Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #3916 Sitting 80 1999-03-24 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Stazzjon tar-Radju — Liċenzji

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 3050 u ċioe' jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-persuni li qegħdin jintalbu liċenzja għal stazzjoni tar-radju?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jekk l-Onor Interpellant qed jirreferi għal liċenzji biex jitwaqqfu stazzjonijiet tar-radju, l-Awtorita tax-Xandir m'għandha l-ebda applikazzjoni pendenti għal stazzjon mal- pajjiż kollu. Għar-rigward tas-servizzi tax-xandir fil- komunita, l-Awtorita titratta talbiet simili skond ma jaslulha minn żmien għal żmien.
Leg 9 PQ #5574 Sitting 80 1999-03-24 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Tobba li jinvistaw l-impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma t-tobba li qed jintbagħtu jinvistaw impjegati taċ-Ċivil li jkunu fuq is-sick leave? Kemm qed jitħalsu? Dawn huma tobba tal-gvern jew imqabdin mill-privat? Mill-privat saru xi call for applications jew tenders għal dan it-tip ta' xogħol minn kumpanniji ta' tobba li joffru dan is-servizz? Dan ix-xogħol qed isir minn tobba privati? Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt relevanti?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nirreferi lil Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Numru 5325 fid-9 ta' Marzu 1999.
Leg 9 PQ #5575 Sitting 80 1999-03-24 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Impjegati fuq sick leave

Question

Billi skond il-Kodiċi ta' Etika tal-medical council, meta tabib jiġi mibgħut mill-employer biex jivverifika kas ta' sick leave fuq impjegat, it-tabib għandu jinforma lill-marid li għandu d-dritt illi jkollu t-tabib privat tiegħu waqt li jkun qed jiġi eżaminat, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk it-tobba li qed jintbagħtu fuq impjegati taċ-Ċivil humiex jagħmlu dan u jekk l-impjegati taċ-Ċivil ġewx mgħarfa li huma għandhom id-dritt jirrifjutaw li jiġu eżaminati mit-tabib tal-gvern jekk it-tabib tagħhom ma jkunx preżenti?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li skond il-Kodiċi ta' l-Etika tal- Professjoni tagħhom, it-tobba għandhom jinfurmaw il-pazjent li għandu d-dritt li jkollu t-tabib privat tiegħu preżenti waqt l-eżami mediku. Ir-risposta għat-tieni parti tad-domanda hija fin-negattiv.
Leg 9 PQ #5760 Sitting 80 1999-03-24 Oral · Final From: JOE CILIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Delegazzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il delegazzjoni mill-ministeru, segretarjat parlamentari, meta jagħti l-każ, u mid-dipartimenti governattivi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu żaret pajjiżi barra minn Malta minn Ottubru 1998 sal-lum? Minn min kienu magħmula d-delegazzjonijiet msemmija? Fuq liema xogħol attendiet kull delegazzjoni? Kemm swiet l-ispiża ta' kull delegazzjoni?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #3762 Sitting 79 1999-03-23 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — Marsa

Question

Jista' l-Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 3038 u ċioe' jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-area ta' Albertown, fil-Marsa tingħata tindifa ġenerali u jsiru l-bankini ġodda?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, Il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali u fil-qadi tal- funzjonijiet tagħhom jaġixxu skond il-prijoritajiet esiġenzi u l-mezzi tagħhom. Għaldaqstant nissuġġerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill tal-lokalita` billi l- funzjoni li qed jirreferi għaliha, fil-fatt hija waħda mir- responsabbiltajiet tal-Kunsilli.
Leg 9 PQ #5365 Sitting 79 1999-03-23 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati — Ingaġġ

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta huwa ppjanat li jsir l-ingaġġ fil-Forzi Armati? Kemm se jiġu ngaġġati nies, kemm nisa u kemm irġiel? F'liema rank?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li qegħdin isiru tħejjijiet sabiex jiġu ngaġġati madwar mitt rekluta mal-Forzi Armati ta' Malta għas-sajf li ġej. Bħalissa għaddej ukoll proċess ta' għażla għal uffiċjali kadetti. Is-sejħa għal applikazzjonijiet għal uffiċjali kadetti kienet miftuħa kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel. L-istess prinċipju jiġi applikat fil-każ tar-rekluti għar-rank ta' Gunner.
Leg 9 PQ #5696 Sitting 79 1999-03-23 Oral · Interim From: JOE CILIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — Elezzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet iċ-ċifra globali, li tinkorpora l-ispejjeż kollha, li ntnefqet biex setgħu jinżammu l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali li saru nhar is-Sibt 13 ta' Marzu, 1999?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-informazzjoni dwar l-ispejjeż li ntefqu biex setgħu jinżammu l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali li saru nhar is-Sibt 13 ta' Marzu għada qegħda tinġabar, u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #5697 Sitting 79 1999-03-23 Oral · Final From: JOE CILIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Pre-retirement

