Legislature:
Category:
Reset
Active:

OPM — Internet

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk hemmx uffiċjali fid-dekasteru tiegħu li għandhom is-servizz ta' l-internet fir-residenzi tagħhom "minbarra dak ipprovdut mill-MITTS", imħallas minn fondi pubbliċi? F'każ li fl-affermattiv, min approva s-servizz, għal min qiegħed jiġi pprovdut is-servizz u min hu l-ISP?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Uffiċjali fid-dekasteru tiegħi li għandhom is-servizz ta’ l-internet fir-residenza tagħhom minbarra dak ipprovdut mill-MITTS huma: APPROVAT MINN ISP UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Direttur, Settur Pubbliku, Management and Personnel Office Segretarju Permanenti On Vol KUNSILL MALTI GĦAX-XJENZA U T-TEKNOLOĠIJA Direttur, EU Policy Chief Executive Officer, Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija Computer Service Centre, Universita ta’ Malta MINISTERU TAL-FINANZI Segretarju Parlamentari Segretarju Permanenti On Vol Uffiċjal inkarigat mill-proċess ta’ Collective Bargaining fis-settur pubbliku Segretarju Permanenti Maltanet Ltd Direttur, FIAU Bord tad-Diretturi Euroweb

OPM — Petrol

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm huwa l-allowance ta' petrol li huma intitolati għalih is-segretarju permanenti, id-diretturi ġenerali, id-diretturi, l-assistent personal tiegħu u s-segretarju tiegħu? Kemm nefaq kull wieħed minnhom f'petrol xahar b'xahar bejn Jannar 2004 u Novembru 2005?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

OPM — Konsulenza

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm għandu konsulenti li qegħdin jieħdu xi forma ta' remunerazzjoni jew ħlas fil-ministeru u d-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid x'tip ta' konsulenza qed jagħtu, min huma, kemm hu l-ammont ta' remunerazzjoni jew ħlas li qegħdin jingħataw separatament għal dan is-servizz, min ingaġġhom, min awtorizza dan l-ingaġġ u għal kemm żmien?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella ‘A’ għar-rigward ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Fil-każ tal-Ministeru tal-Finanzi tabella ‘B’ turi l-istess informazzjoni mitluba.

OPM — Impjegati li qed jiġu sponsorjati

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi membri fil-private staff u d-dekasteru tiegħu li qegħdin jiġu sponsorjati mill-istess ministeru għal xi tip ta' studju, kemm Malta kif ukoll barra minn Malta? F'każ li fl-affermattiv, kemm hi l-ispiża, kemm hemm u min huma l-persuni, xi grad huma u min awtorizza l-ispiża?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella ‘A’ għar-rigward ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Fil-każ tal-Ministeru tal-Finanzi tabella ‘B’ turi l-istess informazzjoni mitluba.

VAT — Parties

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm tħallas VAT wara kull party li sar is-sena l-oħra? X'tip ta' spezzjoni ssir f'kull party biex jiġi żgurat li l-VAT titħallas?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ser tingħata f’xi seduta oħra.

Importazzjoni ta' Vetturi — Ħlas ta' VAT u Registration Fees

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 18647 u jgħid: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 18276, jista' il-Prim Ministru jinformani biċ-ċifra globali ta' VAT u registration fees li tħallsu mill-operaturi li jimportaw vetturi, inġenji, eċċ. għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-dħul globali rappurtat fid-denunzji tal-VAT fuq spare parts (tal-karozzi, vetturi, inġenji eċċ) kien parti minn ammont sħiħ dikjarat fid-denunzji li jinkludi wkoll bejgħ ta’ karozzi, vetturi eċċ u anke tiswijiet u servizzi. L-ammont ta’ output VAT dikjarat fid-denunzja għall-aħħar ħames (5) snin kien kif ġej : 2001 Lm11,343,985 2002 Lm10,765,067 2003 Lm10,269,602 2004 Lm12,376,143 2005 Lm13,777,186 L-ammont globali ta’ registration tax imħallsa fuq vetturi impurtati dawn l-aħħar ħames (5) snin kien kif ġej: 2001Lm21,454,260 2002 Lm21,022,351 2003 Lm22,800,518 2004 Lm19,180,650 2005 Lm20,702,019

OPM — Safar

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena kemm kienet l-ispiża tas-safar tal-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ser tingħata f’xi seduta oħra.

Bejgħ ta' proprjeta'

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid x'kien l-ammont ta' proprjeta' mibjugħa kull sena bejn l-2000 u l-2005, kif ukoll fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena? X'kien l-ammont mibjugħ lill-barranin kull sena fl-istess perijodu kif ukoll fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ser tingħata f’xi seduta oħra.

