Jista’ l-Ministru jagħti ż-żmien previst għall-konsultazzjoni, il-pubblikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-qafas dwar l-imġiba tal-istudenti fl-iskejjel, inklużi l-proċeduri ta’ tfittxija u ta’ rispons għal emerġenzi? Jista’ wkoll jispeċifika liema skejjel ser ikunu koperti, min ser jiġi kkonsultat, l-ispiża stmata, it-taħriġ previst għall-persunal, is-salvagwardji għad-drittijiet u l-benesseri tal-istudenti, u kif ser jitkejjel u jiġi evalwat l-impatt tal-qafas?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li l-Kapijiet tal-Iskejjel attendew laqgħat bejn il-15 u s-16 ta’ Ottubru, li matulhom ġew ippreżentati l-prinċipji ewlenin tal-Qafas, flimkien mad-dokumenti relatati. Ingħata wkoll spazju għal mistoqsijiet u kjarifiki.
Il-Qafas huwa maħsub biex jipprovdi direzzjoni u gwida komuni lill-iskejjel, filwaqt li jirrispetta l-kuntest u l-politiki rispettivi tagħhom. Huwa previst ukoll li matul it-tieni term ikomplu d-diskussjonijiet dwar aspetti relatati mas-sigurtà u l-bżonnijiet ta’ taħriġ, kif ukoll dwar il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tiegħu.
Ministeru għall-Ugwaljanza u d-Drittijiet Ċivili – Infiq fuq reklamar
Question
Tista’ l-Ministru tagħti rendikont tal-infiq fuq reklamar, marketing u relazzjonijiet pubbliċi mill-Ministeru tagħha u minn kull dipartiment, aġenzija, awtorità u entità taħt ir-responsabbiltà tagħha, separatament għas-sena 2025 u għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Tista’ wkoll tipprovdi l-informazzjoni f’tabella li tindika, għal kull nefqa, l-entità li għamlitha, l-isem tal-fornitur, il-kampanja jew is-servizz, it-tip ta’ mezz użat, id-data jew il-perjodu tas-servizz, il-metodu ta’ akkwist u l-ammont, filwaqt li tispeċifika jekk dan jinkludix il-VAT?
Response (CUTAJAR, ROSIANNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-Ministeru għall-Ugwaljanza u d-Drittijiet Ċivili, flimkien mad-dipartimenti, l-aġenziji, l-awtoritajiet u l-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għandu r-responsabbiltà u l-obbligu li jżomm lill-pubbliku infurmat dwar is-servizzi, il-proġetti u l-inizjattivi tal-Gvern, sabiex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jagħmlu l-aħjar użu minnhom.
Għal dan il-għan, fl-Estimi Finanzjarji tal-Gvern hemm provvediment taħt il-Vot 29, Information Services, li jinkludi allokazzjoni għall-pubblikazzjoni ta' avviżi, kampanji ta' informazzjoni u edukazzjoni, u materjal ieħor ta' komunikazzjoni permezz ta' diversi mezzi. Dawn l-estimi huma diġà ppreżentati fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fir-rigward tar-rendikont dettaljat mitlub, għandu jiġi ċċarat li l-ġbir, il-verifika u l-konsolidazzjoni tal-informazzjoni għal kull nefqa, minn kull dipartiment, aġenzija, awtorità u entità, skont il-kategoriji u l-perjodi indikati fl-interpellanza, jirrikjedu eżerċizzju amministrattiv estensiv u l-użu ta' riżorsi sostanzjali. Dan l-eżerċizzju jkun jinvolvi ħin u riżorsi li għandhom jiġu bbilanċjati mal-ħtieġa li l-amministrazzjoni tkompli twettaq il-funzjonijiet u s-servizzi tagħha b'mod effiċjenti għall-benefiċċju taċ-ċittadini.
Ministeru għaż-Żgħażagħ, il-Benesseri u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Infiq fuq reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-infiq fuq reklamar, marketing u relazzjonijiet pubbliċi mill-Ministeru tiegħu u minn kull dipartiment, aġenzija, awtorità u entità taħt ir-responsabbiltà tiegħu, separatament għas-sena 2025 u għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ wkoll jipprovdi l-informazzjoni f’tabella li tindika, għal kull nefqa, l-entità li għamlitha, l-isem tal-fornitur, il-kampanja jew is-servizz, it-tip ta’ mezz użat, id-data jew il-perjodu tas-servizz, il-metodu ta’ akkwist u l-ammont, filwaqt li jispeċifika jekk dan jinkludix il-VAT?
