Legislature:
Category:
Reset
Active:

Coast Road — xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-parti żgħira tat-triq li fadal biex tgħaqqad il-Coast Road, (faċċata ta’ Kennedy Grove), u li għada ma ngħatatx tarmakk minkejja li tinsab imfarrka għal kollox wara x-xogħol li sar b’rabta max-xogħol tal-Coast Road, fil-fatt tiġi mogħtija wiċċ ġdid ta’ tarmakk?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jkun iktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu minħabba li mhux ċar għal liema triq qed jagħmel referenza għaliha.

Trabi li jkunu passiġġiera f’car seat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi bidliet għal dak li jikkonċerna l-mod ta’ kif u fejn fil-vettura jitqiegħdu t-trabi li jkunu passiġġiera f’car seat, meta fil-karozza jkun hemm biss ix-xufier, mingħajr ma jkun hemm passiġġiera oħra fl-istess vettura? Meta nbidlu, jekk inbidlu dawn ir-regolamenti u x’kienet ir-raġuni li għaliha nbidlu l-istess regolamenti?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 20925.

In-Naxxar – toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema toroq fil-lokalità tan-Naxxar jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru tiegħu?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn it-toroq fil-lokalità tan-Naxxar jaqgħu taħt ir-respnsabbilta’ ta’ Transport Malta: Triq Margaret Murray Triq is-Salini – l-parti mis-Salini sa Kennedy Grove Triq il-Kosta Triq tal-Labour

L-Iklin – toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema toroq fil-lokalità tal-Iklin jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru tiegħu?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-lokalità tal-Iklin dawn it-toroq jaqgħu taħt ir-responsabbilta’ ta’ Transport Malta: Triq Dun Karm Triq tal-Balal Triq in-Naxxar

Xmiexi (Għargħur) – rotot tal-karozzi tal-linja

Question

Jista’ l-Ministru jagħti n-numri tal-karozzi tal-linja li jgħaddu minn Xmiexi (Għargħur) u r-rotot rispettivi li jgħaddu minnhom il-karozzi tal-linja fil-preżent? Jista’ jagħti l-istess informazzjoni skont kif kienu r-rotot qabel ma saru l-aħħar tibdiliet?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tidentifika aħjar għal-liema inħawi ġewwa l-Għargħur qed tirreferi għaliha.

Xmiexi (Għargħur) – Frekwenza tas-servizz tal-karozzi tal-linja

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-iskeda tal-frekwenza tas-servizz tal-karozzi tal-linja li jgħaddu mill-Xmiexi (Għargħur) fil-preżent u l-iskeda tal-frekwenza tas-servizzi tal-karozzi tal-linja li kienu jgħaddu minn Xmiexi (Għargħur) sa qabel ma saru l-aħħar tibdiliet fl-iskeda?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 22002.

Xmiexi (Għargħur) – servizz tal-karozzi tal-linja

Question

Jikkonferma l-Ministru jekk is-servizz tar-rotot tal-karozzi tal-linja li jgħaddu minn Xmiexi (Għargħur) naqqsitilhomx il-frekwenza? Jekk iva, x’wassal għal dan it-tnaqqis fil-frekwenza tas-servizz? Dan it-tnaqqis kien marbut ma’ xi studju li sar minn Transport Malta? Jekk iva, jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dan l-istudju?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 22002.

Is-Swieqi – rotot tal-karozzi tal-linja

Question

Jista’ l-Ministru jagħti n-numri tal-karozzi tal-linja li jgħaddu mis-Swieqi u r-rotot rispettivi li jgħaddu minnhom il-karozzi tal-linja fil-preżent? Jista’ jagħti l-istess informazzjoni skont kif kienu r-rotot qabel ma saru l-aħħar tibdiliet?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 22260.

Is-Swieqi – Frekwenza tas-servizz tal-karozzi tal-linja

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-iskeda tal-frekwenza tas-servizz tal-karozzi tal-linja li jgħaddu mis-Swieqi fil-preżent u l-iskeda tal-frekwenza tas-servizzi tal-karozzi tal-linja li kienu jgħaddu mis-Swieqi sa qabel ma saru l-aħħar tibdiliet fl-iskeda?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 22260.

Is-Swieqi – servizz tal-karozzi tal-linja

Question

Jikkonferma l-Ministru jekk is-servizz tar-rotot tal-karozzi tal-linja li jgħaddu mis-Swieqi naqqsitilhomx il-frekwenza? Jekk iva, x’wassal għal dan it-tnaqqis fil-frekwenza tas-servizz? Dan it-tnaqqis kien marbut ma’ xi studju li sar minn Transport Malta? Jekk iva, jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dan l-istudju?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 22260.

Vapur tal-Gozo Channel – post fejn jittrakka f’Sa Maison

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta hu mistenni li l-vapur tal-Gozo Channel ma jibqax jittrakka f’Sa Maison minħabba l-yacht marina li se ssir? Jista’ jgħid fejn hu mistenni li jibda jittrakka l-vapur tal-Gozo Channel li jivvjaġġa bejn Għawdex u l-Belt Valletta? Il-post fejn se jibda jittrakka ġie diskuss u maqbul mal-Kamra tal-Kummerċ ta’ Għawdex?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Burmarrad – Triq Papa Ġwanni Pawlu II — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jindika meta mistenni jibda u jitlesta x-xogħol fuq il-bini mill-ġdid ta’ Triq Papa Ġwanni Pawlu II f’Burmarrad, liema triq taqa’ taħt ir-responsabilità ta’ Transport Malta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-triq in kwistjoni hija fil-lista ta’ toroq li jridu jsiru minn Transport Malta. Ix-xogħlijiet fuq din it-triq se jsiru skont il-prioritajiet.

