Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn persuni interdetti u/jew inabilitati mill-qrati tal-ġustizzja ta' Malta u ta' Għawdex? Meta ħareġ id-digriet? Għaliex ġew interdetti u/jew inabilitati?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nitlob lill-Onorevoli Nterpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru transfers fl-Armata mill-5 ta' Settembru 'il hawn?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Il-postings fil-Forzi Armati jsiru skond il-Kundizzjonijiet tas-Servizz tal-Forza Regolari. Fil-perjodu bejn il-5 ta’ Settembru 1998 u s-26 ta’ April 1999 kien hemm 22-il posting bejn Regiment u iehor u 71 posting bejn Kumpaniji fl-istess Regiment. Kien hemm ukoll trasferiment ta’ tliet haddiema pajzana mill-Forzi Armati ghad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili.
Onor. Sant Alfred — Dibattitu dwar l-ekonomija u l-finanzi
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4627, jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex kull darba jwaħħal "fil-politika żbaljata" tal-Gvern Laburista għal qagħda ħażina finanzjarja u ekonomika meta fir-rapport riċenti tal-kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea, f'paġna 12, il-kummissjoni qalet:-
"In 1997, however, the current account deficit had come down to 5.4% as result of increased tourism revenues and a decline in the trade deficit",
ċertifikat ċar li l-politika Laburista kienet qed tħalli riżultati pożittivi?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Naħseb li l-Onorevoli Nterpellant taqbel miegħi li meta wieħed jikkwota minn rapporti, dan għandu jsir b'mod li jirrifletti sewwa l-ispirtu ta' dak li jkun qiegħed jingħad f'dawk ir-rapporti.
Għalhekk tajjeb li nfakkar li l-pożizzjoni tal-kont kurrenti tal-bilanc tal-pagamenti fil-1997 kienet turi tnaqqis ta' aktar minn Lm6 miljuni fl-esportazzjoni, li kif jaf kulħadd hija essenzjali għal pajjizna. Barra minn dan, huwa nkwetanti li fl-istess sena kienet naqset b'aktar minn Lm22 miljun l-importazzjoni ta' prodotti biex ikomplu jinħadmu f'Malta.
Dwar it-turiżmu, ta min jinnota li d-dhul ras għal ras minn dan is-settur fil-1997 kien tela b'rata ferm anqas minn dik tal-1996, u dan fil-fatt stagna u rreġistra tnaqqis matul l-ewwel 9 xhur tas-sena l-oħra.
Fl-aħħar mill-aħħar, dan kollu kien ifisser tnaqqis ta' xogħol u ġid għall-ħaddiema Maltin. Fil-fatt, il-qagħad fil-1997 żdied b'aktar minn 900 ruħ filwaqt li d-dħul medju fil-ġimgħa tal-ħaddiem f'termini rejali kien naqas b'1.3 fil-mija.
Għalhekk m'hemmx dubju li dan huwa riżultat tal-politika żbaljata tal-Gvern preċedenti.
Tribunal għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji — Każi
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid: (1) kemm kienu l-każi li ġew deċiżi mit-Tribnal għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji? (2) Kemm minn dawn il-każi ġew deċiżi favur ir-rikorrenti? (3) F'liema data dawn ġew deċiżi mit-Tribunal u f'liema data dawn ġew attwati mill-gvern preżenti?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jien infurmat li n-numru ta' każi li ġew deċiżi mit-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji huwa ta' 112, li minnhom 65 ġew deċiżi favur ir-rikorrent.
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija l-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jindika jekk hemmx il-ħsieb li dawk l-impjegati tal-gvern li jieħdu ħsieb it-tfal tagħhom, ikunu jistgħu jibdew jaħdmu "reduced working hours"? Jekk ir-risposta hija iva, meta hemm il-ħsieb li dan isir?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Kif tħabbar fil-Collective Agreement milħuq mal-Unions kollha, il-Gvern sejjer iniedi dalwaqt skema ta' Reduced Hours li permezz tagħha l-impjegati tal-Gvern ikollhom il-faċilita illi jaħdmu siegħat imnaqqsa.