Response (FARRUGIA, OMAR)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-Ministeru għaż-Żgħażagħ, il-Benesseri u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali, flimkien mal–aġenzija, li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għandu r-responsabbiltà u l-obbligu li jżomm lill-pubbliku infurmat dwar is-servizzi, il-proġetti u l-inizjattivi tal-Gvern, sabiex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jagħmlu l-aħjar użu minnhom.
Għal dan il-għan, fl-Estimi Finanzjarji tal-Gvern hemm provvediment taħt il-Vot 29, Information Services, li jinkludi allokazzjoni għall-pubblikazzjoni ta' avviżi, kampanji ta' informazzjoni u edukazzjoni, u materjal ieħor ta' komunikazzjoni permezz ta' diversi mezzi. Dawn l-estimi huma diġà ppreżentati fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fir-rigward tar-rendikont dettaljat mitlub, għandu jiġi ċċarat li l-ġbir, il-verifika u l-konsolidazzjoni tal-informazzjoni għal kull nefqa, minn kull dipartiment, aġenzija, awtorità u entità, skont il-kategoriji u l-perjodi indikati fl-interpellanza, jirrikjedu eżerċizzju amministrattiv estensiv u l-użu ta' riżorsi sostanzjali. Dan l-eżerċizzju jkun jinvolvi ħin u riżorsi li għandhom jiġu bbilanċjati mal-ħtieġa li l-amministrazzjoni tkompli twettaq il-funzjonijiet u s-servizzi tagħha b'mod effiċjenti għall-benefiċċju taċ-ċittadini.
Ministeru għall-Arti, il-Kultura u l-Wirt Nazzjonali – Infiq fuq reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-infiq fuq reklamar, marketing u relazzjonijiet pubbliċi mill-Ministeru tiegħu u minn kull dipartiment, aġenzija, awtorità u entità taħt ir-responsabbiltà tiegħu, separatament għas-sena 2025 u għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ wkoll jipprovdi l-informazzjoni f’tabella li tindika, għal kull nefqa, l-entità li għamlitha, l-isem tal-fornitur, il-kampanja jew is-servizz, it-tip ta’ mezz użat, id-data jew il-perjodu tas-servizz, il-metodu ta’ akkwist u l-ammont, filwaqt li jispeċifika jekk dan jinkludix il-VAT?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-Ministeru għall-Arti, il-Kultura u l-Wirt Nazzjonali, flimkien mad-dipartimenti, l-aġenziji, l-awtoritajiet u l-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għandu r-responsabbiltà u l-obbligu li jżomm lill-pubbliku infurmat dwar is-servizzi, ilproġetti u l-inizjattivi tal-Gvern, sabiex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jagħmlu l-aħjar użu minnhom.
Għal dan il-għan, fl-Estimi Finanzjarji tal-Gvern hemm provvediment taħt il-Vot 29, Information Services, li jinkludi allokazzjoni għall-pubblikazzjoni ta' avviżi, kampanji ta' informazzjoni u edukazzjoni, u materjal ieħor ta' komunikazzjoni permezz ta' diversi mezzi. Dawn l-estimi huma diġà ppreżentati fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fir-rigward tar-rendikont dettaljat mitlub, għandu jiġi ċċarat li l-ġbir, il-verifika u lkonsolidazzjoni tal-informazzjoni għal kull nefqa, minn kull dipartiment, aġenzija, awtorità u entità, skont il-kategoriji u l-perjodi indikati fl-interpellanza, jirrikjedu eżerċizzju amministrattiv estensiv u l-użu ta' riżorsi sostanzjali. Dan l-eżerċizzju jkun jinvolvi ħin u riżorsi li għandhom jiġu bbilanċjati mal-ħtieġa li l-amministrazzjoni tkompli twettaq il-funzjonijiet u s-servizzi tagħha b'mod effiċjenti għall-benefiċċju taċ-ċittadini.
Gozo Channel – Flotta ġdida – Kofinanzjament mill-UE
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1520 u jgħid jekk il-Gvern, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, bediex proċess serju biex jikseb kofinanzjament mill-Unjoni Ewropea għall-investiment fi flotta ġdida tal-Gozo Channel? Jekk le, jista’ jgħid ukoll liema passi ttieħdu u f’liema stadju jinsabu?
