Jista' l-Ministru jgħid fuq liema bażi ntgħażlu l-uffiċjali għoljin fis-Servizz Ċivili li se jintbagħtu għal taħriġ fl-Ingilterra rigward in-negozjati ta' Malta ma' l-Unjoni Ewropea?
Response (BORG, JOE)
Wara li l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin rrnexxielu jottjeni għajnuna teknika minn għand il-Gvern Ingliż taħt forma ta' kors għall-uffiċċjali għolja fis-Servizz Pubbliku bi preparazzjoni għan-negozjati dwar is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea li jridu jsiru ma jdumux, dan il-Ministeru talab Ministeri oħra li se jkunu l'aktar involuti f'dawn in-negozjati biex jinnominaw partiċipanti għal dan il-kors. Dawn il-Ministeri nnominaw uffiċċjali għolja li, flimkien ma oħrajn, se jkunu responsabbli għal dawn in-negozjati.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 5513 u cioe' jista' jgħid x'użu se jsir mill-fondi li fadal għar-Raba' Protokol Finanzjarju ma' l-Unjoni Ewropea?
Kif qed jipproponi li jużahom il-gvern preżenti?
Fuq liema proġetti u f'kull każ, x'inhuma l-fondi li qed jipproponi li jonfoq fuq kull proġett?"
Response (BORG, JOE)
Id-diskussjonijiet fuq ir-Raba Protokol Finanzjarju jinsabu f`fażi finali rigward il-proġetti li l-Gvern ser jiftiehem dwarhom ma` l-Unjoni Ewropea. Id-dettalji mitluba ikunu jistgħu jingħataw meta dawn id-diskussjonijiet jitlestew.
Jista' l-Ministru jgħid min huma n-nies seconded mal-Ministeru tiegħu u minn liema entita' ġejjin? Jista' jgħid x'salarju qed jirċievu u x'allowance qed jirċievu? Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn huma appuntati f'bordijiet u f'kumitati u xi ħlas qed jirċievu għal dan l-appointment? Jista' jgħid f'liema bordijiet qegħdin dawn l-individwi?
Response (BORG, JOE)
L-unika uffiċċjal li hija sekondata mal-Ministeru tieghi fil-preżent hija s-Sinjorina Claire Scerri, li hija Skrivana ma' l-Awtorita' tad-Djar, u għandha salarju, bħala Uffiċċjal tas-'Secretariat Pool' ta Lm 3,998 fis-sena, kif ukoll 'allowances' ta' Lm 100 fix-xahar għal xogħol wara l-hin li jkollha tagħmel bħala membru tas-Segretarjat tiegħi. Hi mhi membru ta' ebda Bord jew Kumitat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ambaxxati f'Malta? Kemm hu n-numru ta' ambaxxaturi Maltin għal pajjiżi barranin?
Response (BORG, JOE)
F`Malta hawn sittax il-Ambaxxata li huma dawn: L-Awstralja, iċ-Ċina, l-Egittu,ir-Russja, Franza,il-Ġermanja, l-Italja,l-Indja,il-Libja,l-Ordni ta` San Gwann(SMOM), il-Palestina, ir-Renju Unit, is-Santa Sede, l-Amerika, it-Tuneżija u l-Unjoni Ewropea.
In-numru ta`ambaxxaturi Maltin akkreditati għall-pajjiżi barranin bhalissa huwa ta` għoxrin.
Jista' l-Ministru jkompli jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5879?
Response (BORG, JOE)
In-nefqa fuq hospitality u safar tal-Ministeru għall-perjodu msemmi kienet LM18,577 u LM41,289 rispettivament. Rigward l-ambaxxati n-nefqa globali kienet LM49,136, (maqsuma f`LM15,004 hospitality u LM34,132 f`safar.)
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' delegazzjonijiet ministerjali Maltin li marru l-Libja matul dawn l-aħħar erba' snin sena b'sena? X'kienu r-raġunijiet għaliex telgħu dawn id-delegazzjonijiet u x'riżultati nkisbu f'kull delegazzjoni? X'kontinwazzjoni qed issir dwar dawn l-iżviluppi?
Response (BORG, JOE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub ,il-Onor Interpellant dwar żjarat miisterjali Maltin lejn il-Libja mill-1995 sa April 1999.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 1892?