Fost diversi raġunijiet għaliex sejra titwettaq din is-sistema, wieħed minnhom huwa biex il-ġenituri jkunu jistgħu jieħdu ħsieb ta' uliedhom.
Ninsab infurmat illi n-negozjati ma l-Unions dwar il-parametri dettaljati ta kif ser titwettaq din is-sistema waslu biex jiġu finalizzati.
Jista' l-Prim Ministru jara jekk huwiex fl-interess tas-sigurta' tal-pajjiż li l-ħażna ta' l-armi awtomatiċi jiġu maħżuna wkoll flimkien fl-istess post/lokalita' fejn jinħażen wkoll il-munizzjon kollu ta' l-Armata, jiġifieri fid-Depot tal-Mosta, u dan taħt il-kontroll ta' l-istess persuna?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li l-proposta ta' l-Onor Membru tmur kontra kull prinċipju ta' sikurezza ta' armi u munizzjon. Hu prinċipju bażiku, applikat mill-Forzi Militari madwar id-dinja li, kemm jista jkun, armi u munizzjon ma jinħażnux fl-istess post.
Jista' l-Prim Ministru jagħti lill-Kamra tagħrif dwar Villa Preziosi f'Ħal Lija/Ħal Balzan li tħalliet lill-Gvern xi snin ilu? Min qiegħed il-kustodju ta' din id-dar? X'passi qed jittieħdu sabiex dar karatteristika bħal din ma tiġix mitluqa u abbandunata b'konsegwenza ta' telf ta' wirt arkitettoniku ta' pajjiżna?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Naħseb li l-Onorevoli Membru qed jirreferi għal Villa Francia u għalhekk nitolbu jara t-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 6040 fis-26 t'April 1999.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm laħqet l-ispiża għat-tħaffir tal-bir "Madonna taż-Żejt" f'Kerċem, Għawdex u x-xogħol kollu anċillari, bħal konsulenza eċċ mat-tfittex taż-żejt f'din il-lokalita'?
Din l-ispiża kienet kollha koperta mill-fondi tar-Raba' Protokoll?
Jekk fin-negattiv, kemm ħareġ il-Gvern Malti għal dan it-tiftix?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
L-Onorevoli Interpellant ġentilment mitlub jirreferi għat-tweġibiet għall-Mistoqsijiet Parlamentari numru 5959 u 6077 fejn isib l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Prim Ministru jgħid id-drivers tal-karozzi jew vetturi oħra impressed mal-gvern hux se jingħataw xogħol fis kif ġew imwiegħda qabel l-elezzjoni?
Preżentement, jista' jgħid kemm hawn vetturi impressed u ma' liema dipartimenti?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
It-tweġiba għall-ewwel parti tal-mistoqsija hija fl-affermattiv.
Dwar it-tieni parti tad-domanda l-informazzjoni tista tiġi mitluba mill-Ministru għall-Politika Soċjali.
Jista' l-Prim Ministru jara li jsiru x-xogħlijiet meħtieġa f'Villa Francia, Ħal Lija, sabiex tinżamm fi stat tajjeb peress li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qiegħed jiġrilha ħsara?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li qed issir il-manutenzjoni meħtieġa minn żmien għall-ieħor biex l-istat ta' Villa Francia, Ħal-Lija ma jmurx lura.
Jista' l-Prim Ministru jagħti informazzjoni rigward kemm persuni reġgħu iddaħħlu lura mal-Gvern (mhux minħabba raġuni ta' mard) matul tmexxija Laburista?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet biex jiġu reinstated ħaddiema jew apprendisti-ħaddiema fis-settur pubbliku fit-22 xahar ta' Gvern Laburista?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat illi matul it-tnejn u għoxrin xahar tal-Gvern preċedenti, reġu daħlu lura mal-Gvern żewġ persuni, mhux minħabba raġuni ta' mard.
Fl-istess perjodu kien hemm għoxrin (20) talba għall-re-instatement.
Peress li l-Kummissjoni Ewropea tesprimi n-nuqqas ta' sodisfazzjon tagħha dwar l-amministrazzjoni pubblika lokali fir-rapport aġġornat tagħha li għadu kemm ħareġ, x'xogħol sar mill-1990 sal-1996 biex is-servizz ċivili jiġi ppreparat għas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Sa mill-1990, fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Public Service
Reform Commission, bdiet isseħħ riforma fis-Servizz
Pubbliku li ġie kompletament mibdul fi strutturi aktar
omoġenji u flessibbli. Dan kollu sar bi ftehim u qbil mar-
rappreżentanti tal-ħaddiema.
