Peress li taxpayer 131654 (M) qed jistenna li jingħata l-pagamenti dovuti lilu għal taxxa żejda li ħallas matul is-snin, u peress li jeħtieġ urġentement dawn il-pagamenti, jista'l-Ministru ġentilment jara li jiġu mħallsa? Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (DALLI, JOHN)
Ma naħsibx li għandi nagħti nformazzjoni konfidenzjali. Jekk l-Onorevoli Interpellant ikun awtorizzatt mit-taxpayer allura r-risposta tingħata lilu privatament.
B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 13240, jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-persuna li jmexxu tuckshops/canteens fl-iskejjel ta' l-Istat, tal-Knisja u tal-privat li applikaw bil-miktub biex joħorġu biss irċevuta fiskali waħda f'kull jum?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li wara l-pubblikazzjoni ta` l-Avviż Legali Numru 201 tal-1999 fil-Gazzetta tal-Gvern tat-23 ta` Novembru 1999, liemha Avviż jagħti d-dritt lil persuna li tagħmel provvista ta` ikel u xorb minn canteen f`area tax-xogħol jew studju li toħroġ irċevuta fiskali waħda ta` kuljum, id-Dipartiment qed jagħmel żjajjar fit-tuck shops fl-areas indikati biex jassigura li r-regolamenti l-ġodda jiġu osservati. Sa` issa saru żjajjar lil 22 operatur fi skejjel differenti li minnhom tlett operaturi għażlu li japplikaw u seba` oħra wrew l-istes intenzjoni. Sadattant id-Dipartiment qed ikompli b`dawn iż-żjajjar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-arretrati f'ċifra ta' flus li jrid jiġbor id-Dipartiment tat-Taxxi Interni f'arretrati ta' kontribuzzjonijiet tas-sigurta'soċjali għas-sena 1998 u 1999? Kemm mill-arretrati huma ta' korporazzjonijiet u kumpanniji li fihom il-gvern għandu sehem?
Response (DALLI, JOHN)
1. L-arretrati f`ċifra ta` flus li trid tinġabar mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni ta` kontribuzzjonijiet tas-Sigurta` Soċjali għas-sena 1998 hija ta` iċ-ċifra is-somma ta` Lm108,216 hija dovuta f`arretrati għal-1998 minn kumpanniji li l-Gvern għandu sehem fihom.
2. Iċ-ċifra ta` arretrati għall-istess kontribuzjonijiet għas-sena 1999 għadha mhux magħrufa minħabba li d-dokumenti li kellhom jintbagħtu sa l-aħħar ta` Jannar 2000, għadhom qed jiġu ipproċessati.
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-ditta responsabbli għar-reklamai tal-yellow pages għandhiex aċċess għad-database ta' nies jew ditti bil-VAT registration number, peress li meta dawn jikkuntattjaw lin-nies qed juru li jafu min għandu VAT number, jew le?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mill-1995 ilha l-prattika tad-Dipartiment tal-VAT li jforni bi ħlas tagħrif dwar persuni reġistrati mad-Dipartiment, liehma tagħrif jikkonsisti fl-isem tal-persuna reġistrata, n-numru tar-reġistrazzjoni, l-indirizz tan-negozju, u n-numru tat-telefon.
Fid-dawl tal-fatt li studju riċenti tal-Kummissjoni Ewropea jpoġġi l-evażjoni mit-taxxa tal-VAT fir-rata ta' 21% fil-pajjiżi membri, sar xi studju simili f'pajjiżna, jew hemm il-ħsieb li jsir, biex jistabilixxi r-rata ta' evażjoni tal-VAT f'pajjiżna?
Jekk ma sarux studji, kemm hu stmat li hi l-evażjoni tal-VAT fostna?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma saru l-ebda studji fuq il-bażi li saru mill-Kummissjoni Ewropeja. Nittama li t-Tax Compliance Unit li għandu jitwaqqaf ikun f`pożizzjoni li jagħmel studji bħal dawn.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Bank Ċentrali mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg, jista' l-Ministru jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (DALLI, JOHN)
1. Il-Bank Ċentrali impjega tliet ħaddiema ġodda mis-16 ta` Settembru 1999 sal-4 ta` Jannar 2000. Dawn kienu żewġ Research Officers u Micro Computer Technician.