Response (BORG, JOE)
Peress li ma jirriżultax li kien hemm xi żjara fl-14 ta` Novembru 1998, qed nassumi li l-Onor Interpellant qed jirreferi għaż-żjara ta` l-14 ta` Settembru 1998. F`dan il-każ ir-risposta hija kif ser jingħad:
14ta` Settembru 1998
Nefqa totali ta` LM540.13 inkluż l-ispejjeż tal-biljetti ta` l-arju (LM351.63)
29 ta` Ottubru 1998
Nefqa totali ta LM1316.60 inkluż l-ispejjeż tal-biljetti ta` l-ajru (LM878.25)
5 ta` Novembru 1998
Nefqa totali ta` LM2721.21 inkluż l-ispejjeż tal-biljetti ta` l-ajru (LM 1186.32)
11 ta` Novembru 1998
Nefqa totali għada ma ġietx stabbilita. L-ispejjeż tal-biljetti ta` l-ajru kienu LM1665
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 3585?
Response (BORG, JOE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant dwar il-`fax machines` li jinsabu fil-Ministeru tiegħi, inklużi dawk fil-Missjonijiet Maltin barra minn Malta.
Wara s-sejħa pubblika li saret fil-gazzetti fil-bidu ta' dan ix-xahar għal għaqdiet/ditti/individwi biex japplikaw għal xogħol ta' konsultazzjoni dwar screening ta' leġislazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea, it-tfassil ta' leġislazzjoni u xogħol ieħor konness, jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt applikaw? Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni fuq kull applikazzjoni bħal liema huma l-applikanti, x'esperjenza għandhom f'leġislazzjoni Ewropea u fil-każ ta' kumpanniji/aġenziji min huma d-diretturi?
Response (BORG, JOE)
In-numru ta` applikazzjonijiet għal xogħol ta` konsulenza dwar screening ta` leġiżlazzjoni ta` l-Unjoni Ewropeja huwa ta` 83.
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra il-lista ta` individwi u ditti li applikaw.
Fil-każ ta` ditti li applikaw, il-lista ta` diretturi hija informazzjoni pubblika li tista tinġabar mir-`Registrar of Partnerships`.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 807 dwar impjegati fil-Ministeru tiegħu?
Response (BORG, JOE)
Kien hemm disa` impjegati li ngħataw il-permess biex jiġu trasferiti minn dan il-Ministeru mill-aħħar Elezzjoni Ġenerali sa l-4 ta` Novembru 1998 kif qed jingħad hawn taħt:-
Żewġ impjegati Għawdxin kienu `on loan` mad-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali u eventwalment bdew jaħdmu Għawdex ma` dak id-Dipartiment (Gozo Branch). Impjegat ieħor ingħaqad mal-Works Division fil-Ministeru ta` l-Ambjent wara li ġie appuntat `Security Guard`. Żewġ impjegati oħra marru d-Dipartiment tat-Taxxi Interni, u l-oħrajn mad-Dipartiment ta` l-Agrikoltura, il-VAT Office, id-Dipartiment ta` l-Environment Protection u l-Works Division tal-Ministeru ta` l-Ambjent.
B'riferenza għall-artiklu "Preokkupazzjoni Libjana" li deher f'"In-Nazzjon" tad-29 ta' April 1999 taħt il-firma tas-Sur Michael Caruana, jista' l-Ministru jispjega kif materjal u dettalji ta' diskussjoni li saret bejn il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin ta' l-aħħar Gvern Laburista, u l-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Libjan fi Tripli f'Marzu 1998, u li suppost huma aċċessibbli biss fil-files tal-Ministeru spiċċaw f'idejn partitarji Nazzjonalista u wżati f'artiklu tiegħu? Kif jispjega l-Ministru l-fatt li l-artiklu imsemmi jallega li huwa għandu fil-pussess tiegħu dan id-dokument (jew kopja tiegħu) li minnu qiegħed jikkwota? Jaħseb il-Ministru li fatti bħal dawn ma jagħtux impressjoni tajba ta' kif huma mħarsa l-files f'ministeru hekk importanti, fejn il-ħarsien ta' l-informazzjoni għandu jkun l-ewwel prijorita'?
