Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #21687 Sitting 448 2000-12-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Rabat — Ċentru tas-Saħħa

Question

Jista' l-Ministru jinfurmana jekk kienx hemm xi żviluppi dwar iċ-ċentru tas-saħħa tar-Rabat? Jirriżulta li mis-sena d-dieħla xi servizzi li jingħataw f'dan iċ-ċentru se jiġu xxiftjati fiċ-ċentru l-ġdid li mistenni jinfetaħ fl-Imtarfa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ma hemm l-ebda żvilupp ġdid dwar iċ-Centru tas-Saħħa tar-Rabat, apparti l-introduzzjoni ta' servizz ta' klinika tal-Podoloġija li saret dan ix-xahar. Mhux se jinfetaħ xi Centru tas-Sahha l-Imtarfa, imma qed jiġi studjat il-ħsieb li xi servizz li jingħata fiċ-Centru tas-Saħħa tar-Rabat jiġi provdut ukoll fil-premises li għandu d-Dipartiment tas-Saħħa fiċ-Centru Civiku ta' l-Imtarfa sabiex ikunu moqdija aħjar ir-residenti ta' hemm hekk. Dan is-servizz xorta jibqa' jingħata fiċ-Centru tas-Saħħa tar-Rabat bħall-lum.
Leg 9 PQ #21760 Sitting 447 2000-12-04 Oral · Interim From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Gynae Ward

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhija r-raġuni għaliex f'Room 16 fil-Gynae Ward fl-Isptar San Luqa f'Settembru 2000 ma kienx hemm la purtieri u lanqas paraventu? Saru l-purtieri u l-paraventi issa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 21760 qiegħda tinġabar. Risposta tingħata iktar tard.
Leg 9 PQ #21780 Sitting 445 2000-12-02 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Persuni jistennew trapjant

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-persuni li qed jistennew u kemm huwa l-itwal perijodu f'kull każ, biex ikollhom trapjant: tal-kliewi, tal-cornea u tal-fwied (jekk ikun il-każ)? Jista' jagħti r-raġunijiet (in ġenerali) għal din l-istennija jew nuqqas ta' organi għat-trapjanti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 21780 qiegħed tinġabar. Risposta tingħata iktar tard.
Leg 9 PQ #21781 Sitting 445 2000-12-02 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Marda tas-CJD

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri qiegħed jieħu l-gvern biex jassigura li l-marda tas-CJD ma tidħolx f'pajjiżna? Jista' jagħti rendikont ta' skambju ta' informazzjoni u/jew għajnuna f'dan il-qasam minn pajjiżi barranin?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Onor. Interpellant huwa mitlub li jirreferi din l-mistoqsija lill-Ministru responsabli għal Agrikultura u Sajd.
Leg 9 PQ #21783 Sitting 445 2000-12-02 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Permessi lill-barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw permessi lill-barranin biex jaħdmu mas-settur tas-saħħa matul din is-sena 2000, xahar b'xahar, skond il-grad u x-xogħol li ġew impjegati?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta` barranin li bdew jaħdmu mad-Diviżjoni tas-Saħħa matul din is-sena 2000 huma għoxrin (20). L-informazzjoni mitluba dwarhom hija kif ġej: Frar 1 Enrolled Nurse Mejju 1 Staff Nurse 1 Senior Registrar (Radjoliġija) 1 Senior Registrar (Anestesija) Lulju 1 Senior Registrar (Radjoloġija) Awissu 1 Enrolled Nurse 1 Staff Nurse 2 Midwife Settembru 1 Physiotherapist Ottubru 1 Senior Registrar (Kirurġija Pedjatrika) 2 Senior Registrar (Anestesija) 1 Senior Registrar (Radjoloġija) 1 Senior Registrar (Kirurġija) Novembru 3 Senior Registrar (Anestesija) 2 Senior Registrar (Radjoloġija)
Leg 9 PQ #21365 Sitting 443 2000-12-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Decompression chambers