Garaxx tal-Gvern – xiri ta’ liquid hand wash

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn fejn inxtara l-liquid hand wash għall-Garaxx tal-Gvern mill-2013 sal-lum? Jista’ jgħid kemm intefaq f’xiri ta’ hand wash kull sena? Kif ingħata l-kuntratt ta’ xiri ta’ liquid hand wash?

Response (MIZZI, JOE)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. (Korrezzjoni: Ara dokument PL 6414 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 348, nhar it-Tnejn 25 ta' Jannar 2016)

Transport Malta – ingaġġ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta beda jaħdem ma’ Transport Malta l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament (data preċiża)? Jista’ jgħid x’inhi n-nomenklatura tal-individwu f’Transport Malta? Jista’ jgħid x’inhi l-job description tal-individwu? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-job description ta’ dan l-individwu? Jista’ jgħid jekk il-pożizzjoni li għandu dan l-individwu hijiex position of trust? Jekk le, jista’ jgħid meta ħarġet is-sejħa pubblika għal din il-pożizzjoni u meta kienet ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern (data preċiża)? Jista’ jgħid jekk hemmx parentela bejn l-individwi li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-impjegat in kwistjoni beda l-impjieg tiegħu ma’ Transport Malta fid-19 t’Awissu 2013 bħala Executive (Detailing). Kopja tal-job description ta’ dan l-individwu qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Din il-pożizzjoni mhux position of trust u mtliet permezz ta’ sejħa għal dawk li jirreġistraw fuq l-Ewwel Parti tar-Reġistru tal-ETC. Transport Malta ma żżommx dettalji ta’ min huma l-qraba tal-impjegati tagħha, ħlief għal dawk li huma mniżżla bħala next of kin fil-formola tad-dettalji personali tal-impjegat. F’dan il-każ, l-individwi msemmija ma ġewx indikati bħala n-next of kin tal-impjegat.

Raħal Ġdid – Vjal Sir Paul Boffa

Question

Jista’ l-Ministru jara li s-siġar li hemm fi Vjar Sir Paul Boffa f’Raħal Ġdid jiġu debitament miżbura?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sigar imsemmija jigu miżbura regolarment u ż-żbir tagħhom jsir skont il-programm tal-kuntratturi.

Ħaddiema li għandhom kuntratti ma’ operaturi fil-qasam tas-saħħa – rata ta’ paga

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-rata tal-paga, kull siegħa, tal-ħaddiema li għandhom il-kuntratt tax-xogħol tagħhom ma’ operaturi u/jew kuntratturi li jagħtu servizz fil-qasam tas-saħħa wara sejħa għall-offerti fl-1 ta’ Jannar 2012, fl-1 ta’ Jannar 2013, fl-1 ta’ Jannar 2014, fl-1 ta’ Jannar 2015 u fl-1 ta’ Jannar 2016? X’kienet ir-rata tal-ħlas għal dawn l-istess gradi f’kull każ ta’ sahra matul il-ġimgħa, sahra l-Ħadd u sahra fil-Festi Pubbliċi għal kull siegħa?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Ix-Xgħajra – Triq San Leonardu – stat ta’ triq

Question

Jista’ l-Ministru jara f’liema stat tinsab Triq San Leonardu, ix-Xgħajra li hija mkissra u b’ħafna ħofor u li qed tkun ta’ inkonvenjent għar-residenti?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għalkemm din it-triq ma taqax taħt ir-responabilta’ tal-Ministeru tiegħi ,xorta waħda saret spezzjoni mill-uffiċjali tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet u l-Infrastruttura fit-triq imsemmija u ser jittieħdu l-passi sabiex isiru t-tiswijiet meħtieġa.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura – għoti ta’ kuntratti lil individwu

Question

Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tal-kuntratti kollha (servizzi jew xogħol) li ngħata lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew lill-uffiċċju legali tiegħu, mill- -entitajiet u d-dipartimenti kollha tal-istess Ministeru bejn Marzu 2013 u Novembru 2015? X’inhuma l-valuri ta’ dawn il-kuntratti u meta ngħataw? F’kull każ, dan kien riżultat ta’ direct order jew le?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-individwu li d-dettalji tiegħu ngħataw separatament ngħata kuntratt ta’ konsulenza legali minn Transport Malta matul il-perjodu msemmi. Ir-rata ta’ ħlas hija ta ħamsin Ewro fis-siegha VAT eskluża. Il-konsulent jitħallas ukoll dawk l-ammonti stabbiliti mir-reġistratur tal-qrati skont it-taxxa applikabli għal sentenzi deċiżi mill-qrati. Madankollu kwalunkwe spejjeż legali li jistgħu jinġabru rigward każijiet mirbuħa mill-Awtorita’ jinżammu mill-istess Awtorita’. Minn naħa tal-Grand Harbour Regeneration Corporation, fil-perjodu msemmi, dan l-individwu ngħata xogħol ta’ konsulenza legali għal valur ta’ €4795.75 eskluż il-VAT.

San Ġwann – trasport pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk is-servizz tar-rotot tal-karozzi tal-linja li jgħaddu minn San Ġwann naqqsitilhomx il-frekwenza? Jekk iva, x’wassal għal dan it-tnaqqis fil-frekwenza tas-servizz? Dan it-tnaqqis kien marbut ma’ xi studju li sar minn Transport Malta? Jekk iva, jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dan l-istudju?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 22256.

Skema tallinja card

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm nies abbonati fl-iskema tallinja card, lokalità b’lokalità?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ nies li għandhom it-tallinja card huwa ta’ 223,701. Lista dettaljata, lokalita’ b’ lokalita’, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.