Aġenziji Governattivi — Fondi Ewropej

Question

Jista' il-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19058 u jagħti aktar informazzjoni dwar is-suġġett li qed jintbagħat separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant li l-għan tal-Fond Soċjali Ewropew, bħall-Fondi Strutturali kollha, hu li jtejjeb l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-pajjiż u l-kwalita’ tal-ħajja taċ-ċittadin. Il-proġetti tal-Fond Soċjali Ewropew jiġi implimentati permezz ta’ kuntratti pubbliċi u kuntratti ta’ impjieg. Is-sejħiet kollha għall-kuntratti pubbliċi jridu jkunu pubblikati skond ir-Regolamenti dwar il-Kuntratti Pubbliċi, filwaqt li l-kuntratti ta’ impjieg isiru skond l-Att dwar l-Impjiegi u t-Taħriġ. L-istqarrijia tirreferi għal xi każ partikolari li pero’ mhux identifikat fl-istqarrija tal-Malta Association of Private Training Providers. Ta’ min ifakkar li r-responsabbilita’ tal-fondi ta’ proġett partikolari u r-relazzjoni bejn l-imsieħba tal-proġett hi tal-‘project leader’. F’dan il-kuntest, nistieden l-Onorevoli interpellant jindika l-isem u n-numru ta’ riferenza tal-proġett ikkonċernat biex ikun jistgħu isiru l-investigazzjonijiet neċessarji.

Familji li jżommu studenti barranin

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li joħorġu l-avviżi legali ġodda dwar il-kondizzjonijiet fiskali dwar familji u persuni li jżommu magħhom studenti barranin li jiġu jitgħallmu l-Ingliż fostna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ser tingħata f’xi seduta oħra.

Għawdex — Depożiti/Self mill-Banek

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 17838, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru u l-ammont ta' house loans fl-aħħar ta' kull sena mill-1998 'il hawn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ser tingħata f’xi seduta oħra.

Good causes fund

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm qassmu flus il-good causes fund is-sena l-oħra u lil min?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi l-ammont totali ta’ flus li tqassmu mill-Good Causes Fund matul l-2005 kien ta’ Lm365,080. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-benefiċarji.

Vetturi tax free

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hawn karozzi tat-tip BMW, Audi, Jaguars, Mercedes, Ferrari, Saab u 4-wheel drive tax free illum u għaliex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Dipartiment tal-VAT

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid matul dawn l-aħħar ħames snin kemm kien id-dħul tad-dipartiment tal-VAT minn multi li ħarġu l-uffiċjali tiegħu kontra ksur ta' regoli, fosthom li ma jagħtux irċevuta tal-VAT, eċċ. sena b'sena separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant, li l-multi mħallsa fuq ksur ta’ regoli tal-VAT għax jew ma ngħatax riċevuta jew għax ir-riċevuta ma kienetx skond il-liġi fis-snin mitluba kienu kif qed jidher fuq it-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Munita Euro

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta' l-għażla tad-disinn li se jintuża fuq il-munita Euro ġaladarba ssir il-munita wżata Malta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Wara li l-pubbliku għażel it-temi għall-wiċċ nazzjonali tal-munita ewro, il-Bank Ċentrali ikkummissjona disinjatur tal-muniti sabiex joħloq id-disinji tat-temi magħżula. Dan il-proċess issa wasal fi tmiemu u fil-ġranet li ġejjin il-Kumitat Nazzjonali għall-bidla fl-Ewro u l-Bank Ċentrali ser iniedu l-proċess tal-għażla fuq id-disinni final ital-muniti ewro.

Pembroke — AFM

Question

Jista' il-Prim Ministru jinformana jekk hux minnu li l-AFM talbu lill-kunsill lokali ta' Pembroke biex jirranġaw xi toroq mhux urbani madwar ir-ranges ta' Pembroke? Dawn it-toroq huma barra mir-responsabbiltajiet tal-kunsill?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li għal kuntrarju ta’ dak li ntqal fil-mistoqsija ta’ l-Onorevoli Membru, kien il-Kunsill Lokali ta’ Pembroke li talab lill-Armata biex jissewwew it-toroq li hemm fir-Ranges ta’ Pembroke u ta’ madwar u li jaqgħu taħt ir-responsabbilitajiet tal-Kunsill. Fil-fatt, il-Kunsill ippropona li joffri l-finanzjament tal-materjal u li l-Armata tipprovdi n-nies biex isiru t-tiswijiet. Din il-proposta tal-Kunsill għadha qed tiġi kkunsidrata mill-Armata.