Question

Jikkonferma l-Ministru li ż-żewġ decompression chambers m'humiex biżżejjed f'pajjiżna meta hawn madwar 40 skola privata tal-under water fishing fil-gżejjer tagħna? Jekk iva, jista' l-Ministru jgħid x'inhija l-politika tal-gvern sabiex matul is-sena d-dieħla jiżdied in-numru ta' decompression chambers f'pajjiżna ħalli f'każ ta' inċident l-għaddasa jkunu aktar mħarsa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Għalkemm in-numru ta' skejjel ta' 'diving' ilhom jiżdiedu għal dawn l-aħħar snin, in-numru ta' inċidenti li kellhom bżonn kura fiċ-"chamber" naqas. Ma nħossx li hemm l-ebda bżonn li jiżdied in-numru ta' "chambers" għaliex dawk li hemm bħalissa fil-"Hyperbaric Unit" huma biżżejjed. Hemm pjanijiet li nkabbru l-unit ladarba din tiġi trasferita fl-isptar il-ġdid minħabba tendenza li n-numru ta' trattamenti mediċi bl-użu tal-"hyperbaric chamber" (li m'għandhomx x'jaqsmu mad-"diving") jiżdiedu fis-snin li ġejjin.
Leg 9 PQ #21721 Sitting 443 2000-12-01 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Ġdid — Proġett

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 21370 jista' l-Ministru jwieġeb il-parti: "jekk il-Kumpanija Skanska hijiex tħallas tas-servizz li qed jagħtu dawn il-ħaddiema lill-kumpannija Kalaxlokk? X'tip ta' xogħol qed jagħmlu dawn il-ħaddiema?"

Response (DEGUARA, LOUIS)

i) Fil-mument Skanska Malta J.V. u l-Kalaxlokk qed jinnegozjaw kuntratt ta' ħlas li għad irid jiġi approvat. ii) Il-ħaddiema tal-Kalaxlokk qegħdin fil-mument iwaqqgħu ħitan tal-concrete u jaqtgħu rafforzamenti bażici fuq xogħol li sar fuq il-kuntratt l-antik. Dan ix-xogħol huwa antiċipazzjoni ta' disinji ġodda li jridu jiġu finalizzati qabel ma l-ħaddiema tal-kalaxlokk jibdew jaħdmu fuqhom bi steel fixing, concreting u shuttering.
Leg 9 PQ #21675 Sitting 442 2000-12-01 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — CSAs

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn CSAs bħalissa li jmorru jagħtu servizz lill-anzjani f'darhom? Veru li dawn ma jistgħux jew mhux qed jingħataw aktar minn massimu ta' 30 siegħa fil-ġimgħa? X'inhi r-raġuni li dawn huma kkunsidrati bħala self-employed u mhux impjegati tad-dipartiment tas-saħħa ta' l-anzjani u qed ikollhom iħallsu bolla b'rata għolja u m'għandhomx sick/vacation leave waqt li biex jitilqu jridu jagħtu notice period bħala impjegati normali?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob l-Onorevoli Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #21692 Sitting 442 2000-12-01 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Nursing officers

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-riżultati ta' l-interviews li saru bejn Lulju u Awissu għall-ingaġġ ta' nursing officers? Meta se jiġu ngaġġati dawn in-nursing officers?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ma sarux interviews għall-ingaġġ ta' Nursing Officers.
Leg 9 PQ #21700 Sitting 442 2000-12-01 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-reazzjoni ta' l-awtoritajiet tas-saħħa għar-rakkmandazzjonijiet fir-rapport ta' l-Ombudsman (Ottubru 2000) dwar l-Isptar Monte Carmeli? Liema minnhom se jitwettqu? Meta?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #21659 Sitting 441 2000-11-30 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Pilloli Cisapride