Il-bidla kbira li saret fil-Ministeri u d-dipartimenti fil-
qasam ta' l-informatika sa minn kmieni fid-disgħinijiet
għamlet lis-Servizz Pubbliku aktar modern u effiċjenti.
Matul dawn l-aħħar snin sar kambjament ukoll fil-qasam tat-
taħriġ għall-impjegati, kemm f'Malta kif ukoll barra,
f'oqsma u speċjalitajiet diversi.
Jista' l-Prim Ministru jgħid minn Jannar sal-lum x'tibdil sar fis-sistema ta' xiftijiet u ħlasijiet ta' allowance fl-iskwadra marittima tal-Forzi Armati? Fiex jikkonsisti dan it-tibdil? Għaliex sar dan it-tibdil?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jiena nfurmat li fl-iskwadra Marittima, mill-1 ta' Frar
1999, beda jseħħ tibdil fis-sistema ta' xiftijiet imħaddma
mill-ekwipaġġi tal-patrol boats żgħar u mis-suldati li
jagħmlu xogħol ta' sigurta'. Dan it-tibdil sar wara studju
bir-reqqa fl-istess Skwadra, li l-għan tiegħu kien li
tiżdied l-effiċjenza.
Permezz ta' dan it-tibdil, il-manutenzjoni tad-dgħajjes iż-
żgħar qiegħda ssir b'aktar regolarita' u l-ekwipaġġi ta'
dawn id-dgħajjes qegħdin jattendu għal taħriġ ta' rutina
mingħajr il-ħtieġa li jkollhom jidħlu xogħol ta' spiss fil-
ħin liberu (Off duty) tagħhom. Ġie stabbilit ukoll numru
ta' suldati li xogħolhom hu biss fuq sigurta' tal-Bażi.
Permezz tas-sistema l-ġdida, l-ekwipaġġi tad-dgħajjes huma
inqas involuti fix-xogħol ta' sigurta u għalhekk qegħdin
jiddedikaw aktar ħin għall-manutenzjoni u xogħol fuq il-
baħar. Jien infurmat li dan it-tibdil ma kkawżax
differenza sostanzjali f'dak li għandu x'jaqsam ma' ħlas ta'
allowances.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk humiex se jittieħdu passi kontra dawk l-impjegati taċ-Ċivil li jirrifjutaw li jiġu eżaminati mit-tobba mibgħuta mill-gvern għax ikunu morda, jekk it-tabib tal-fiduċja tagħhom ma jkunx preżenti waqt dan l-eżami?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jittieħdux passi jew le ta' dixxiplina kontra mpjegati li
jirrifjutaw li jiġu eżaminati mit-tobba mibgħuta mill-gvern
jekk it-tabib tal-fiduċja tagħhom ma jkunux preżenti,
jiddependi miċ-ċirkustanzi ta' kull każ.
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi kopja ta' l-iktar riżultat riċenti ta' l-esperti għamlu fuq is-samples mill-Bir tal-Madonna taż-Żejt?
Kemm intnefqu flus fuq dan it-tħaffir? Kemm kien hemm ħaddiema jaħdmu fulltime u part-time?
X'kien ix-xogħol tagħhom?
X'kienu l-aħħar żviluppi?
X'se jsir issa?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ir-riżultati tal-kampjuni miġbura mill-bir Madonna taż-Żejt
għandhom valur kummerċjali u mhux prudenti li jitpoġġew fuq
il-mejda.
Infurmat li l-ispejjeż sa 5,000 metru laħqu madwar Lm5.3
miljuni u dawk bejn 5,000 metru u 8,012 metru inklużi l-
provi, mistennija jlaħħqu madwar
Lm5 miljuni oħra. Madwar Lm4.8 miljuni minn dawn l-
ispejjeż huma provduti taħt ir-Raba' Protokol bejn Malta u
l-Italja.
