Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — persons of trust
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14268 u jgħid kemm għandu impjegati bħala persons of trust fis-Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa? Min huma u x’pożizzjoni għandhom? Kemm huma s-salarju annwali, il-perkaċċi (inkluż bonuses, allowances, mobile phones, karozzi, servizz tal-internet, fuel u xufiera) u l-ispiża fuq safar tagħhom, u għalhekk jgħid x’inhi n-nefqa globali f’sena għal kull wieħed minn dawn il-persuni impjegati bħala person of trust?
Response (MIZZI, KONRAD)
Naghraf lill Onor Interpellant li l-persuni li huma fis-Segretarjat tieghi huma kollha Persons of Trust li l-kuntratt ta’impjieg taghhom huma kollha bbazati fuq id-dokument Engagement of Staff for Ministers Secretariat li kien gie inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra fil-15 ta’April 2013
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif żdied jew naqas il-konsum tal-elettriku bejn l-2011 u l-2014 f'termini perċentwali? Jista' jagħti tagħrif dwar kemm kienu l-leakages fl-istess perjodu, sena b'sena?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Impjant tal-BWSC – ħlasijiet lil Shanghai Electric għall-operat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Shanghai Electric, li se tkun qed topera l-impjant tal-BWSC, hux se tirċievi ħlasijiet oħra, bħal availablity charge, service charge jew xi ħlasijiet fissi oħra apparti ċ-charge għal kull unit ta’ enerġija? Jekk iva, x’inhuma dawn il-ħlasijiet oħra u kemm hu kull ħlas fis-sena?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi informazzjoni kummerċjali dwar operaturi differenti tippreġudika n-negozju tal-Enemalta plc.
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 13616 u 14849, jista’ l-Ministru jgħid meta saru l-eżamijiet dwar il-kwalità tal-ilma fil-Fgura. billi għad hemm l-ilmenti fuq dan?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħal-villaġġi kollha f'Malta u Għawdex, it-testijiet tal-ilma fil-lokalita' tal-Fgura jsiru kull xahar.
Jista’ l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 13876 li oriġinarjament saret fit-2 ta’ Frar, jiġifieri aktar minn xahar ilu, u jgħid jekk hemmx kwota ta’ kemm jista’ jiġi mtella’ ilma kuljum minn kull borehole u jekk m’hemmx kwota, hemmx il-ħsieb illi tidħol fis-seħħ? Jekk hemm il-ħsieb li tidħol fis-seħħ, jista’ jgħid jew jagħti indikazzjoni ta’ meta ser tidħol fis-seħħ?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-ambitu tal-iżvilupp tal-pjan nazzjonali għall-immaniġjar tal-ilma, bħalissa għaddejjin konsultazzjonijiet mas-settur agrikolu dwar l-użu tal-ilma mis-settur.
Sptar Ġenerali t'Għawdex — kuntratti ta' tindif u ta’ clerical services
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15011, jista’ l-Ministru jirrispondi t-tien u t-tielet parti tal-mistoqsija, peress li għadhom mhux imwieġba,u ċjoè kemm tħaddem nies il-kumpanija JF Services fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex fil-cleaning u kemm tħaddem nies fl-istess sptar fis-servizzi klerikali? Kemm hu l-ħlas fis-siegħa li tingħata din il-kumpanija mill-Ministeru tiegħu għal dawn is-servizzi? Għaliex il-Ministru qed iżomm mistura din l-informazzjoni kollha dwar ħlasijiet li qed isiru minn flus pubbliċi?
Response (MIZZI, KONRAD)
Il-kumpanija tħaddem 12-il cleaner u 17-il clerical worker. Il-kuntratt ta’ tindif huwa ta €7.02 kull siegħa bejn it-Tnejn u s-Sibt , u ta €10.44 kull siegħa fi Ħdud u festi pubbliċi. Il-kuntratt għax-xogħol klerikali huwa ta €10.03 mit-Tnejn sas-Sibt u ta €15.34 fi Ħdud u festi pubbliċi.