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-pilloli Cisapride tabs. li soltu huma available biss mill-Isptar San Luqa huma out of stock?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Id-Dipartiment tas-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern għandu kuntratt għall-pilloli Cisapride ma' kuntrattur lokali. Dan il-kuntrattur ġab il-konsenja imma din ma tistax tintuża l-għaliex dan il-prodott wasal mingħajr iċ-Certifikat ta' Prodott Farmaċewtiku (CPP). Għal dan ir-raġuni qegħdin jittieħdu passi biex jinxtara stokk alternattiv mingħand ħaddieħor fuq l-'account' tal-kuntrattur imsemmi hawn fuq.
Leg 9 PQ #21711 Sitting 441 2000-11-30 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru tas-Saħħa

Spiżerija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura adottata biex mal-bejgħ jew trasferiment ta' spiżerija minn sid (owner) għall-ieħor, il-permess ta' l-istess spiżerija jdur fuq s-sid l-ġdid?

Response (DEGUARA, LOUIS)

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 21711, nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa teżisti friża amministrattiva għal trasferimenti ta' permessi ta' spiżeriji minn persuna għall-oħra. Għaldaqstant, persuna liċenzjata f'isem kumpanija tista' titrasferixxi l-liċenzja jekk ma jibqax ikollha x'taqsam ma' l-istess kumpanija bil-kundizzjoni li d-detentur il-ġdid jiġi liċenzjat f'isem l-istess kumpanija. Ikun hemm ukoll każi fejn id-detentur tal-liċenzja jew jagħlaq l-eta' tal-pensjoni jew imut. F'każi bħal dawn, jiġi kkunsidrat it-trasferiment għall-eredi. Jekk l-eredi ma jkunx jista' jkollu liċenzja ta' spiżerija (bħal fil-każ tat-tobba), allura l-każ jiġi eżaminat fuq il-mertu tiegħu wara konsultazzjoni legali.
Leg 9 PQ #21526 Sitting 440 2000-11-30 Oral · Interim From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Impjegati Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda matul is-sena 2000 ma' organizzazzjonijiet jew entitajiet parastatali li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu? Xi gradi qegħdin jokkupaw dawn il-ħaddiema? X'salarji/benefiċċji qed jieħdu l-imsemmija ħaddiema?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għada qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #21154 Sitting 438 2000-11-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Bejgħ ta' Tiġieġ

Question

X'kienet ir-raġuni li nġabbru t-tiġieg minn ġol ħwienet lokali u se jittellgħu xi persuni l-Qorti mid-Dipartiment tas-Sanita'? Kemm huma n-numri ta' persuni nvoluti u li se jittellgħu il-Qorti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li nġabbru numru ta' tiġieg minn ġo ħwienet lokali wara spezzjonijiet minn uffiċjali tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika minħabba li tali tiġieġ kienu jikkontravenu r-Regolamenti li joħorġu minn Kapitlu 231. Erbgħa w tletin persuna ser jitressqu l-Qorti fuq tali akkużi. Dan ma jeskludix li tittieħed azzjoni kontra persuni oħra fil-futur qarib.
Leg 9 PQ #21507 Sitting 438 2000-11-28 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Prim Ministru — Kura fl-Amerika

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kura li ngħata dan l-aħħar il-Prim Ministru fl-Amerika ġietx mogħtija xi forma ta' għajnuna, anke dik finanzjarja mid-Divizjoni tas-Saħħa? Jekk iva, jista' jgħid x'kienet din l-għajnuna?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Sa issa ma ngħatat l-ebda forma ta' għajnuna finanzjarja għall-kura li ngħata dan l-aħħar il-Prim Ministru fl-Amerika. Hemm talba pendenti f'dan is-sens mill-konsulent Malti quddiem it-Treatment Abroad Board.
Leg 9 PQ #21617 Sitting 438 2000-11-28 Oral · Final From: LOUIS BUHAGIAR To: Ministeru tas-Saħħa

