwilini li saru sidien ta' djarhom?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra turi l-ammont ta’ inkwilini li saru sidien ta’ djarhom taħt Sir Sid Darek li ġiet varata fi Frar 2014. It-tielet kolonna (Konvenji Iffirmati) tinkludi dawk il-kazijiet li għadhom fuq konvenju u li l-kuntratt għandu jiġi finalizzat fix-xhur li ġejjin.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti indikati fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 19984? Jista' jgħid ukoll kemm hu t-terminu ta' dawn iż-żewġ kuntratti ta' servizz u meta se jiskadu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentai 19984.
Awtorità tad-Djar – Deputy CEO – pakkett finanzjarju
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19970 u jgħid x'inhu l-pakkett finanzjarju kollu, inkluż il-perkaċċi kollha tad-Deputy CEO tal-Awtorità tad-Djar?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
B'referenza għall-miżura ġdida tal-Budget 2016 li l-Gvern se jkun qed iħallas nofs il-paga minima ta' live-in carer, jista' l-Ministru jgħid x’se jkunu l-kriterji sabiex anzjan jew anzjana jikkwalifikaw għal dan is-sussidju?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li applikanti eliġġibli biex jibbenefikaw minn dan il-proġett pilota huma dawk in-nies li huma assessjati u approvati mit-tim multidixxiplinarju għas-servizzi residenzjali sad-data tal-qari tal-Budget 2016. Il-Carer impjegata jrid ikollha kwalifiki mogħtija minn entita’ rikonoxxuta lokalment, eżempju il-Kors tad-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunità, mill-MCAST jew mill-ETC. Mal-applikazzjoni, għandha tingħata kopja tal-kuntratt eżistenti jew propost lid-Dipartiment biex jassigura l-aħjar kundizzjonijiet tal-impjieg u biex jistabbillixxi jekk l-impjieg għandux ikun fuq bażi ta’ full time jew ta’ part time. L-applikazzjonijiet ser ikunu aċċessibli mill-ewwel ġurnata tax-xogħol wara l-1 ta’ Jannar 2016.