Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #16290 Sitting 305 2000-05-31 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

CAP — Industrija taċ-Canga Friska

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ir-regoli/sistemi ġodda tal-CAP li jridu jiġu fis-seħħ fis-sena 2003, 2005 u 2008 fir-rigward tal-industrija taċ-ċanga friska?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Onor. Interpellant suppost jaf li CAP qiegħda fi tħejjija ta' riforma u l-qafas ikun magħruf fis-sena 2003.
Leg 9 PQ #16291 Sitting 305 2000-05-31 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

CAP — Produzzjoni tal-ħalib

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Karma ir-regoli/sistemi ġodda tal-CAP li jridu jiġu fis-seħħ fis-sena 2003, 2005 u 2008 fir-rigward tal-produzzjoni tal-ħalib frisk?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Onor. Interpellant suppost jaf illi CAP qiegħda fi tħejjija ta' riforma u l-qafas ikun magħruf fis-sena 2003.
Leg 9 PQ #16292 Sitting 305 2000-05-31 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

CAP — Produzzjoni tal-poultry

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ir-reġoli/sistemi ġodda tal-CAP li jridu jiġu fis-seħħ fis-sena 2003, 2005 u 2008 fir-rigward tal-produzzjoni tal-poultry?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Onor. Interpellant suppost jaf illi CAP qiegħed fi tħejjija ta' riforma u l-qafas ikun magħruf fis-sena 2003.
Leg 9 PQ #16293 Sitting 305 2000-05-31 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

CAP — Produzzjoni tal-majjal

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ir-regoli/sistemi ġodda tal-CAP li jridu jiġu fis-seħħ fis-sena 2003, 2005 u 2008 fir-rigward tal-produzzjoni tal-majjal?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Onor. Interpellant suppost jaf li CAP qiegħda fi tħejjija ta' riforma u l-qafas ikun magħruf fis-sena 2003.
Leg 9 PQ #16294 Sitting 305 2000-05-31 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

CAP — Nagħaġ u mogħoż

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ir-regoli/sistemi ġodda tal-CAP li jridu jiġu fis-seħħ fis-sena 2003, 2005 u 2008 fir-rigward tan-nagħaġ u l-mogħoż?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Onor. Interpellant suppost jaf illi CAP qiegħda fi tħejjija ta' riforma u l-qafas ikun magħruf fis-sena 2003.
Leg 9 PQ #16281 Sitting 304 2000-05-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

EU — Protokoll Taljan

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi tkun il-pożizzjoni tad-dipartiment jekk wara l-2003, u cioe' wara li Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea, il-flus tal-protokoll Taljan ma jiġux applikati għaliex Malta tkun saret membru?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant li jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru konċernat. Infakkar lill-Onor. Interpellant ukoll illi l-interess tad-Dipartiment huwa li jsir u jigi attwat il-programm tal-M.R.L.(Maximum Residues Limits).
Leg 9 PQ #16284 Sitting 304 2000-05-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Bdiewa — Sussidji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-persentaġġ tal-vot ta' sussidji tal-CAP li jmur għall-bdiewa li jkabbru t-tabakk, zokkor, ross, qamħ, ġwież, laħam aħmar, ħalib u żebbuġ għas-sena 2000?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sabiex ma nkunx kostrett li nġiegħel lill-uffiċjali tal-Ministeru tiegħi jgħaddu ż-żmien tagħhom ifehmuħ dak li jrid ikun jaf, l-Onor. Interpellant huwa gentilment mitlub jidħol fil-"Website" tal-Europa taħt DGVI. Hemmhekk kemm hu kif ukoll id-dinja kollha tista' tara l-informazjoni li qiegħed jitlob. Għall-kumdita' tiegħu, l-Onor. Interpellant għandu wkoll għad-disposiżżjoni tiegħu s-servizz informattiv li qed tagħti b'xejn il-Malta Information Centre (MIC).
Leg 9 PQ #16285 Sitting 304 2000-05-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Bdiewa — Sussidji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-persentaġġ tal-vot ta' sussidju tal-CAP għal sena li jmur għall-bdiewa li jkabbru varjetajiet ta' ħxejjex u frott bħal dawm imsemmija hawn taħt: frawli, ħawħ, dulliegħ, bettiegħ, pastard, kaboċċi, basal, patata, karrotti, tadam u ħass?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sabiex ma nkunx kostrett li nġiegħel lill-uffiċjali tal-Ministeru tiegħi jgħaddu ż-żmien tagħhom ifehmuħ dak li jrid ikun jaf, l-Onor. Interpellant huwa ġentilment mitlub jidħol fil-"Website" tal-Europa taħt DGVI. Hemmhekk kemm hu kif ukoll id-dinja kollha tista' tara l-informazzjoni li qiegħed jitlob. Għall-kumdita' tiegħu, l-Onor. Interpellant għandu wkoll għad-dispożizzjoni tiegħu s-servizz informattiv li qed tagħti b'xejn il-Malta Information Centre (MIC)
Leg 9 PQ #16286 Sitting 304 2000-05-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