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu dawk il-ħaddiema fis-Servizz Pubbliku li bdew jibbenefikaw mill-iskema tal-pre-retirement leave sal-lum? Jista' l-Prim Ministru jgħid kif jinħadem dan il-pre-retirement leave u min huwa intitolat u meta biex japplika għalih?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-iskema tal-pre-retirement leave ġiet introdotta b'effett mill-1 ta' Jannar 1999. Din tingħata mill-kapijiet tad- Dipartimenti rispettivi, u għalhekk dwar kemm kienu dawk li bbenefikaw minn dan il-leave, nistieden l-Onorevoli Interpellant biex jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministri rispettivi. Fl-Uffiċċju tiegħi hemm ħames uffiċjali pubbliċi li applikaw għall-pre-retirement leave. Dwar it-tieni domanda, kull uffiċjal pubbliku f'kwalunkwe grad li jirtira bl-eta jista jieħu massimu ta' tlett xhur kalendarji leave bi ħlas bħala pre-retirement leave li jridu jittieħdu fuq bażi kontinwa u mmedjatament qabel ma jirtiraw. Dawn it-tlett xhur jinħadmu fuq sick leave b'paga sħiħa li l-uffiċjal ma jkunx utilizza. L-uffiċjal jista jġorr għal dan l-iskop mhux aktar min ħmistax il- ġurnata pre-retirement leave għal kull sena kalendarja, fuq il-bażi ta' ġurnata pre-retirement leave għal kull jumejn sick leave bi ħlas sħiħ. Waqt il-pre-retirement leave jirċievi l-paga sħiħa tas-salarju sostantiv tiegħu. L- uffiċjal pubbliku huwa mitlub japplika fi żmien raġonevoli biex il-kap tad-dipartiment jagħmel l-arranġamenti tiegħu: normalment japplika xahar qabel ma jkun se jibda il-pre- retirement leave.
Leg 9 PQ #5774 Sitting 79 1999-03-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tiftix għaż-żejt

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma rapporti li fil-kwestjoni tat-tfittix għaż-żejt, l-aġent direttur fl-Oil Exploration Division ta' l-OPM mexa b'kejl differenti mal-ġurnalisti li talbuh intervisti?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat mid-Direttur, Tiftix għaż-Żejt, fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, li sakemm il-prudenza u l-korrettezza kienu rispettati, hu dejjem mexa bl-istess kejl mal- ġurnalisti li talbuh intervisti. Ninsab infurmat ukoll li matul dawn l-aħħar ġimgħat, hu fil- fatt ta ntervisti lil dawk il-ġurnalisti kollha li talbuh, sakemm hu kien disponibbli, jiġifieri lill-ġurnalisti ta' l- RTK, Il-Ġens, The Times, In-Nazzjon/Il-Mument, l- Orizzont/It-Torċa, PBS u Net TV.
Leg 9 PQ #3888 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħal Lija — Kunsill lokali

Question

Peress li issa l-Kunsill Lokali ta' Ħal Lija ilu xhur sħaħ jopera b'kunsillier nieqes, jista' l-Ministru jgħid jekk u kemm din is-sitwazzjoni tista tkompli? Id-deċiżjoni li tteħdet mill-kunsill li ma jikkunsidrax għal cooption lil ebda wieħed minn dawk li oriġinarjament ikkontestaw l-elezzjoni għal dan il-kunsill peress li ma ressqux għal bye election, hija legali? X'passi beħsiebu jieħu l-Prim Ministru biex jiġi żgurat li dan il-kunsill lokali jibda jopera bin-numru ta' membri li huwa stipulat fil-liġi?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-Kunsill Lokali ġie nfurmat f'Ottubru 1998 mill- Kummissarju Elettorali li ma kien hemm l-ebda nomina ta` kandidat għall-post vakanti ta` Kunsillier. Għaldaqstant f'kull laqgħa il-Kunsill qed jimxi skond ir-Regolament 92(1) tat-Tielet Skeda ta` l-Att ta` l-1993 dwar Kunsilli Lokali biex il-post battal jiġi mimli bl-għażla ta` Kunsillier skond is-subartikolu (4) ta` l-artikolu (8) ta` l-istess Att. Ninsab infurmat li s'issa ġew infurmati bin-nominazzjoni erba` persuni li lkoll irrifjutaw bil-miktub din in-nomina. Il-Kunsill għadu għaddej b'dan il-proċess f'kull laqgħa u ninsab infurmat ukoll li ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni oħra mill-Kunsill. Peress li d-diskrezzjoni ta` l-għażla hija kollha tal- Kunsill, il-liġi ma tipprovdi l-ebda rimedju biex jittieħdu xi passi biex jiġi żgurat li jimtela l-post sakemm f'kull laqgħa tal-Kunsill din l-għażla tidher fuq l-aġenda bħala l- ewwel item.
Leg 9 PQ #5397 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Baħrija — Ġnien Barnuża l-Ħamra