Response (AZZOPARDI TANTI, KEITH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li
t-tweġiba tingħata f’seduta oħra
.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2072 dwar spezzjonijiet mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), jista’ l-Ministru jgħid kemm-il spezzjoni saret f’San Ġiljan u xi rriżulta minn dawn l-ispezzjonijiet?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul il-perjodu riferut saru ‘l fuq minn 400 spezzjoni mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) fil-lokalità ta’ San Ġiljan. Minn dawn l-ispezzjonijiet inħarġu multi amministrattivi, skont iċ-ċirkostanzi u n-natura tal-irregolaritajiet osservati.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2072 dwar spezzjonijiet mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), jista’ l-Ministru jgħid kemm-il spezzjoni saret f’Tas-Sliema u xi rriżulta minn dawn l-ispezzjonijiet?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul il-perjodu riferut saru ‘l fuq minn 500 spezzjoni mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) fil-lokalità tas-Sliema. Minn dawn l-ispezzjonijiet inħarġu multi amministrattivi u avviżi ta’ infurzar, skont iċ-ċirkostanzi u n-natura tal-irregolaritajiet osservati.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2072 dwar spezzjonijiet mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), jista’ l-Ministru jgħid kemm-il spezzjoni saret f’San Pawl il-Baħar u xi rriżulta minn dawn l-ispezzjonijiet?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul il-perjodu riferut saru ‘il fuq minn 300 spezzjoni mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) fil-lokalità f’San Pawl il-Baħar. Minn dawn l-ispezzjonijiet inħarġu multi amministrattivi u avviż ta’ infurzar, skont iċ-ċirkostanzi u n-natura tal-irregolaritajiet osservati.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1991, fejn qed jingħad li ser ikun hemm iktar tisħiħ fis-sistema tal-cables tal-Enemalt, fil-lokalità tal-Imġarr, Malta, tista’ l-Ministru tagħti indikazzjoni dwar fejn huma mistennija jitqiegħdu l-cables indikati? Tista’ tgħid ukoll meta hu mistenni li jsir dan ix-xogħol?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Enemalta qed tippjana aktar xogħlijiet ta’ rinfurzar fin-network tad-distribuzzjoni fl-Imġarr. It-tisħiħ tan-network huwa proċess kontinwu u l-interventi meħtieġa jiġu ppjanati skont il-ħtiġijiet tekniċi u operattivi tan-network.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1990, fejn qed jingħad li ser ikun hemm iktar tisħiħ fis-sistema tal-cables tal-Enemalta fil-lokalità tal-Mellieħa, tista’ l-Ministru tagħti indikazzjoni dwar fejn huma mistennija jitqiegħdu l-cables indikati? Tista’ tgħid ukoll meta hu mistenni li jsir dan ix-xogħol?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li Enemalta qed tippjana aktar xogħlijiet ta’ rinfurzar fin-network tad-distribuzzjoni fil-Mellieħa. It-tisħiħ tan-network huwa proċess kontinwu u l-interventi meħtieġa jiġu ppjanati skont il-ħtiġijiet tekniċi u operattivi tan-network.
Jista’ l-Ministru jagħti aġġornament dwar il-proġett tal-parkeġġ fir-Rabat, Għawdex, biswit it-terminal tal-karozzi tal-linja u jindika:
i. f’liema stadju jinsab il-proġett, inkluż fir-rigward tal-ippjanar, il-permessi, il-ħruġ u l-għoti tal-offerti u x-xogħlijiet fuq il-post;
ii. fiex se jikkonsisti l-proġett, inkluż in-numru ta’ spazji għall-parkeġġ u l-faċilitajiet previsti;
iii. x’inhi l-ispiża stmata tal-proġett u kif se jiġi ffinanzjat;
iv. meta huwa ppjanat li jibdew u jitlestew ix-xogħlijiet, u meta l-parkeġġ u l-ġnien mistennija jkunu disponibbli għall-użu tal-pubbliku; u
v. jekk sarx studju dwar l-impatt tal-proġett fuq it-traffiku (Traffic Impact Assessment) u, jekk iva, jgħid x’kienu l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu, u jqiegħed kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-offerta għax-xogħlijiet ta’ twaqqiegħ, tħaffir, kostruzzjoni u tisbiħ ġiet aġġudikata nhar is-26 ta’ Jannar 2026. L-applikazzjonijiet għall-permessi jinsabu quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar ghaldaqstant ix-xoghol ikun jista jibda kif jinhargu l-permessi necessari.
Nirreferik ukoll ghal mistoqsija parlamentari numru 31906.
