Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm huma l-persuni li għandhom jieħdu drittijiet mill-Gvern ta' Malta in konnessjoni ma' perizji legali u tekniċi kif imqabbda mill-Qrati tagħna, kemm huwa l-ammont globali dovut lilhom u kemm huwa l-ogħla ammont dovut lil persuna waħda?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li n-numru ta` persuni li għandhom jieħdu
drittijiet mill-Gvern in konnessjoni ma` perizji legali u
tekniċi huwa ta` 57. L-ammont globali dovut lilhom huwa
ta` Lm17,519 u l-ogħla ammont dovut lil persuna waħda huwa
ta` Lm2576.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus mill-ministeru tiegħu bejn il-5 ta' Settembru, 1998 u l-31 ta' Jannar, 1999; f'riċevimenti, f'safar, f'petrol u diesel u f'pagi għall-impjegati?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Qiegħed nagħti n-nefqa tad-Dipartimenti li jidhru fit-
Tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra, liema nefqa
tkopri l-perjodu 5 ta' Settembru 1998 sal-31 ta' Jannar
1999.
Naħseb li l-Onor Interpellant jinteressah li jsir paragun
ma' l-ispiża f'perjodu simili mill-amministrazzjoni ta'
qabel.
It-tagħrif dwar dipartimenti oħra li jaqgħu taħt id-
dikasteru tiegħi jingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta persuna li toqgħid Malta jkollha taħlef dokument dwar x'eċċezzjonijiet f'kawża fil-Qorti ta' Għawdex, din bilfors trid tinħalef fl-Uffiċċju tar-Reġistratur fil-Qorti?
Għaliex dokumenti bħal dawn, ma jistgħux jinħalfu quddiem kummissarju li jagħti l-ġuramenti bħalma huma ħafna nutara?
Ma jaħsibx li jekk dan iseħħ mhux biss ineħħi pressjoni ta' xogħol fuq dawk impjegati fil-Qorti iżda jkun ta' anqas skariċċ għan-nies?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
L-Artikoli 156 u 158 tal-Kodiċi ta` Organiżżazzjoni u
Proċedura Ċivili jirrikjedu li d-Dikjarazzjoni mehmuża kemm
maċ-Ċitazzjoni u anke man-Nota ta` l-Eċċezzjonijiet tiġi
maħlufa f'idejn ir-Reġistratur tal-Qorti, l-Assistenti
Reġistraturi jew id-Deputati Reġistraturi.
Biex tinbidel din il-proċedura trid issir emenda fil-Liġi.
Iżda biex dan iseħħ l-ewwel irid isir studju serju dwar xi
riperkussjonijiet li jistgħu jirriżultaw.
B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 4228, peress li r-riżultat ta' l-intervisti għall-postijiet ta' Assistant Principal Radiographers ġie ppublikat mill-PSC fil-5 ta' Settembru u kien validu għal sena u peress li b'riferenza għar-risposta 4366, ir-rakkomandazzjoni kienet biex it-tliet persuni jieħdu l-appointment ta' Assistant Principal Radiographers fl-1 ta' Diċembru, 1998, meta kienet inqabżet is-sena ta' kemm kien validu r-riżultat, jista' l-Prim Ministru jispjega x'kienet ir-raġuni li ħareġ l-appointment mill-PSC?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jiena nfurmat illi l-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku
għamlet ir-rakkomandazzjonijiet tagħha biex jimtlew il-
postijiet ta' Assistant Principal Radiographers għaliex il-
vakanzi kienu identifikati, u t-talba u l-verifika biex
jimtlew il-postijiet saru, meta r-riżultat kien għadu
validu.
Dan huwa konformi mal-prassi kostanti tal-Kummissjoni għas-
Servizz Pubbliku.
Il-Gvern Malti biddel id-deċiżjoni tal-gvern preċedenti li ma jeħux sehem f'Expo' 99? Jekk iva, jista' l-Prim Ministru jgħid x'se tiswa l-parteċipazzjoni ta' Malta?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Naħseb l-Onor Interpellant qed jistaqsi dwar Expo 2000 li
ser isir Hanover. Il-Gvern qiegħed jikkonsidra attivament
li Malta għandha tipparteċipa iżda deċizjoni finali għad
trid tittieħed.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu l-għadd ta' barranin impjegati mal-gvern? F'liema dipartimenti jinsabu u x'kariga għandhom? Fuq liema bażi ġew impjegati f'kull każ?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
It-tagħrif li qed jitlob l-Onor Interpellant diġa’ ingħata fit-tweġiba tiegħi b’risposta għad-domanda numru 2706 fl-14 ta’ Jannar li għadda.
Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra jekk il-gvern wasalx għal xi deċiżjoni dwar kumpens fil-każ ta' Anthony Mifsud li kien involut fl-inkjesta dwar il-ħarba mill-ħabs ta' Louis Bartolo u l-avvenimenti sussuegwenti?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Naħseb li l-Onorevoli Interpellant japprezza li deċiżjoni dwar każi ta` kumpens trid tittieħed fid-dawl tal-fatti u meta d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa tkun f’idejn id-dipartiment responsabbli. Din id-dokumentazzjoni, għalkemm intalbet, għadha ma waslitx.
Id-Diviżjoni tal-Ġustizzja qed tagħmel l-almu tagħha biex dan il-każ ma jitwalx bla bżonn.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu l-għadd ta' reliġjużi (qassisin, sorijiet u patrijiet) impjegati fis-servizz tal-gvern jew f'istituzzjonijiet li jitmexxew b'fondi pubbliċi? Min huma u x'xogħol jagħmlu?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
L-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u tingħata tweġiba
f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb l-aħħar parti tal-mistoqsija parlamentari numru 3922 imwieġba f'Seduta Nru. 58?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ membri tal-Forzi Armati li jaqgħu taħt il-kategoriji ta’ etajiet mitluba skond ir-rank tagħhom huwa mqassam kif muri fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
B'riferenza għall-perjodu 1 ta' Novembru, 1998 sal-31 ta' Jannar, 1999 u għad-dikasteru li għalih hu responsabbli, jista' l-Prim Ministru jagħti lista ta' kuntratti li saru ta' ġarr ta' għamara ta' uffiċini li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt jindika: 1) min kienu l-persuni li għamlu l-award; (2) lil minn intalbu quotations; (3) kemm kienet kull kwota; (4) min rebaħ il-kuntratt; (5) ingħatawx extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl-affermattiv fiex kienu jikkonsistu w kemm kien il-valur totali tagħhom?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jien infurmat li bejn l-1 ta’ Novembru 1998 sal-31 ta’ Jannar 1999 ingħataw dawn id-direct orders għal ġarr ta’ għamara fid-dikasteru tiegħi.
Uffiċċju tal-Prim Ministru
Segretarjat Privat
Lm25
Borg Bros
Uffiċċju tal-Kabinett
Lm30
Borg Bros
Dipartiment tat-Tiftix għaż-Żejt
Lm30
Borg Bros
Management Efficiency Unit
Lm350
Borg Bros
Billi kien hemm ċerta urġenza u x-xogħol kien ta’ valur żgħir ma ntalbux
quotations
oħra.
L-Ispiża totali kienet kif tidher hawn fuq u ma ngħatawx
extensions
.
Jista' l-Prim Ministru jgħid lil min ngħata t-tender għall-ġarr ta' għamara li tintuża fil-polling stations madwar Malta w Għawdex għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali ta' Marzu 1999? Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk it-tender ingħatax b'direct order jew wara sejħa għall-offerti? Kemm huwa l-valur tat-tender? F'każ ta' sejħa għall-offerti min kienu l-persuni li għamlu l-offerti, jew lil min intalbu quotations? Kemm kienet kull kwota?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jiena nfurmat li ma jsirx ġarr ta’ għamara li tintuża fil-
polling stations
.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhu jżomm li joħorġu l-promozzjonijiet tal-court recorders 1 (one) għall-court recorders 2 (two)?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li bħalissa qed isir manpower survey u management study tar-riżorsi umani tal-Qorti u kull eżerċizzju ta` promozzjonijiet irid jiġi kkunsidrat fil-kuntest tal-konklużjonijiet ta` dan l-istudju.
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-kandidati tal-Partit Nazzjonalista illi kkontestaw xi elezzjoni fil-passat, illi ġew maħtura fuq bordijiet tal-gvern, jew bordijiet ta' xi korporazzjoni jew ażjenda fejn il-gvern għandu sehem maġġoritarju mill-5 ta' Settembru, li għadda 'l hawn? Kemm jitħallsu kull wieħed jew waħda?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li fil-bordijiet li jaqgħu taħt id-
dekasteru tiegħi ma hemm ebda persuna li kkontestat l-
Elezzjoni Ġenerali tal-5 ta' Settembru 1998 f'isem il-
Partit Nazzjonalista.
Kien hemm biss persuna waħda, ie Dr R Zammit li kienet
ikkuntestat l-Elezzjoni Ġenerali tal-1987 u li ġiet maħtura
membru tal-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni
b'effett mis-16 ta' Novembru 1998, b'onorarju ta' Lm3660
fis-sena.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa t-total ta' mpjegati fil-MITTS?
Kemm hemm vaganzi bħalissa u liema karigi huma battala?
X'miżuri ttieħdu biex dawn il-postijiet, jekk hemm, jimtlew?
F'liema stadju wasal il-proċess biex jimtlew dawn il-karigi battala?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li fil-preżent il-MITTS timpjega 314
impjegat.