2. L-applikazzjonijiet għal Research Officers ħarġu f`Awissu 1999 wara li l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ ma setgħatx tissodisfa it-talba tal-Bank minn fost nies jirreġistraw għax-xogħol.
Rigward l-ingaġġ tal-Micro Computer Technician, il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ setgħet tissodisfa t-talba tal-bank minn fost nies jirreġistraw għax-xogħol u b`hekk ma kienx hemm il-ħtieġa li joħorġu applikazzjonijiet għal din il-vakanza.
3. Il-persuna impjegata mill-Bank Ċentrali bħala Micro Computer Technician qatt ma kienet applikat għal dan l-impjieg.
4. Il-kriterji li ntużaw għal mili ta` vakanza ta` Micro Computer Technician kienu:
li l-kandidat jipposjedi l-Journeyman`s Certificate għal kors ta` Micro Computers Technician maħruġ mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ; u
li l-kandidat għandu tal-anqas 3 snin esperjenza f`ambjent kompjuterizzat f`Bank.
Issa li l-pensjonanti ġew informati li l-ħlas tat-taxxa se jibda jinqata' mill-pensjoni tagħhom direttament, jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jkun hemm xi threshold ta' kemm jista' pensjonant iħallas mill-pensjoni tiegħu bħala ħlas tat-taxxa?
Response (DALLI, JOHN)
L-ogħla rata li tista` titnaqqas mill-pensjoni hi skond ir-regoli tal-FSS. Tajjeb li wieħed jgħid li 89 fil-mija ta` dawk il-pensjonanti li qegħdin jinqabdu bit-taxxa għandhom rata ta` inqas minn 10 fil-mija tal-pensjoni.
Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm hemm kwestjonijiet pendenti ta' Capital Gains Tax ġewwa l-hekk imsejħa business section ta' l-income tax department u f'kemm żmien huwa previst li dawn il-pendenzi/arretrati jinħelsu?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta` kwistjonijiet pendenti hu ta` 6068. Qed jittieħdu l-passi meħtieġa biex numru ta` assessuri jkunu allokati fuq dan ix-xogħol biex l-assessments kollha jkunu jistgħu jitlestew fl-iqsar żmien possibbli matul din is-sena.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew importati prodotti tat-tabakk dawn l-aħħar tliet snin 1997, 1998 u 1999?
Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu tali prodotti li fuqhom ma tħallas dazju?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub jidher hawn taħt:
Prodotti tat-Tabakk impurtati fl-1997 - 1998 - 1999
Prodotti tat-Tabakk 1997 1998 1999
Lm Lm Lm
Sigarri 189,106 158,307 148,378
Sigarett i 137,097 176,165 180,972
Tabakk tal-Pipa 26,286 24,390 18,115
Tabakk ieħor immanufatturat 3,839,155 4,088,058 4,674,434
To tal għal kull sena 4,191,644 4,446,920 5,021,899
Prodotti maqbuda li fuqhom ma tħallasx dażju
1997 1998 1999
Sigaretti 23 2,900 986,040 569,720
Jista' l-Ministru jara li l-persuna, li l-partikolaritajiet tagħha qed jintbagħat separatament, tingħata refund tal-VAT wara xiri ta' van għal persuna b'diżabilita'?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant qed tiġi ipproċessata.
Jista' l-Ministru jagħti dettalji ta' kemm tnaqqsu l-pagi b'riżultat taż-żieda fil-ħlasijiet tas-sigurta' soċjali u fir-rati ta' l-income tax? Skala, skala, mill-minimum wage 'il fuq: (a) għall-impjegati taċ-ċivil; u (b) dawk fis-settur privat, kif stipulat mil-liġi?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-indikazzjoni ta` dan ingħatat fid-diskors tal-budget u ma għandi xejn xi nżid.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema Maltin u Għawdxin li spiċċaw jaħdmu minn mad-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru matul l-1998 u l-1999?
Kemm kien in-numru ta' ħaddiema li matul l-1999 ġew trasferiti għal dipartimenti tal-ministeri oħra u xi grad kellhom?