Question

Peress li r-residenti tal-Baħrija qed jilmentaw li Ġnien Barnuża l-Ħamra li hemm fil-pjazza tħalla abbandunat u li l-unika latrina pubblika li hemm qed tinżamm imsakkra minn ġimgħa għall-oħra, jista' Dipartiment tal-Kunsilli Lokali ġentilment jintervjeni sabiex l-ilment tar-residenti tal-Baħrija jiġi rimedjat? Jista' l-Prim Ministru jgħid meta se jitnaddaf il-ġnien u min se jkun responsabbli miż-żamma tiegħu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant il-Kunsilli huma korpi statutorji ta` gvern lokali u fil-qadi tal-funzjonijiet jaġixxu skond il-prioritajiet, esiġenzi u l-mezzi tagħhom. Għaldaqstant nissuġġerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill konċernat.
Leg 9 PQ #5626 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Sejħa għal diretturi

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista għas-sejħiet ta' diretturi u assistenti diretturi li saru wara l-5 ta' Settembru, 1998? Jista' l-Prim Ministru jagħti wkoll l-ismijiet tal-persuni li applikaw għal kull sejħa nkluż il-grad ta' kull persuna?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi ħarġu tliet sejħiet għal mili ta' pożizzjonijiet ta' Diretturi u Assistenti Diretturi wara l- 5 ta' Settembru, 1998. Ċirkolari Numru OPM 3/99 kienet għal mili ta' pożizzjonijiet ta' Diretturi u żewġ cirkolarijiet oħra bin- Numru MPO 16/99 u MPO 32/99 kienu għal mili ta' pożizzjonijiet ta' Assistenti Diretturi. Iż-żewġ skedi li qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra juru l-pożizzjonijiet li għalihom ħarġu s-sejħiet. Ma nħossx li hija etika li tingħata lista ta' l-applikanti għal dawn il-pożizzjonijiet.
Leg 9 PQ #5685 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MITTS — Bord tad-Diretturi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-membri tal-Bord tad-Diretturi attwali tal-MITTS? Kemm u liema minnhom ġew appuntati minn gvern Laburista?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-membri tal-Bord tad-Diretturi tal-MITTS Ltd fil-preżent huma: Chairman - Is-Sur Joseph R Grima Membri - Prof Juanito Camilleri Is-Sur Anthony Diacono Is-Sur Joseph Izzo Is-Sinjura Anna McKenna Is-Sur Norman Mifsud Fi żmien l-Amministrazzjoni preċedenti, is-Sur Joseph R Grima ukoll kien Chairman tal-kumpanija (sal-10 ta' Ġunju 1998), filwaqt li s-Sur Joseph Izzo u s-Sinjura Anna McKenna servew bħala membri tal-Bord.
Leg 9 PQ #5777 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impjegati tal-gvern

Question

B'riferenza għall-ftehim milħuq bejn il-gvern u l-Unions għar-rigward tal-ħaddiema tal-gvern, jista' l-Prim Ministru jgħid meta se tiġi mplimentata dik il-parti ta'l-istess ftehim li tistipula li nisa miżżewġa bit-tfal, jew dawk li jduru bl-anzjani, se jibbenefikaw minn reduced hours?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li bħalissa għaddejjin negozjati mal-Unions u konsultazzjonijiet ma diversi partijiet interessati fl- iskema tar-reduced hours. Huwa mistenni li din il-miżura tiġi mplimentata fi żmien qasir.
Leg 9 PQ #5783 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Każ ta' promotion

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni wara t-tħassir minn fuq l-attendence sheet tal-promotion mogħtija mill-grad ta' EO għal Assitant Principal nhar it-18 ta' Jannar, 1999?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nitlob lill-Onor Interpellant jagħti aktar informazzjoni biex il-każ ikun jista jiġi nvestigat.
Leg 9 PQ #5803 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati — Airport Fire Services - Membri

