Jista' l-Ministru jgħid meta se jingħata t-tarmac fi Triq Marju Pace, Qormi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li t-triq imsemmija mill-Onor. Interpellanata għadha qed tiġi żviluppata u parti minnha trid tiġi mwessa mill-iżviluppatur, għalhekk ma tistax tingħata wiċċ għalissa.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jingħata t-tarmac fi Triq Nikol Baldacchino, Qormi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq qiegħed f'diskussjoni mal-Kunsill Lokali biex jiġi stabbilit il-programm tax-xogħol għall-lokalita', u x-xogħolijiet isiru skond il-prijoritajiet li jkollu quddiemu d-Dipartiment.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jingħata t-tarmac fi Triq Pawlu, Qormi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq qed iħejji programm għal asfaltar ta` toroq simili ma` Malta kollha u x-xogħol fil-lokal isir skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jingħata t-tarmac fi Triq il-25 ta' Mejju 1743, Qormi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li Triq il-25 ta' Mejju 1743 għadha kemm ġiet asfaltata bħala parti mill-proġett ta' Mdina road, Qormi, u allura saret mill-Gvern Ċentrali.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jingħata t-tarmac fi Triq id-Deheb Fin - il-parti ta' isfel minn Triq il-Ħarifa sa Triq ix-Xitwa- Qormi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li Triq id-Deheb Fin , kantuniera ma' Triq ix-Xitwa, għadha qatt ma giet asfaltata peress li naħa minn din il-parti tat-triq għadha mhix żviluppata kollha u n-naħa l-oħra ta' din il-parti tat-triq hija għalqa abbandunata.
Peress li n-naħa l-oħra tat-triq hija green area tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex jesproprija l-parti ta' l-għalqa abbandunata li trid tittieħed biex tkun tista' tinfetaħ it-triq.
Jista' l-Ministru jara li Triq Nardu Sacoo, fiż-Żurrieq tiġi mgħotija wiċċ peress illi l-istat tagħha m'hu xejn diċenti?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq qed jirrevedi l-programm għal asfaltar ta` toroq simili ma` Malta kollha u x-xogħol fil-lokal isir skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm.
Jista' l-Ministru jara li l-letter box li kien hemm fl-estate ta' Bubaqra, Żurrieq terġa' tiġi mwaħħla peress li din ġiet meħuda u qatt ma twaħħlet oħra?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat minn Maltapost li l-kaxxa ta` l-ittri li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant ma tneħħietx mil-lokalita` ta` Bubaqra, iżda ġiet trasferita minn Triq Arċipriet Mifsud fil-Housing Estate għal Vjal l-Indipendenza f`Bubaqra stess. Jien infurmat ukoll minn Maltapost li din iċ-ċaqlieqa saret wara ftehim milħuq mal-Kunsill Lokali.
Jista' l-Ministru jgħid x'irriżulta mil-ispezzjoni li kellha ssir ta' Triq Manwel Dimech, Qormi, wara l-istruzzjonijiet li tajt kif indikajt permezz ta' mistoqsija parlamentari nru. 27128?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li wara l-ispezzjoni li saret mid-Dipartiment tat-Toroq ġie deċiż li l-bankini preżenti jissewwew sabiex l-ostakoli li hemm jitneħħew.
B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari nru. 25110, 25111 u 25120 u partikolarment għat-tweġiba kommuni li tajt għalihom fil-mistoqsijiet parlamentari nru. 25110, jiġifieri li d-Dipartiment tat-Toroq qed ihejji pjan għat-titjib tat-triq li mir-roundabout ta' ħdejn it-tarf tar-runway twassal sa' Ħal Qormi biex it-titjib kollu li hemm bżonn f'din it-triq ikun jista' jsir; jista' jgħid jekk dan il-pjan issa tlestiex peress li għaddew tlett xhur u nofs mill-mistoqsijiet? Jekk dan il-pjan tlesta, meta se jiġi mwettaq?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li s-survey ta` l-area sar u qegħdin jitlestew pjanti biex dan ix-xogħol ikun jista` jsir.
Jaf l-Ministru li n-nies tal-Bidnija mhumiex moqdija bit-trasport pubbliku kif jixirqilhom u li dawk li jkollhom jużaw dan il-mezz ta' trasport ikollhom jaslu sal-Mosta u jimxuha? Jista' l-Ministru jgħid għaliex m'hemmx trasport pubbliku xieraq li jaqdi l-bżonnijiet tan-nies li joqgħodu fil-Bidnija? X'se jsir dawn dan? Meta?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku qed tara x`jista jsir dwar it-trasport pubbliku għall-Bidnija.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhija r-raġuni li t-triq li tgħaddi għall-Kamra tan-Nar ta' San Bert fil-Għargħur ma' ġietx irranġata kif ġie imwiegħed li se jsir xi żmien ilu? Jaf li s-sitwazzjoni tat-triq kif inhi sa' llum, qed tippreżenta periklu, għal dawk li jgħaddu minn hemm u partikolarment għal dawk li jaħdmu fil-Kamra tan-Nar, minħabba n-nuqqas ta' aċċess adekwat li hemm? X'se jsir dwar dan u meta?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq qed iħejji programm għal asfaltar ta` toroq simili ma` Malta kollha u x-xogħol fil-lokal isir skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm.
Traffic Control Board — Twaħħil ta' Traffic Lights
Question
Jista' l-Ministru permezz tat-Traffic Control Board jara li jsiru Traffic Lights fi Triq il-President Anton Buttiġieġ, Zejtun għax dan il-bypass hi ferm abitata u fl-istess ħin ferm traffikuża?
Billi mhux l-ewwel darba li saru inċidenti anki fatali f'din il-by pass u billi dawn it-traffic lights ilhom jintalbu snin, possibli jittieħdu passi immedjati qabel jsir xi inċident ieħor?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li bħalissa qed isiru Pelican Lights fi Triq il-President Anton Buttigieg kantuniera ma` Triq M'Xlokk.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jinbeda x-xogħol tal-bini u tal-kisi tad-diversi toroq fiż-Żona Industrijali, Tal-Ħandaq, Ħal Qormi? Liema huma t-toroq li se jinbnew u liema huwa t-t-orq li se jinksew? Meta huwa ppjanat li jitlesta dan ix-xogħol?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li t-tender biex isir ix-xogħol indikat mill-Onor. Interpellant ġiet aġġudikata u qegħdin isiru preparamenti biex ix-xogħol ikun jista` jinbeda.
Peress li t-toroq fil-lokalita` m`għandhomx isem qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta li turi t-toroq li fihom ser isir ix-xogħol.