Fondi mill-Unjoni Ewropea

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 19044, jista' il-Prim Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex sa l-aħħar ta' din is-sena jintnefqu t-80% li fadal mill-fondi Ewropej? Se jintnefqu kollha? X'jiġri jekk ma jintnefqux kollha sa l-aħħar tas-sena 2006?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant li b’żieda mat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 19044, ninforma l-Onorevoli Interpellant li kull Fond għandu medda ta’ implimentazzjoni speċifika sa meta għandhom jintefqu l-flus u sa meta għandu jsir l-aħħar pagament fuq Fond jew program partikolari. Ta’ min jgħid li f’pajjiżna il-fondi kollha huma allokati fi programmi u proġetti. Il-Gvern hu kunfident li l-għanijiet finanzjari ta’ l-infiq ta’ kull Fond jew programm (li huma varji u jestendu sa l-2009 għal uħud mill-programmi/proġetti) ser jintlaħqu.

Influwenza Pandemika

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17593, jista' il-Prim Ministru jkun aktar speċifiku billi jgħid meta hu mistenni li l-pjan biex tinbena strateġija nazzjonali kontra l-pandemija (influwenza pandemika) ikun lest? Jista' jgħid x'sar mir-rapport li tħejja mid-diviżjoni tas-saħħa f'każ ta' influwenza pandemika u x'jikkonkludi dan l-istess rapport?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi d-draft tal-Pjan Nazzjonali t’azzjoni konta l-influenza pandemika hu previst li jkum kompletat sa’ l-aħħar ta’ Ġunju 2006. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja tal-lista tal-kontenut tal-pjan tad-Diviżjoni tas-Saħħa sabiex l-Onorevoli Interpellant jifhem il-kumplessita’ tas-suġġett. Il-pjan tad-diviżjoni jkompli jiġi rivedut fid-dawl ta’ l-izvilluppi internazzjonali kif rakkomandat mill-World Health Organisation, European Centre for Disease Prevention and Control u awtoritajiet kompetenti oħra. Dan l-istess pjan qed jipprovdi il-qafas li fuqu qed jinbnew il-pjanijiet tas-setturi kollha fil-pajjiż sabiex ikollna pjan nazzjonali koordinat u koerenti.

AFM — Klandestini

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm weġġgħu suldati minħabba li saret vjolenza fuqhom minn klandestini s-sena l-oħra u din is-sena? X'danni sofrew dawn is-suldati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li tul l-2005, tnax il-suldat tal-Forzi Armati ta’ Malta weġgħu minħabba li saret vjolenza fuqhom minn immigranti rregolari. Dettalji ta’ dawn l-inċidenti jidhru hawn taħt: · Wieħed sofra grieħi fuq siequ x-xellugija b’daqqiet ta’ ġebel · Wieħed sofra grieħi fuq il-polz t’idu x-xellugija · Wieħed sofra grieħi fuq idu l-leminija · Tnejn sofrew grieħi ħfief f’diversi partijiet tal-ġisem riżultat ta’ tfiħ ta’ ġebel · Wieħed sofra ġrieħi fl-għaksa x-xellugija fi ġlieda bejn żewġ immigranti irregulari · Wieħed sofra grif u tbenġil f’għonqu meta immigrant irregulari pprova jifggħu · Wieħed sofra daqqa f’għajnejh il-leminija waqt li kien qed jeskorta immigrant irregulari · Wieħed sofra daqqa fuq spalltu l-leminija u subgħajh b’daqqa ta’ zokk ta’ siġra · Wieħed sofra ġrieħi ħfief f’idejh il-leminija meta pprova jżomm klandestin milli jaħrab · Wieħed sofra grif ma’ ġismu kollu meta ġie mbuttat minn immigrant irregulari għal fuq qabda “barbed wire” Sallum, ma ġewx irrappurtati inċidenti simili fl-2006.

AFM — Klandestini

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm saret ħsara mill-klandestini s-sena l-oħra u din is-sena fuq proprjeta' ta' l-Armata? Kemm swiet din il-ħsara?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li l-ħsara li saret mill-immigranti rregolari fuq proprjeta’ ta’ l-Armata mill-1 ta’ Jannar 2005 sa t-30 t’April 2006 tammonta għas-somma ta’ madwar Lm12,500. Il-ħsara kienet tinkludi ħsara fuq tined, tkissir ta’ sodod, ħsara fuq toilets, bibien, twieqi, water boilers, fittings ta’ l-elettriku, tqattiegħ ta’ blalen tal-futbol u ħsara fuq ċnut tal-wire u tal-ġebel.