CFP

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tar-regoli/sistemi ġodda tas-CFP li jridu jkunu ġew fis-seħħ bejn is-snin 2003, 2005 u 2008 rispettivament?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Onor. Interpellant suppost jaf li CFP qiegħda fi tħejjija ta' riforma u l-qafas ikun magħruf fis-sena 2003.
Leg 9 PQ #16275 Sitting 303 2000-05-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Agrikoltura u Sajd — Impjegati

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 15920, jista' l-Ministru jgħid għaliex mill-ġardinara kollha tad-dipartiment ta' l-agrikoltura erbgħa biss għamlu l-overtime matul l-ewwel erba' xhur tas-sena?

Response (ZAMMIT, NINU)

Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor. Interpellant li d-domanda nru. 15920 staqsiet fuq ħaddiema li jagħmlu "overtime" regolarment. Għalhekk l-Onor. Interpellant huwa inkorett meta qed jassumi li dawn l-erbgħa biss għamlu l-"overtime". L-"overtime" isir skond l-esiġenzi tas- servizz fil-post partikolari tax-xogħol. Fil-każ ta' dawn il-ħaddiema partikolari, in-natura tax-xogħol tagħhom irrikjediet li fil-postijiet imsemmija huma jaħdmu siegħat żejda fuq bażi regolari.
Leg 9 PQ #16276 Sitting 303 2000-05-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Agrikoltura u Sajd — Impjegati

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 15920, jista' l-Ministru jgħid għaliex security guard wieħed biss għamel l-overtime matul l-erba' xhur li għaddew?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-riposta li tajt għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 16275.
Leg 9 PQ #16277 Sitting 303 2000-05-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Agrikoltura u Sajd — Impjegati

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 15920, jista' l-Ministru jgħid għaliex żewġ general hands biss għamlu l-overtime matul l-erba' xhur li għaddew?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant ghar- risposta li tajt għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 16275.
Leg 9 PQ #16278 Sitting 303 2000-05-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Agrikoltura u Sajd — Impjegati

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 15920, jista' l-Ministru jgħid għaliex scientific officer biss għamel l-overtime matul l-erba' xhur li għaddew?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar- risposta li tajt għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 16275.
Leg 9 PQ #16279 Sitting 303 2000-05-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Agrikoltura u Sajd — Impjegati

