Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew ammessi anzjani - nisa u rġiel - fir-residenza San Vincenz de Paule matul is-sena 2004? Kemm mietu anzjani - nisa u rġiel - fl-istess residenza matul l-istess sena? X'kien in-numru ta' residenti - nisa u rġiel - fil-31 ta' Diċembru 2004?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2004 f'San Vinċenż ġew ammessi 147 raġel u 240 mara, total ta' 387.
Matul l-istess sena mietu 175 raġel u 167 mara, total ta' 342.
Fil-31 ta' Diċembru 2004 ir-residenti f'San Vinċenz kienu 688 mara u 339 raġel, total ta' 1027.
Jista' il-Ministru jelenka x'inhuma s-sistemi preżenti biex jiġu mpurtati l-mediċini fil-pajjiż?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li prodotti mediċinali jistgħu jiġu mpurtati wara li jkollhom awtoriżżazjoni fuq is-suq Malti. Is-sistemi preżenti għall-awtoriżżazjoni huma s-sistema ċentraliżżata ta' l-Unjoni Ewropeja, is-sistema ta' Mutual Recognition, is-sistema nazzjonali u s-sistema parallela. Jekk prodott ma jkollux awtoriżżazjoni jista' jiġi approvat biex jinxtara għal pazjent individwali.
F'ċirkostanzi ta' salvagward tas-saħħa pubblika, is-Supretendent tas-saħħa pubblika huwa awtoriżżat mill-liġi li jagħti permess biex mediċini jintużaw mingħajr ma jkollhom l-ebda awtoriżżazjoni.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew ammessi anzjani - nisa u rġiel - f'kull dar residenzjali tal-gvern - Bormla, Żejtun, Imtarfa, Msida, Mosta, Floriana u Gżira? X'kien in-numru ta' residenti f'kull dar fil-31 ta' Diċembru 2004?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-numru ta' nisa u rġiel li ġew ammessi fid-Djar ta' l-Anzjani tal-Gvern matul 2004 u n-numru ta' residenti f'kull Dar fil-31 ta' Diċembru 2004 huwa kif ġej:
Dar
Rġiel
Nisa
Nru. ta' Residenti
(fil-31 ta' Diċembru 2004)
Bormla
16
32
128
Floriana
6
5
47
Gżira
0
8
31
Mosta
6
11
67
Msida
2
9
64
Mtarfa
7
21
122
Żejtun
10
25
165
Totali
47
111
624
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew ammessi anzjani - nisa u rġiel - taħt l-iskema tal-public private partnership fid-djar privati ta' l-anzjani - Villa Messina, Casa Arkati u Casa Serena matul is-sena 2004? X'kien in-numru ta' residenti f'kull waħda minn dawn id-djar fil-31 ta' Diċembru 2004?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-numru ta' nisa u rġiel li ġew ammessi taħt l-iskema tal-public private partnership matul l-2004 u n-numru ta' residenti f'dawn id-Djar fil-31 ta' Diċembru 2004 huwa kif ġej:
Dar
Rġiel
Nisa
Nru. ta' Residenti
(fil-31 ta' Diċembru 2004)
Casa Arkati
0
5
10
Casa Serena
3
6
33
Villa Messina
6
9
55
Total
9
20
98
Jista' il-Ministru jgħid x'ammonti ta' flus ħallas id-dipartiment ta' l-anzjani u servizzi fil-komunita' lil Care Malta Ltd u lil Casa Serena rispettivament għas-servizz li ngħataw anzjani residenti f'dawn id-djar taħt l-iskema tal-public private partnership matul is-sena 2004?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħlas li sar matul is-sena 2004 lil Care Malta Ltd. u Casa Serena kien kif ġej:
Care Malta Ltd. Lm274,885.02
Casa Serena Lm143,954.95
Dawn il-pagamenti kienu jkopru minn Ottubru 2003 sa Ottubru 2004.