Hemm ħamsa u tletin ħaddiem Malti jaħdem mas-Saipem fuq it-
tħaffir tal-bir. Tnejn minnhom jaħdmu part-time. Dawn
huma: 3 Assistant Drillers, 3 Derrickmen, 9 Floormen, 9
Roughnecks, 2 Electricians, 2 Mechanics, 1 Welder, 2 Office
Clerks, 2 Nurse/Clerks, 2 Watchmen (part-time).
L-aħħar żviluppi fuq il-bir jirrigwardaw provi ta'
produzzjoni li saru bejn l-10 ta' Marzu u l-15 ta' Marzu
1999. Dawn il-provi wrew li l-gass li nstab fil-bir fil-
livell bejn 5,800 u 6,000 metru mhux kummerċjali.
Bħalissa qegħdin isiru preparamenti meħtieġa fil-bir biex
isiru provi oħra f'livell ieħor fejn instab il-gass.
Jista' l-Prim Ministru jgħid min kienu l-persuni li ġew promossi għal grad ta' Operations Manager mill-1 ta' Jannar, 1990 sal-lum? X'kienu l-kwalifiki ta' dawn il-persuni meta applikaw għal promozzjoni?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jiena nfurmat illi kien hemm żewġ persuni li ġew appuntati
Operations Manager mill-1 ta' Jannar 1990 sa llum wara
sejħa għal applikazzjonijiet.
Id-dettalji mitluba mill-Onorevoli Interpellant jidhru fl-
Iskeda li qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta se jiġi ffinalizzat it-transfer tal-persuna (li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament) mid-dipartiment tas-saħħa għal mad-dipartiment tax-xogħlijiet pubbliċi?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat illi l-persuna ndikata mill-Onorevoli
Interpellant sejra tirritorna fid-Diviżjoni tas-Saħħa fuq
talba tad-Diviżjoni stess fejn tista' tagħmel xogħol
kompatibbli mal-grad tagħha.
Jista' l-Prim Ministru jagħtini tagħrif dettaljat dwar fiex waslet il-ħidma tal-Ministeru tiegħu għar-rigward ta' dawk il-ħaddiema awżiljarji li setgħu ġew impjegati rregolarment xi snin ilu? Jidhirlu l-Prim Ministru li wasal iż-żmien li l-pożizzjoni tagħhom tiġi regolarizzata?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat illi għalkemm sar progress fir-rigward ta'
ġbir ta' informazzjoni dwar il-ħaddiema nvoluti, għad
jonqos xi stħarriġ li jrid isir.
Dan huwa mistenni li jintemm fi żmien qasir.
Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont tax-xogħol u t-testijiet li saru fil-bir esploratorju Madonna taż-Żejt? Jista' jagħti stima ta' l-ispejjeż involuti?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li x-xogħol fuq il-bir Madonna taż-Żejt
kopra diversi affarijiet, fosthom il-preparazzjoni tas-sit,
provista ta' l-ilma għat-tħaffir, tħaffir sa fond ta' 8,012
metri b'wisgħa ta' bejn 36" u 5 7/8" djametru, it-twaħħil
ta' conductor pipe ta' 30", it-twaħħil ta' casings ta' 20",
13 3/8" u 9 5/8", it-twaħħil ta' liners ta' 7" u 5",
reġistrazzjoni ta' diversi logs, provi ta' produzzjoni,
monitoraġġ u konsulenza ta' esperti fuq il-post u minn
barra, analiżi ta' kampjuni fuq il-post u barra, twettiq
ta' diversi studji, u xogħol anċillari ieħor.
Infurmat ukoll li l-provi ta' produzzjoni li saru sa issa
fond ta' madwar 6,000 metru wrew li l-produzzjoni tal-gass
li nstab hi baxxa ħafna u mhux kummerċjali, u li fil jiem
li ġejjin ser isiru provi oħra fond ta' madwar 7,000 metru.
Infurmat li l-ispejjeż sa 5,000 metru laħqu madwar Lm5.3
miljuni u dawk bejn 5,000 metru u 8,012 metru, inklużi l-
provi, mistennija jlaħħqu madwar Lm5 miljuni oħra. Madwar Lm4.8 miljuni minn dawn l-ispejjeż huma provduti taħt ir-Raba' Protokol bejn Malta u
l-Italja.