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 15920, jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' fisheries officers, senior production officers u kemm minnhom għamlu overtime matul dawn l-aħħar xhur?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nassumi li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal "Senior Fisheries Officers" u mhux għal "Senior Production Officers" għaliex dan il-grad ma jeżistiex fil-Ministeru tiegħi. Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tas-Sajd għandu wieħed "Principal Fisheries Officer" , erbgħa "Senior Fisheries Officers" u tlett "Fisheries Officers". Dawn jagħmlu l-"overtime" kif gie spjegat fir-risposta għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 15920 pero se nagħtih spjegazzjoni iktar dettaljata kif ġej:- Principal Fisheries Officer LM786.00 Senior Fisheries Officer Lm183.00 Senior Fisheries Officer LM850.00 Fisheries Officer LM60.00 Fisheries Officer LM605.00 Fisheries Officer LM622.00 Tnejn mill-SFOs għażlu huma stess li ma jagħmlux "overtime".
Leg 9 PQ #16280 Sitting 303 2000-05-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

MRLs — Ħxejjex u frott frisk

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 15919, jista' l-Ministru jgħid x'inhija r-raġuni li dawn il-flus se jiġu vvotati mill-protokoll finanzjarju Taljan u mhux mill-għajnuna finanzjarja ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat. Infakkar ukoll lill-Onor. Interpellant li l-interess tad-Dipartiment huwa li jsir u jiġi attwat il-programm tal-M.R.L.
Leg 9 PQ #16198 Sitting 302 2000-05-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Patata — Esportazzjoni

Question

Jirriżultalu l-Ministru li aktar minn 1,200 tunnellata patata ma ġietx esportata lejn l-Olanda u fil-fatt dan it-tunnellaġġ jinsab maħżun fil-racking station ta' Ta' Qali? Kemm huwa n-numri ta' bdiewa li niżlu dawn l-1,200 tunnellata? F'liema kundizzjoni se tinħażen din il-patata u meta se tinbiegħ?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 16096.
Leg 9 PQ #16234 Sitting 302 2000-05-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

EU — Direct Aid

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 15880 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilek, u cioe: B'riferenza għall-propaganda li għamel il-gvern flimkien mal-ministeru tiegħu u tal-agrikoltura dwar is-sussidju tad-direct aid li l-Unjoni Ewropea tiggarantixxi fis-settur agrikolu tal-pajjiżi membri u pajjiżi ġodda, jista' l-Ministru jinfurmani kemm qed jikkalkula l-Gvern Malti li se jkun is-sussidju tad-direct aid f'ċifra ta' flus li kull produttur tal-ħalib frisk lokali se jieħu qabel u wara li Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-regolament tal-Kunsill (EC) No. 1255/1999. F'dan ir-regolament hemm elenkati il-mod kif titħallas l-għajnuna finanzjarja fil-preżent lir-raħħala tal-pajjiżi msieħba fl-UE.
Leg 9 PQ #16274 Sitting 302 2000-05-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Agrikoltura — Promozzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex il-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, tħalliet barra mill-promozzjonijiet li ngħataw riċentement fid-dipartiment ta' l-agrikoltura? Billi jirriżulta dan in-nuqqas, jista' l-Ministru jara li ssir ġustizzja? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (ZAMMIT, NINU)

Saru l-intervisti minn Bord ta' l-Għażla maħtur apposta biex jagħżel fost l-applikanti għall-post ta' Ġardinar. Jirriżultali li l-persuna msemmija ġiet fit-33 post skond ir-riżultati ppubblikati mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku. Inħatru sa issa l-ewwel 25 skond il-vakanzi li hemm. Infakkar lill-Onor. Interpellant li r-riżultat ta' dawn l-"interviews" jibqa' validu għal sena mid-data tal-pubblikazjoni tiegħu.
Leg 9 PQ #16322 Sitting 302 2000-05-29 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Agricultural Releases (Reletting) Act

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol dwar mistoqsija parlamentari numru 2503 peress li issa għadda ż-żmien u kien hemm żmien biżżejjed biex isir?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi ma jdumx ma jitħabbar ir-riżultat tad-diskussjonijiet fuq is-suġġett. Dawn saru bejn il-Ministeru tiegħi, l-Uffiċju Konġunt u d-Dipartiment ta' l-Artijiet