Jista’ l-Ministru jgħid jekk, ladarba ġie kkonfermat li Malta tista' tilħaq il-4.5 miljun turist li kien mistenni bħala l-mira għal 2035 skont EnVision 2050, sa kmieni kemm fl-2026, jiġifieri disa’ snin qabel, il-Gvern għandux pjan li jirrevedi l-miri tat-turiżmu inklużi f'EnVision 2050?
Jista’ l-Ministru jispjega liema metodoloġija ntużat fit-tfassil tal-parti tal-EnVision 2050 biex waslet għall-konklużjoni li Malta kellha tilħaq il-4.5 miljun turist fis-sena 2035 meta jirriżulta illi Malta ser tilħaq dik il-mira din is-sena?
Skont ir-Rule of Law Report tal-2026 maħruġ mill-European Commission għal Malta, fejn ingħad: ‘
Action remains to be taken to improve the overall ethics framework of the public administration’, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex Malta mhijiex firmatarja jew tifforma parti mill-Konvenzjoni Kontra t-Tixħim tal-OECD (OECD Anti-Bribery Convention) u jekk il-Ministru għandux il-ħsieb li l-Gvern jiffirma l-Konvenzjoni?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-persuni barranin li qed jistennew li jgħaddu ġuri quddiem il-Qorti Kriminali huma persuni li huma ta’ nazzjonalità extra-komunitarja?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ kawżi ċivili pendenti fil-Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn kienu pendenti quddiem is-Sezzjoni tal-Familja tal-Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili sal-1 ta’ Ottubru 2026?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ kawżi kriminali pendenti li jaqgħu fil-kompetenza oriġinali tal-Qorti tal-Maġistrati bħala Qorti ta’ Ġudikatura Kriminali sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jelenka l-proprjetajiet pubbliċi mogħtija għall-użu ta’ NGOs taħt ir-responsabbiltà tiegħu, u jispeċifika l-NGO, l-użu u l-kundizzjonijiet ta’ kull ftehim?
L-Imsida – Life Long Learning Centre – Miżuri għat-tlestija tal-korsijiet
Question
Fid-dawl li xi studenti s’issa setgħu attendew biss lezzjoni waħda mill-bidu tal-kors tagħhom fi ħdan il-Life Long Learning Centre tal-Imsida, jista' l-Ministru jgħid x’miżuri se jittieħdu biex jiġi żgurat li l-korsijiet jitlestew skont il-programm u li l-istudenti jirċievu l-ħin kollu ta’ tagħlim li għalih irreġistraw?
L-Imsida – Life Long Learning Centre – Arranġamenti alternattivi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx ikkunsidrati arranġamenti alternattivi minflok il-Life Long Learning Centre tal-Imsida, bħal postijiet oħra fejn isiru l-lezzjonijiet jew isiru lezzjonijiet online, sabiex l-istudenti ma jitilfux aktar ħin ta’ tagħlim?
L-Imsida – Life Long Learning Centre – Perjodu ta’ żmien li mistenni jkun magħluq
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għal kemm żmien huwa mistenni li jibqa’ magħluq il-Life Long Learning Centre tal-Imsida? Jista’ jgħid ukoll meta l-istudenti u l-edukaturi jistgħu jistennew li jerġgħu jibdew il-lezzjonijiet b’mod normali?
L-Imsida – Life Long Learning Centre – Lezzjonijiet li ġew imħassra
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew imħassra lezzjonijiet mill-bidu tal-korsijiet ta’ Ottubru 2026 fil-Life Long Learning Centre tal-Imsida, kemm ġew affettwati korsijiet, u kemm hemm studenti milquta minn din is-sitwazzjoni?
Jista' l-Ministru jgħid jekk it-tiswijiet fil-binja tal-Life Long Learning Centre tal-Imsida kinux ilhom magħrufa jew kinux ippjanati minn qabel? Jista’ jgħid ukoll għaliex ma sarux matul il-perjodu tas-sajf, meta ma jkunux għaddejjin il-korsijiet, minflok fil-bidu tas-sena akkademika?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 3637.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ġiet identifikata l-ħtieġa għat-tiswijiet fi ħdan il-Life Long Learning Centre tal-Imsida, u jekk dawn it-tiswijiet kinux ippjanati minn qabel jew irriżultawx minn xi emerġenza li nqalgħet f’daqqa?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 3637.