Legislature:
Category:
Reset
Active:

Residenza San Vinċenz

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm kmamar riservati għall-koppji fir-residenza San Vinċenz u li fihom hemm persuna waħda jew żewġ residenti tal-istess sess?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li f'San Vinċenz de Paule m'hemm l-ebda kmamar riservati għall-koppji u li fihom persuna waħda. Filwaqt li hemm 4 kmamar riservati għall-koppji u fihom żewġ persuni tal-istess sess.

Residenza San Vinċenz

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kmamar fir-residenza San Vinċenz li suppost huma riservati għal koppji? Jista' l-Ministru jgħid wkoll f'liema swali qegħdin il-kmamar għall-koppji?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li f'San Vinċenz de Paule hemm 25 kamra li huma speċifikament riservati għall-koppji. Dawn qiegħdin imqassmin hekk: St Joseph Ward 11 - 11 St Joseph Ward 12 - 10 RB 4 - 4

Għajnuna Soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament tikkwalifikax għal xi forma ta' għajnuna soċjali għax ġiet abbandunata mir-raġel tagħha li siefer ħabta u sabta peress li f'dawn iċ-ċirkostanzi ma laħqitx kellha l-opportunita' biex tibda il-proċeduri għas-separazzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata minnu ser tiġi nfurmata bl-eżitu tal-każ tagħha personalment.

ETC

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi każ ta' mara tqila f'industrija privat irriżulta li min-natura ta' l-impjieg tagħha b'shift bil-lejl, kienet qed isirilha ħsara lil saħħitha? Jista' jgħid jekk l-employer sabx xogħol alternattiv lil din il-mara u dan b'konformita' mad-direttiva dwar il-maternita' ta' l-Unjoni Ewropea (Seveso Directive) li l-gvern suppost ikkonforma magħha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Awtorita' għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol ġiet mitluba tintervjeni f'każ wieħed fejn, wara l-investigazzjonijiet tagħha u wara li ġew mogħtija ordnijiet lil min iħaddem, l-Awtorita' kienet sodisfatta li l-provedimenti relevanti kif kontemplati fil-liġi kienu qed jiġu osservati.

ETC

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta huwa maħsub li l-ETC tpoġġi lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament fuq ir-reġistru part one ta' dawk li qed ifittxu x-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qed tirreġistra fuq it-Tieni Parti tar-Reġistru. Hi tkun tista' tirreġistra taħt l-Ewwel Parti tar-Reġistru wara l-24 ta' Ġunju 2002, jiġifieri sitt xhur wara li tkeċċiet mix-xogħol mhux kawża ta' redundancy.

Housing

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa biex jiġi installat lift fi Block C, Ta' Giorni Housing Estate u dan minħabba l-fatt li f'dan il-block f'waħda mid-djar ta' fuq nett tgħix persuna b'diżabilita'

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-Awtorita' tad-Djar ma reċeviet ebda applikazzjoni għal installar ta' lift fil-blokk indikat mill-Onor. Interpellant. Jekk f'dan il-blokk hemm persuna b'diżabilita' ta' mobilita' għandha ssir applikazzjoni ma' l-Awtorita' għall-installar ta' lift taħt Skema V.

Nies li qed Jaħdmu

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huwa in-numru ta' rġiel u nisa (separatament) 'il fuq minn 16 il-sena li qed jaħdmu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fl-aħħar ta' Diċembru 2001, in-numru ta' nies jaħdmu 'Full Time' kien ta' 137,496, 97,806 irġiel u 39,690 nisa. L-Onor. Interpellant jista' jagħmel referenza għan-News Release No. 35/2002 maħruġa fis-17 t'April 2002 mill-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika.

Housing

Question

Jista' l-Ministru jgħid jistgħux jiġu stallati lifts f'dawn l-appartamenti fejn joqgħodu anzjani/persuni b'diżabilita': 1 46 Triq Sant'Anna Floriana 2 1 Triq San Franġisk Floriana?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Dwar fond numru 46, Triq Sant' Anna, Floriana, ninsab infurmat li t-tromba tat-taraġ hi dejqa wisq biex takkomoda lift. Dwar fond numru 1, Triq San Franġisk, Floriana, nfurmat li l-lift jista' jsir billi tidjieq parti mit-taraġ. It-tenders għall-installar ta' dan il-lift mistennija joħorġu dalwaqt.

Housing

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija nru. 32953 u cioe, jista' jikkonsidra refunds tal-VAT fuq dawk l-individwi li jkunu okkupaw l-ewwel dar taghom biex jgħixu għal rashom bħal ma jiġri fil-każ ta' għarajjes jew miżżewġin meta dawn jixtru jew jikru l-ewwel dar ta' l-abitazzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rifużjoni tal-VAT hija applikabbli fuq postijiet mixtrija u mhux mikrija minn għarajjes jew miżżewġin meta din tkun l-ewwel residenza tagħhom. M'hemmx ħsieb li din l-iskema tiġi estiża f'dan l-istadju.

Relief

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex twaqqaf ir-relief lill-persuna li qed insemmi separatament li spiċċat homeless, li qed tapplika għal-post tal-gvern u li qed tgħix ma persuna li ħennet għalija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bl-eżitu tal-każ tagħha personalment.

Benefiċċji Soċjali

Question

Jista' l-Ministru jara għaliex ma hux qed jingħata benefiċċji soċjali bi dritt lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu under separate cover li qiegħda fiċ-ċentru tas-saħħa tal-mosta u li m'għandhiex kapital għola minn dak li jeżentah milli jieħu dawn il-benefiċċji?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Risposta se tingħata f'xi seduta oħra.