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta ż-żewġ persuni, li isimhom qed jintbagħat separatament, se jingħataw il-Long and Efficient Service Medal bħala membri ta' l-Airport Fire Services mal-Forzi Armati ta' Malta?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li ż-żewġ persuni li dwarhom saret il-mistoqsija ġew irrakkomandati biex jirċievu l-Midalja għal Servizz Twil u Effiċjenza tal-Forzi Armati ta' Malta. Irrid ngħid li kien fi żmien il-Gvern immexxi minni jiġifieri fl-1992 meta bdew jingħataw il-Midalji għal Servizz Twil u Effiċjenza. Fil-fatt, f'dik is-sena kienu rċevew din il-midalja 248 membru ta' l-Armata, 24 fl-1993, 23 fl-1994, 106 fl-1995 u 26 fl-1996. Għal xi raġuni mhux magħrufa mill-Gvern preżenti, fi żmien il-Gvern preċedenti, din il-midalja ma ngħatatx la fil-1997 u lanqas fil-1998. Per konsegwenza ta' dan, il-membri ta' l-Armata li fil-31 ta' Marzu li ġej ser jirċievi din il- midalja ser ikunu ta' 151, li huwa ogħla mill-medja tas- snin l-oħra.
Leg 9 PQ #5811 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Pilots

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhu jżomm li jimla' l-vacancies bħala piloti fl-Air Squadron fil-Forzi Armati ta' Malta, meta żgur li hemm erba' nieqsa u dan kif hemm indikat fil-White Paper dwar l-Armata li din tgħid li għandu jkun hemm 12 bħala compliment?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-Forzi Armati bħalissa mhumiex f'pożizzjoni li jħarrġu iżjed bdoti fuq l-ajruplani tagħhom. Dan peress li hemm pjanijiet sabiex fi żmien ta' madwar sena jinbiegħu l-ajruplani tat-tip Birddog u minflokom jinxtraw oħrajn. Hemm il-ħsieb li meta jinxtraw dawn l-ajruplani, tinħareġ sejħa għall-applikazzjonijiet għal bdoti ġodda.
Leg 9 PQ #5814 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja — Kodiċi ta' etika

Question

Skond l-Att IX ta' l-1994 waħda mill-funzjonijiet tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja hi li din il-kummissjoni "tifformola kodiċi jew kodiċijiet ta'etika li jirregolaw l-imġieba tal-membri tal-ġudikatura", jista' l-Prim MInistru jagħti indikazzjoni ta' f'liema fażi wasal it-tfassil ta' din il-kodiċi, ħames snin wara t-twaqqif tal-kummissjoni?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal- Ġustizzja ikkunsidrat il-mod kif jiġi abbozzat Kodiċi ta' l- Etika għall-Ġudikanti u rreferit lill-Ġudikanti varjanti tal-Kodiċi għall-kummenti tagħhom.
Leg 9 PQ #5815 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja — Ilmenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm daħlu lmenti dwar avukati għand il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja, sena b'sena minn mindu twaqqfet il-kummissjoni fl-1994?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal- Ġustizzja rreferiet lill-Kumitat għall-Avukati fi ħdanha 75 lment fil-konfront ta` Avukati mill-1994 'l hawn. Minn dawn 53 ġew deċiżi u 22 għadhom pendenti.
Leg 9 PQ #5909 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Kunsilli Lokali — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew trasferiti mpjegati mid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali? Kemm impjegati ġew trasferiti jew mibgħuta on loan fid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali? Xi grad huma fis-servizz ċivili? X'inhu x-xogħol tagħhom f'dan id-dipartiment u x'benefiċċji u/jew allowance ingħataw dawn l-impjegati? Min huma l-impjegati fid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali li għandhom għall-użu tagħhom karozza tal-gvern?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li mill-bidu tas-sena 1 ta' Jannar 1999 ma ġewx trasferiti mpjegati mid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali. Uffiċjal wieħed (Pharmacy Tech) beda jaħdem mad-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali għalkemm għadu ma sarx transfer uffiċjali. Dan l-uffiċjal qed jgħin lid-Dipartiment iwettaq id-devoluzzjoni tal-poter fejn jirrigwarda t- trasferiment ta' art tal-gvern. Uffiċjal ieħor (Senior Principal) temporanjament qed jgħin lid-Dipartiment iwettaq id-devoluzzjoni tal-poter fejn jirrigwarda d-delega ta' l-infurzar tal-liġijiet. Dan l- uffiċjal mhux ser jiġi trasferit għad-Dipartiment tal- Kunsilli Lokali. Sallum dawn iż-żewg uffiċjali ma ngħataw ebda allowance. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija s-segwenti uffiċjali għandhom għal użu tagħhom karozza tal-gvern: Victor J Rizzo Director Maurice H Caruana Advisor Alfred Theuma Senior Principal (Introduction of Law Enforcement Scheme) Stefan Scotto Junior A&CE (Field Services Branch) Saviour Micallef Pharmacy Technician (Local Devolution)