Jista’ l-Ministru jindika kemm qed jiġu offruti korsijiet tal-Lifelong Learning f’Għawdex, fil-preżent, u jipprovdi lista ta’ dawn il-korsijiet u għal kull kors jindika n-numru ta’ studenti rreġistrati u l-post fejn qed isiru l-lezzjonijiet?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qedgħa titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Fid-dawl li l-iskola f'Għajnsielem, li bħalissa qed tintuża mill-MCAST, ma baqgħetx disponibbli għal-lezzjonijiet tal-Lifelong Learning, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan biex jitwaqqaf ċentru ddedikat f’Għawdex, fuq il-mudell ta’ dak li hemm f’Malta, sabiex il-korsijiet jinġabru f’post wieħed minflok jibqgħu mifruxin f’diversi lokalitajiet? Jista’ jgħid ukoll jekk tali ċentru jkunx jinkludi klassijiet u workshops attrezzati bir-riżorsi u l-għodod meħtieġa għall-korsijiet offruti sabiex l-għalliema u l-istudenti jkollhom faċilitajiet adegwati għat-tagħlim teoretiku u prattiku?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li huwa żbaljat meta jgħid f’Malta l-korsijiet kollha jingħataw minn post wieħed. Jekk ikun hemm il-fakulta li f'Għawdex isir hekk, bħal dejjem naraw li jiġi provdut l-aħjar servizz.
Qorti u Tribunal t’Għawdex - Każijiet ta’ pussess tad-droga
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 465 u 1115 u jgħid kemm-il każ ta’ pussess sempliċi ta’ droga ġie rrappurtat jew tressaq quddiem il-Qrati f’Għawdex u quddiem it-Tribunal matul is-snin 2024, 2025 u 2026, maqsuma sena b’sena, u jindika x’tip ta’ sustanzi kienu involuti f’dawn il-każijiet?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt.
Sena
Numru ta’ każi ta’ pussess sempliċi ta’ droga rrapurtati f'Għawdex
Numru ta’ persuni mressqa l-Qorti skond data tal-Pulizija
Numru ta’ persuni mressqa fit-Tribunal skond data mis-sistema LES
2024
14
Nil
3 pussess ta’ kannabis
3 pussess ta’ kokaina
4 pussess ta’ eroina
2025
9
2 pussess ta’ kokaina
2 pussess ta’ kannabis
2 pussess ta’ kokaina
3 fuq konsum ta’ kannabis fil-pubbliku
2026 sa Settembru
8
1 Pussess ta’ Kannabis
1 pussess ta’ kokaina
1 pussess ta’ kannabis
5 fuq konsum ta’ kannabis fil-pubbliku
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju jinsabu x-xogħlijiet fuq il-bini tal-Qorti l-ġdida fir-Rabat, Għawdex, u meta huwa mistenni li l-Qorti ta’ Għawdex tibda topera minn dan il-bini?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Numru 2135 li ngħatat fis-seduta tad-19 ta’ Ottubru 2026 ta’ din il-Leġislatura.
Tista’ l-Ministru tgħid liema mir-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO) dwar il-grid tal-elettriku ġew implimentati b’mod sħiħ sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, wara s-sajf tal-2023, Enemalta aċċellerat programm estensiv ta’ investiment u tisħiħ tan-network tad-distribuzzjoni, b’enfasi fuq iż-żieda fil-kapaċità, ir-reżiljenza u l-ippjanar tan-network għall-ħtiġijiet preżenti u futuri. Dan huwa konformi mad-direzzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika.
Bejn l-2023 u l-2025, Enemalta wettqet programm ta’ investiment ta’ €141 miljun fin-network tal-elettriku. Fiż-żoni fejn saru xogħlijiet ta’ tisħiħ tan-network, diġà qegħdin jidhru r-riżultati ta’ dawn l-interventi f’network aktar b’saħħtu u b’aktar kapaċità. Madankollu, l-infrastruttura tal-elettriku teħtieġ titjib u investiment kontinwu, partikolarment fid-dawl taż-żieda fid-domanda u l-isfidi li ġġib magħha it-tibdil fil-klima.
L-investiment li qed isir huwa wieħed bla preċedent biex nindirizzaw sfidi li sibna u li jeħtieġu azzjoni konkreta.
L-investimenti qegħdin isiru fuq diversi livelli tan-network u jinkludu substations ġodda, cables ġodda ta’ vultaġġ medju taħt l-art, low-voltage feeders ġodda, bdil ta’ transformers u modernizzazzjoni ta’ switchgear.