Sptar Mater Dei — Ikel b'xejn mill-canteen tan-nurses
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15012, 14749, 14471 u 15181 u jgħid liema ħaddiema fl-Isptar Mater Dei huma intitolati għall-ikel b'xejn mogħti mill-canteen tan-nurses? Jista' jikkategoriża din l-informazzjoni għall-ħaddiema bil-grad tagħhom? Huwa minnu li l-ħaddiema li jaħdmu fil-Waste Management Department fl-Isptar Mater Dei ma jingħatawx dan is-servizz b'xejn? Jekk iva, x'inhi r-raġuni?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li tweġiba se tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-ordni ta’ numru ta’
upgrades
għal Cochlear Nucleus 6 saret f’Ġunju 2014 u sat-13 ta’ Frar 2015, il-pazjenti kienu għadhom bla
upgrade
?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba ta’ mistoqsija parlamentari 14350.
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – persuni ingaġġati f’position of trust
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14122, u jipprovdi lista tal-persuni li ġew ingaġġati f'position of trust mid-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru li hu jmexxi bejn id-9 ta' Marzu 2013 sal-31 ta' Jannar 2015?
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — positions of trust
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14175 u jelenka u jgħid liema huma l-positions of trust li hemm fi ħdan l-Uffiċju tiegħu u l-entitajiet u d-Dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15184 (ħmistax-il ef, mija, erbgħa u tmenin) filwaqt li ninfurmah illi n-nies tas-Segretarjat huma kollha positions of trust li l-kuntratt tagħhom huwa bbażat fuq id-dokument Engagement of Staff for Ministers Secretariat li kien impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra fil-15 t’April 2013.
Trasferiment ta’ Anzjani mill-isptar għar-Residenza San Vincenz de Paul
Question
B’referenza għall-istorja li ġiet ippubblikata nhar il-Ħadd, l-1 ta’ Marzu 2015, fil-gazzetta The Malta Independent on Sunday, jista’ l-Ministru jgħid hux minnu li pazjenti anzjani qed jiġu trasferiti mill-Isptar Mater Dei jew l-Isptar Karin Grech lejn ir-Residenza San Vinċenz de Paul meta saħħithom tkun għadha fraġli wisq?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba ta’ mistoqsija parlamentari 13979.
Sptar Mater Dei/Sptar Karin Grech – pazjenti trasferiti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti li ġew trasferiti mill-Isptar Mater Dei jew l-Isptar Karin Grech lejn ir-Residenza San Vinċenz minn Ottubru 2014 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, li mietu fi żmien ġimgħa minn meta ġew trasferiti?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nitlob l-Onor. Interpellant sabiex tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-konsum tal-enerġija bħala medja kull xahar minn Jannar 2014 sal-aħħar ta' Frar 2015?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għandha valur kummerċjali għall-Enemalta plc u l-iżvelar ta’ tali informazzjoni jista’ jippreġudika n-negozju tal-istess Kumpanija.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kummenti prinċipali tal-Gvern Malti fuq l-istrateġija tal-Energy Union li għadha kemm ħabret il-Kummissjoni Ewropea?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-pożizzjoni ta’ Malta hi ta’ support fil-prinċipju, madanakollu diskussjonijiet dwar dan għadhom għaddejjin.
Kumpanniji li huma f’Public Private Partnership mal-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13965 u jagħti l-lista ta’ kumpaniji li magħhom il-Gvern għandu arranġament fuq bażi ta’ Public Private Partnership u jispeċifika għal liema servizzi saru dawn l-arranġamenti?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nitlob l-Onor. Interpellant tispeċifika liema qasam qed tirreferi għalih.
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – Director General Finance and Administration of Health
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 13563 u 12953 u jagħti d-dettalji tal-pakkett finanzjarju u tal-perkaċċi kollha li qed jingħataw lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bħala Director General Finance and Administration of Health fil-Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa?
Response (MIZZI, KONRAD)
Din il-mistoqsija diġà ġiet imwieġba. Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13773.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 13561 u 12959 u jagħti l-informazzjoni dwar il-ħlasijiet kollha li saru minn April 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, fuq bażi individwali u/jew fuq il-kumpanija/i li fiha/fihom hu involut?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f'seduta oħra.