Jista' il-Minsitru jispjega x'mekkaniżmi se jintużaw biex il-prezzijiet tal-mediċini ma jogħlewx peress li diġa' jidher li se jkun hawn inqas mediċini fis-suq?
Jista' il-Ministru jgħid x'kienet il-waiting list ta' anzjani - nisa u rġiel - fil-31 ta' Diċembru 2004, li qegħdin jistennew biex jidħlu f'San Vincenz de Paule u fi djar residenzjali tal-gvern?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-31 ta' Diċembru 2004 applikazzjonijiet għad-dħul ta' anzjani kienet kif ġej:
Irġiel
Nisa
Total
Djar Residenzjali tal-Gvern
238
784
1022
San Vinċenz de Paul
236
486
722
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li tinbidel il-liġi li tirregola l-profit margin ta' l-importaturi tal-mediċini biex tiġi nkoraġġita l-kompetizzjoni?
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9523 u cioe' jista' ġentilment jgħid kemm intnefqu flus matul din is-sena fi printing fid-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? F'liema printing press saru dawn ix-xogħlijiet?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Matul is-sena 2004, id-Diviżjoni tas-Saħħa nefaq Lm49,711.25 fi stampar, li minnhom Lm48,399.25 kienu permezz ta' l-iStamperija tal-Gvern u Lm1,312 permezz ta' Dormax Printing Press. Id-Dipartiment għall-Anzjani u Servizz fil-Komunita' nefaq Lm4,131.42 fi stampar. Dan kollu sar fl-iStamperija tal-Gvern.
Jaf il-Ministru li saru diversi rapporti minn Senior Technical Officer - Projects Section, St. Luke's Hospital fil-konfront tal-persuna li ismu qed jintbagħat separatament?
Huwa minnu li din il-persuna tattendi x-xogħol meta trid u fil-ħin li trid u qed tikkrea ħafna diżgwid fuq ix-xogħol?
Jista' il-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li saru rapporti u ittieħdu l-passi meħtieġa.
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 6594, jista' il-Ministru jikkonferma jekk hux veru jew le li hemm applikazzjoni li hemm mal-faċċata taċ-ċimiterju Santa Margherita li tgħid li se jitwaqqa' ħajt u jinbnew oqbra ġodda? Jekk dan hu fl-affarmattiv, jista' il-Ministru jgħid jekk sarx impact assessment ta' kif dan jista' jaffetwa r-residenti tal-viċinanzi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-applikazzjoni li hemm imwaħħla mal-faċċata taċ-ċimiterju ta' Santa Margherita Rabat hija għal xogħol li jikkonsisti fit- twaqqiegħ u bini mill-ġdid ta' ħajt perikoluż fin-naħa tal-lemin ta' wara ta' l-istess ċimiterju. Peress li dan ix-xogħol jirrekjedi t-tħammil ta' l-ispazju bejn il-ħajt u l-oqbra diġa eżistenti nstab li jkun aktar ekonomikament vijabbli li flok dan l-ispazju jerġa' jiġi mirdum, jinbnew numru żgħir ta' oqbra li ser jinżammu għall-użu tad-dfin komuni. Ghalhekk, barra li jiġu ffrankati l-flus, l-oqbra mibnija jkomplu jżidu l-faċilita' għad-dfin komuni.
Ix-xogħol meħtieġ huwa kollu fuq ġewwa, fil-limiti taċ-ċimiterju eżistenti kif stabbiliti snin ilu w mhux estenzjoni taċ-ċimiterju. Għaldaqstant, ma hemm l-ebda ħtieġa għal impact assessment.
Jaf il-Ministru li pazjenti intitolati għal Ventolin inhaler mhumiex qegħdin jingħataw dan il-prodott mill-ispiżeriji tal-gvern? Jista' jgħid x'inhi l-kawża ta' din is-sitwazzjoni? Jista' jgħid meta dan il-prodott ikun fl-ispiżerija ta' l-isptar San Luqa? Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista sħiħa ta' mediċini li bħalissa jinsabu out of stock mill-ispiżeriji tal-gvern u l-isptar San Luqa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-mediċina Salbutamol inhaler, riferuta bħala Ventolin tinsab f'kull spiżerija tal-Gvern, inkluż tal-Isptar San Luqa.