Għaxaq — Berga

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li l-berġa ta' Ħal Għaxaq jiżdiedilha s-servizz provdut minnha għar-residenti Għaxqin minħabba li fil-preżent din m'hi toffri ebda servizz ħlief dak ta' tqassim ta' xi pilloli?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mhux korrett li jingħad illi mill-Berġa ta' Ħal Għaxaq ma jiġi provdut ebda servizz ħlief dak tat-tqassim tal-pilloli. Il-Berġa ta' Ħal Għaxaq tipprovdi s-servizzi kollha li jipprovdu l-Bereġ l-oħra fl-ibliet u rħula ta' Malta. Tabib u nurse dejjem jattendu kull berġa skond l-iskeda tal-ftuħ u jiġi provdut f'kull berġa servizz ta' nurse u tabib tal-familja għal dawk il-persuni li jkollhom bżonn jattendu għal dan is-servizz. Dawn is-servizzi huma provduti wkoll fil-berġa ta' Ħal Ghaxaq: It-tqassim ta' pilloli b'xejn mill-berġa huwa servizz anċillari.
Leg 9 PQ #21392 Sitting 437 2000-11-28 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentru tas-Saħħa — Siringi

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari numru 20802, jista' l-Ministru jgħid jekk il-figura mogħtija - jiġifieri 119,197 f'għaxar (10) xhur ta' siringi b'xejn miċ-ċentri tas-saħħa hijiex ikkonsidrata bħala figura għolja ħafna? Kif dawn il-figuri jipparagunaw mal-figuri tas-sena li għaddiet? Fl-istess żmien ingħataw siringi b'xejn f'Għawdex?

Response (DEGUARA, LOUIS)

B'riferenza għall-figura ta' 119,197 siringi mqassma, mogħtija fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20802, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-figura għall-istess perjodu fl-1999 kienet ta' 122, 293. Dawn il-figuri jirriflettu li hemm konkorrenza min-numru konsiderevoli ta' drogati li jirrikorru għal siringi ndaf flok jaqsmu s-siringi ma' drogati oħrajn. Dan huwa l-iskop tat-tqassim ta' siringi; cioe' li jitnaqqas ir-riskju ta' trażmissjoni ta' mard infettiv. Id-Diviżjoni tas-Saħħa ma tiġborx figuri ta' kemm jitqassmu siringi f'Għawdex u għalhekk nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #21485 Sitting 437 2000-11-28 Oral · Interim From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Tobba

Question

Jista' l-Ministru jgħid u jispjega għaliex meta t-tobba fl-Isptar Monte Carmeli jirriferu pazjent "b'urġenza" fl-Isptar San Luqa, dawn ġieli jdumu anke sa sitt (6) sigħat? Jaf li kull darba li jiġri hekk qed jinħoloq inkonvenjent kemm lil pazjent u kemm lin-nurse li jkun mal-marid? Jaf li minħabba f'hekk, ħafna drabi, speċjalment bil-lejl, is-sala minn fejn ikun intbagħat il-pazjent tibqa' b'nurse waħdu ma' xi 30 pazjent?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għal din il-mistoqsija parlamentari qiegħda tinġabar u r-risposta tingħata fil-futur qarib.
Leg 9 PQ #21487 Sitting 437 2000-11-28 Oral · Interim From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-kuntratturi tal-ħaxix, frott, ħoż u laħam li jfornu l-Isptar Monte Carmeli? Kemm ilhom jingħataw dawn il-kuntratti lill-istess kuntrattur f'kull każ? Kull meta joħorġu t-tenders?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #21490 Sitting 437 2000-11-28 Oral · Interim From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Monte Carmeli

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il porzjon ta' ikel joħroġ kuljum għall-impjegati mill-kċina ta' l-IsptarMonte Carmeli? Kemm hi l-ispiża ta' dan l-ikel kull sena? Kemm minn dawk li jieklu jikkontribwixxu għal dan l-ikel? Kemm minn dawk li jieklu ma jikkontribwixxux għal dan l-ikel? Veru li l-porzjon ta' dawk li huma ntitolati għall-ikel ġie mnaqqas biex jagħmel tajjeb għal dawk li mhux intitolati?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'seduta oħra.