Fl-istess waqt saru investimenti fid-distribution centres. Fl-2026 ġew konklużi proġetti fin-Naxxar, is-Siġġiewi u l-Imsida, b’investiment totali ta’ madwar €40 miljun. Fl-Imsida, il-kapaċità installata rdoppjat minn 30MVA għal 60MVA, filwaqt li ċ-ċentri tan-Naxxar u s-Siġġiewi għandhom kapaċità installata ta’ 60MVA kull wieħed. Saru wkoll investimenti f’ċentri ta’ distribuzzjoni eżistenti bħal Bugibba, St. Andrew’s, Ħal Kirkop u fil-Mosta.
F’Jannar 2026, Enemalta kompliet issaħħaħ l-ippjanar fit-tul permezz tat-tnedija tal-Pjan ta’ Disa’ Snin, li jistabbilixxi direzzjoni fit-tul għall-iktar tisħiħ tan-network tal-elettriku.
F’Għawdex ukoll qed jitmexxew ’il quddiem investimenti strateġiċi, fosthom il-proċess għal żewġ cables ġodda ta’ 33kV bejn Malta u Għawdex, konnessjoni ġdida ppjanata ta’ 132kV, kif ukoll żewġ distribution centres ġodda.
L-implimentazzjoni tal-miżuri marbuta mar-rakkomandazzjonijiet tal-NAO għandha titqies fil-kuntest ta’ programm kontinwu ta’ tisħiħ, modernizzazzjoni u ppjanar fit-tul tan-network. L-infrastruttura elettrika mhijiex investiment ta’ darba, iżda teħtieġ proċess kontinwu ta’ tisħiħ u titjib sabiex tibqa’ tlaħħaq maż-żieda fid-domanda, mat-tkabbir ekonomiku, mat-tibdil fil-klima u mal-ħtiġijiet futuri tal-pajjiż.
Armada LNG Mediterrana – Status operattiv u marittimu
Question
Tista’ l-Ministru tagħti dettalji dwar l-istatus ċertifikat kurrenti tal-bastiment Armada LNG Mediterrana f’dak li jirrigwarda;
i. is-sistema ta’ propulsjoni;
ii. il-ġenerazzjoni tal-elettriku abbord;
iii. il-klassifikazzjoni marittima (class status); u
iv. l-ħajja operattiva residwa (remaining service life) ta’ dan il-bastiment?
Response (DALLI, MIRIAM)
L-informazzjoni mitluba tirrigwarda l-istatus tekniku u operattiv tal-FSU, li jifforma parti mill-infrastruttura kritika tal-provvista tal-enerġija, u għaldaqstant hija ta’ natura sensittiva u tqajjem kunsiderazzjonijiet ta’ sigurtà.
Floating Storage Unit – Assunzjonijiet dwar l-Operabbiltà u Kontinġenzi
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk wara l-maltempati Helios u Harry sarx rikalkolu formali tal-assunzjonijiet dwar l-operabbiltà tal-Floating Storage Unit (FSU) f’kundizzjonijiet ħżiena tat-temp u l-valutazzjoni ta’ kontinġenzi multipli simultanji (compound contingencies)?
Tista’ l-Ministru tindika meta ma kinitx qed topera (outage) it-turbina tal-fwar ta’ Delimara 4 (D4), matul l-2024 u għall-istess perjodu tgħid:
i. kemm kien twil dan il-perjodu;
ii. kemm kienet il-kapaċità f’MW li baqgħet disponibbli minn D4 f'dan il-perjodu;
iii. kemm ġew iġġenerati megawatt-siegħa (MWh) matul dan il-perjodu; u
iv. kemm kien il-volum totali ta’ gass ikkonsmat matul dan il-perjodu?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li:
i. Matul l-2024, it-turbina tal-fwar ta’ D4 twaqqfet skont ma hija l-prassi li jiġri wara 60,000 siegħa t’operat effettiv, biex saritilha manutenzjoni preventiva estensiva li damet għal 33 ġurnata;
ii. Il-kapaċità disponibbli minn D4 f'dan il-perjodu kienet ta’ 100.5MW;
iii. Matul dan il-perjodu ġew iġġenerati 65,169.5 MWh minn D4 (minn kapaċità disponibbli ta’ 80,260.39 MWh);
iv. Il-volum totali ta’ gass ikkonsmat minn D4 matul dan il-perjodu kien madwar 705,250MMBtu.