Response (BORG, JOE)
`Leaks` ta` karti u nformazzjoni uffiċjali ta` natura kunfidenzjali sfortunatament ġraw fil-passat. Din hija problema sew f`Malta u kif ukoll f`pajjiżi oħra. B`danakollu bl-ebda mod ma rrid b`xi mod niskuża dawn il-`leaks`. Fil-fatt jien assolutament ma naqbilx ma affarijiet bħal dawn u mhux ser nittollerahom. Għalhekk, għalkemm diffiċli ssib kif jiġru dawn il-`leaks`, jiena tajt direttiva lis-Segretarju Permanenti biex jinvestiga l-każ imqajjem mill-Onorevoli Interpellant u naċċertah ukoll li jittieħdu passi dixxiplinarji serji kontra min jinqabad skond ma jkun hemm bżonn. F`dak il-każ lest ukoll li ngħaddi ir-riżultat tal-investigazzjoni u l-informazzjoni kollha relattiva lill-Onorevoli Membru.
Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Bordijiet/kumitati
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4651, jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Kunsill ta' l-Amministrazzjoni tal-Voice of the Mediterranean?
Response (BORG, JOE)
Il-Kunsilliera Maltin membri tal-Kunsill ta' l-Amministrazzjoni tal-Voice of the Mediterranean huma s-Sur Alfred A. Zarb u Sur Manni Spiteri. Min-naħa tal-Libja il-Kunsilliera huma s-Sinjuri Ali Mohammed Nagem u Ali Mahammed Atija.
Peress li l-bdiewa, raħħala u sajjieda tal-pajjiżi membri ma jieħdux sussidju fuq il-bolla tas-S.S., jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra xi tkun il-pożizzjoni tal-bdiewa, raħħala u sajjieda Maltin u Għawdxin bi sħubija sħiħa ta' pajjiżna fl-U.E. għar-rigward ta' din l-assistenza?
Response (BORG, JOE)
L-Onorevoli Interpellant beda bi premessa żballjata. Nixtieq illi bħala eżempju ta` kemm hi żballjata il-premessa tal-Onorevoli Interpellant nirreferih ghad-Digriet numru 146 tal-1997 ta` l-Italja fejn il-bdiewa, raħħala, u sajjieda ingħataw konċessjonijiet sostanzjali dwar il-kontribuzzjonijiet tas-sigurta` soċjali.
Peress li l-Avis 2 jgħid l-levies kollha ta' protezzjoni jridu jitneħħew, jista' l-Ministru jgħid kif dan mhux se jkollu impatt negattiv fuq is-setturi lokali tal-biedja u sajd?
Response (BORG, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant li jressaq din il-mistoqsija parlamentari lil-Ministeru konċernat.
Peress li qed jiġi propost li jkun hemm tnaqqis ta' 30% tal-voti attwali ta' l-Unjoni Ewropea għas-settur tal-biedja tal-pajjiżi membri, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kif dan it-tnaqqis se jaffettwa lill-pajjiżna u ċioe' s-settur tal-biedja lokali?
Response (BORG, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant li jressaq din il-mistoqsija parlamentari lil-Ministeru konċernat.
B'riferenza għall-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija fl-Unjoni Ewropea u l-fatt tas-sitwazzjoni fejn bdiewa tal-pajjiżi membri qed jirċievu prezzijiet baxxi għall-prodotti tagħhom u l-konsumaturi jħallsu prezzijiet għolja minkejja f'dan it-tnaqqis fid-dħul tal-bdiewa, bħal fil-każ ta' Franza fejn matul l-aħħar snin il-prezz taċ-ċanga niżel għal 17% għar-raħħala, iżda għall-konsumaturi Franċiżi għola b'8%, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kif din is-sitwazzjoni se tolqot lill-bdiewa u l-konsumaturi tal-gżejjer tagħna?
Response (BORG, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant li jressaq din il-mistoqsija parlamentari lil-Ministeru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-relazzjoni li għandu l-Foreign Office ma' l-aġenzija tal-Ġnus Magħquda, partikolarment ma' l-UNCITRAL?
Response (BORG, JOE)
Bħala membru tan-Nazzjonijiet Uniti Malta hija awtomatikament membru ta` l-Aġenzija tagħha l-UNCITRAL.
L-UNCITRAL taħdem favur l-armoniżazzjoni tal-liġi tal-Kummerċ tal-pajjiżi kollha membri tagħha. Għal dan il-għan Malta regolarment tiġi mistiedna tipparteċipa f`konferenzi dwar diversi aspetti tal-Kummerċ internazzjonali, fosthom l-'electronic commerce', li Malta qed issegwi b`interess.
L-UNCITRAL kienet ukoll ta` għajnuna għal Malta fl-aħħar snin fil-preparazzjonijiet għat-twaqqif tal-'Malta International Arbitration Centre' li għandu jinfetaħ aktar tard din is-sena.