It-total ta' postijiet vakanti huwa ta' 13, maqsuma kif
ġej:
Chief Executive Officer 1
Group Secretary 1
Project Manager 1
Systems Analysts/Programmers 10
Fil-każ taċ-Chief Executive Officer għaddej il-proċess għal
sejħa ta' applikazzjoni (ETC Permit 33/99). Fil-fatt, is-
sejħa ta' l-applikazzjoni taċ-Chief Executive Officer
għalqet fit-8 ta' Frar 1999, fejn wara jkun jista jsir il-
proċess ta' l-għażla.
Il-postijiet vakanti l-oħra jiġu mimlija skond il-bżonn tal-
Kumpanija.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm nies jaħdmu fil-Management Efficiency Unit?
Kemm inħolqu vaganzi mill-elezzjoni 'l hawn u liema karigi huma battala?
X'miżuri ttieħdu biex dawn il-postijiet battala jimtlew?
F'liema stadju wasal il-proċess biex jimtlew dawn il-karigi battala?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li bħalissa hemm 38 persuna jaħdmu mal-
Management Efficiency Unit.
It-total ta' postijiet vakanti huma ta' 10, maqsuma kif
ġej:
Konsulenza 7
Segretarjali 1
Resource Centre 1
Riċerka u Komunikazzjoni 1
Minn dawn il-vakanzi, ħamsa nħolqu mill-elezzjoni 'l hawn,
erba fil-konsulenza (wieħed minnhom kien part-time) u l-
oħra fis-Segreterija. F'Diċembru nħarġet sejħa għall-
applikazzjonijiet biex jimtlew dawn il-vakanzi u l-proċess
ta' l-għażla għadu għaddej.
Peress li huwa antiċipat li tlett persuni jitilqu sa
Ottubru ta' din is-sena, huwa maħsub li dawn il-
pożizzjonijiet jistgħu jimtlew minn dan ir-reklutaġġ.
Jista' l-Prim Ministru jgħid xi struttura hemm fil-MITTS?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li l-Management tal-MITTS huwa mmexxi miċ-
Chief Executive Officer taħt id-direzzjoni tal-Board tad-
Diretturi. Dan il-Board jikkonsisti miċ-Chairman u ħames
Diretturi, wieħed minnhom huwa Direttur Ħaddiem magħżul
mill-impjegati tal-Kumpanija.
L-istruttura tal-MITTS tħaddan fiha dawn it-taqsimiet:
Information Technology Division mmexxija minn
Divisional Manager
Information Systems Division mmexxija minn Divisional
Manager
Corporate Strategy and Customer Relations Division
mmexxija minn Divisional Manager
Financial Management Group mmexxi minn Financial
Controller
Human Resources / Administration Group mmexxi minn
Group Manager
Swatar Training Centre Group mmexxi mill-Head of
Swatar
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa l-complement tal-Forzi Armati ta' Malta, f'kull rank?
Kemm hemm membri f'kull rank u x'miżuri qed jittieħdu biex il-postijiet battala, jekk hemm, jimtlew?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li l-kompożizzjoni tal-Forzi Armati, f'kull
grad (rank), fil-31 ta' Jannar 1999, kien kif muri fit-
tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Biex jimtlew xi postijiet vakanti li jeżistu fil-Forzi
Armati, skond l-establishment, huwa ppjanat li fl-1999
jiġu reklutati mitt suldat kif ukoll numru żgħir ta'
officer cadets. Hu maħsub ukoll li jingħataw numru ta'
promozzjonijiet fi żmien opportun.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati fid-dipartimenti li jaqgħu fir-responsabbilta' tiegħu li jgawdu minn allowance għal degree jew diploma li għandhom? F'liema suġġetti huma ċċertifikati? X'inhu x-xogħol li qed jagħmlu bħalissa?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li hemm tmienja u għoxrin (28) impjegat fid-
dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta tiegħi li
jgawdu minn allowance għal degree jew diploma. Qed inpoġġi
fuq il-mejda tal-Kamra lista ta' dawn l-impjegati flimkien
mad-dettalji rispettivi.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm inkjesti maġisterjali pendenti li għadhom ma għalqux? Għal-liema maġistrat jappartjenu l-akbar numru ta' inkjesti li għadhom ma għalqux?
Kemm inqatgħu kawżi ċivili quddiem il-Qorti tal-Maġistrati bejn Novembru 1997 u Novembru 1998 fil-perijodu bejn l-1995 u 1996? Kemm inqatgħu sentenzi mill-Prim Awla, Qorti ta' l-Appell Ċivili għall-istess perijodi?
Kemm saru u nqatgħu ġurijiet matul l-istess perijodi msemmija? Kemm ingħataw deċiżjonijiet kriminali ta' kompetenza ta' aktar minn sitt xhur ħabs għall-istess perijodi u kemm hemm minnhom li ilhom diferti għas-sentenza għal aktar minn tliet snin?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
L-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti tal-Mistoqsija
għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.
L-informazzjoni l-oħra hija nkluża fid-dokumenet li qed
inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.