Response (DALLI, JOHN)
In-numru ta` ħaddiema Maltin u Għawdxin li spiċċaw jaħdmu minn mad-dipartiment li jaqgħa taħt id-dekasteru tal-Ministeru tal-Finanzi matul l-1998 u l-1999 huwa 43 u 50 rispettivament.
Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant jagħmel riferenza lill- Mistoqsija Parlamentari Numru 13170.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm direttorati mal-gvern li fl-1999 kellhom taħt ir-responsabbilta' tagħhom voti kaptiali? Liema kienu? Xi skala ta'salarju kienu fiha d-diretturi responsabbli? Kemm kienu l-ammonti ta'flus ivvotati skond kull vot? Kemm kienu jammontaw il-flus minfuqa u kemm baqgħu ma ntefqux?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellanta illi t-tagħrif mitlub minnha jinsab fl-Estimi għas-sena 2000 pubblikat mill-Ministeru tiegħi; l-Estimi maqsum ministeru ministeru u taħt il-varji dipartimenti.
Filwaqt li l-ammonti approvati u riveduti jinsabu fuq paġni 30 sa 35, it-Teżor bħalissa qiegħed fil-proċess li jagħlaq il-kontijiet finali għall-1999.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tal-Lottu Pubbliku mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000? Jista' jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi impjieg? Jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' l-Ministru jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (DALLI, JOHN)
Jekk l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għall-impjiegi mal-Gvern ir-risposta hija fin-negattiv.
Jekk mill-banda l-oħra qiegħed jirreferi għall-ingaġġ ta` Riċevituri tal-Lottu bejn is-16 ta` Settembru 1999 u l-4 ta` Jannar, 2000 ġiet ingaġġata persuna waħda bħala Riċevitur tal-Lottu.
Wara sejħa għall-applikazzjonijiet għall-mili ta` vakanzi ta` Riċevituri tal-Lottu li deheret fil-Gazetta tal-Gvern ta` 17 ta` Lulju, 1998 ġew ingaġġati seba` persuni.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet għar-Revenue Security Corps? X'se jsir mill-wegħda li ngħataw qabel l-elezzjoni ġenerali lill-membri ta' l-RSC li jissaħħaħ l-istess RSC?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kienx ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma ġew impjegati l-ebda ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni mis-16 ta` Settembru 1999 sal-4 ta` Jannar 2000.
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħħal il-gvern mill-Income Tax matul is-sena 1999? Kemm minnhom kienu tas-sena 1999 u kemm minnhom kienu f'arretrati?
Kemm daħħal il-gvern f'sigurta' soċjali matul l-1999? Kemm kienu mħallsa minn self-employed u kemm minnhom minn ħaddiema li jaħdmu ma' employer?
Response (DALLI, JOHN)
1. L-ammont NET ta` taxxa fuq l-income li daħħal il-Gvern matul is-sena 1999 kien ta` Lm128.1 miljun:
Taxxa għas-sena 1999: Lm112.71 miljun
Arretrati għas-snin ta` qabel: Lm 15.39 miljun
2. L-ammont ta` flus li daħħal il-Gvern f`Sigurta` Soċjali matul l-1999 kien ta` Lm144.1 miljun analiżżat kif ġej:
Sa Novembru 1999: Kontribuzzjonijiet
imħallsa minn impjegati: Lm 77.1 miljun
Kontribuzzjonijiet
imħallsa mis-self-employed: Lm 8.3 miljun
Għal Diċembru 1999: Kontribuzzjonijiet
imħallsa: Lm 15.0 miljun
Sa Diċembru 1999: Kontribuzzjoni ta` l-Istat: Lm 43.7 miljun
Total Lm144.1 miljun
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nurmu 13267 u ċioe' jgħid x'kien il-valur ta' oġġetti mportati bejn l-1 u t-23 ta' Jannar, 2000 ta' prodotti li tneħħitilhom il-levy fuqhom?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li il-valur totali ta` l-oġġetti importati bejn l-1 u t-23 ta` Jannar 2000 ta`prodotti tneħħitilhom il-levy fuqhom kien ta` Lm815,065.