Il-kumplament tat-tweġiba qed tinġabar u titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra meta tkun lesta.
Jista' il-Ministru jgħid x'se jiġri mill-gradwati ġodda li għadhom kemm iggradwaw f'oqsma u professjonijiet differenti tas-saħħa, meta din is-sena dawn ma ġewx impjegati, minkejja l-bżonnijiet li hemm f'dawn l-oqsma u minkejja l-fatt ukoll li l-istess gvern iħallas stipendji extra sabiex iħajjar studenti jistudjaw f'dawn il-professjonijiet marbuta mal-qasam tas-saħħa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li gradwati ġodda f'oqsma tas-Saħħa, jiġu mpjegati skond il-ħtiġijiet li jkun hemm bżonn fis-servizz.
Wara li d-direttur ġenerali tas-saħħa kien qal li kienet qed issir evalwazzjoni tal-ħaddiema fis-settur tas-saħħa marbut man-numru ta' ħaddiema meħtieġa fil-qasam pubbliku, jista' il-Ministru jgħid jekk dan għadux għaddej u jekk fl-affermattiv meta se jitlesta?
F'każ li dan ir-rapport tlesta, jista' jgħid x'ħareġ minnu u x'inhi s-sitwazzjoni preżenti f'dawn l-oqsma?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-evalwazzjoni msemmija wriet li hemm numru ta' oqsma fejn qed isir ammont sostanzjali ta' overtime b'nefqa li tammonta għal madwar miljun lira. Id-Diviżjoni bħalissa qed tieħu l-passi meħtieġa biex tingaġġa ħaddiema biex jagħmlu dan ix-xogħol.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' day care centres f'Malta u f'Għawdex?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f'Malta għandna erbatax -il day centre għall-Anzjani. Minħabba li Għawdex jaqa' taħt dekasteru ieħor nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill- Ministru konċernat.
Jista' il-Ministru jinvestiga għaliex żdiedu l-ġrieden ma' kullimkien fl-inħawi urbani u rurali tar-Rabat, Malta? Xi programm priventiv sar matul din is-sena biex ikun hemm kontroll fuq is-sitwazzjoni? Min kienu l-uffiċjali responsabbli minn dan il-programm?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minn informazzjoni dwar ilmenti miġbura regolarment mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika ma jirriżultax li din is-sena kien hemm xi żieda partikolari fl-infestazzjoni ta' ġrieden fir-Rabat meta mqabbla mas-sena ta' qabel. Fil-fatt is-sena l-oħra kienu tressqu 31 ilment fuq ġrieden biex isir trattament bil-velenu kontra d-39 ilment ta' din is-sena. Dawn l-ilmenti saru kemm dirett mil-pubbliku jew tramite l-Kunsill Lokali tar-Rabat.
Kull sena isir programm preventiv kontinwu madwar Malta. Din is-sena, preċiżament fix-xhur ta' Mejju u ta' Ġunju, sar tqegħid ta' velenu fir-Rabat (Malta). Dan jinkludi l-partijiet kollha urbani kif ukoll iż-żona tal-Buskett.
Dan ix-xogħol kien immexxi minn supervisor taħt id-direzzjoni ta' l-uffiċjal inkarigat mis-sezzjoni tal-Pest Control li jaqa' taħt l-Environmental Health Unit fi ħdan id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika.
Jista' il-Ministru jieħu passi biex id-dipartiment tas-sanita' jidentifika l-problema ta' ilma li dieħel f'residenza privata ta' mara anzjana - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li l-ilment dwar problema ta' ilma ġo l-fond indikat ta' mara anzjana, qatt ma wasal fl-uffiċċju tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika.
Għaldaqstant ninforma li l-investigazzjonijiet se jibdew mill-aktar fis possibbli u risposta tingħata fi żmien opportun.