Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #397 Sitting 8 2017-07-03 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Infermiera Għawdxin li jaħdmu Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif f’inqas minn sena, in-numru ta’ infermiera Għawdxin li jaħdmu Malta tela’ minn 61 (fis-06 ta' Ġunju 2016) għall-133 (fit-03 ta' April 2017) meta l-istess Ministru qal li ma kienx hemm infermiera Għawdxin li talbu trasferiment lejn Malta?

Response (FEARNE, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-raġuni għaliex żdied in-numru ta' nurses jaħdmu Malta hija għaliex fis-sajf li għadda (bħal kull sajf ieħor) iggradwaw u ġew impjegati nurses ġodda.
Leg 13 PQ #398 Sitting 8 2017-07-03 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Studju dwar l-ispiża fuq l-obeżità

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudju dwar l-ispiża tal-obeżità fuq pajjiżna li sar mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament f’Marzu 2017?

Response (FEARNE, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport tal-istudju dwar l-ispiża tal-obeżita’ f’Malta, kif mitlub.
Leg 13 PQ #399 Sitting 8 2017-07-03 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Rapport dwar l-ispiża ta' obeżità f'pajjiżna

Question

Mir-rapport tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ta' Marzu 2017 dwar l-ispiża tal-obeżità fuq pajjiżna, jista’ l-Ministru jikkonferma li l-ispiza ta’ €36 miljun hija konservattiva u li tista’ fil-fatt titla’ għall-€56 miljun?

Response (FEARNE, CHRISTOPHER)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 398.
Leg 13 PQ #13 Sitting 7 2017-06-30 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — impjegati ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu impjegati ġodda jaħdmu fid-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li jmexxi u dan għall-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017? Jista’ jagħti wkoll l-istess informazzjoni għall-perjodu 7 ta' Jannar 2013 sa 8 ta' Mejju 2013?

Response (FEARNE, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onor, Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #31814 Sitting 507 2017-04-12 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — konsulenzi minn individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk wara Marzu 2013 xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew id-ditta legali tiegħu? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi, sena b’sena?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tabella t’hawn taħt. Sena Ammont (inkl VAT) (€) 2013 4,130.00 2014 4,289.68 2016 4,200.40
Leg 12 PQ #32502 Sitting 507 2017-04-12 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Servizz Pubbliku – Qasam tas-Saħħa – impjegati — gradi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fis-Servizz Pubbliku fil-Qasam tas-Saħħa u jaqsam din l-informazzjoni skont il-grad tal-impjegati?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tagħrif qed jinġabar.
Leg 12 PQ #32503 Sitting 507 2017-04-12 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Tobba – Polza ta’ assikurazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk teżistix xi polza ta’ assikurazzjoni jew kopertura oħra simili biex tkopri tobba (li huma impjegati mas-Servizz Pubbliku) kontra kull eventwalità jekk huma jagħtu l-ewwel għajnuna (First Aid) lill-persuni oħrajn barra l-ħin tax-xogħol tagħhom?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-policy tal-gvern illi jagħmel tajjeb għal danni li jistaw isofru tobba hija ristretta għal danni relatati mal-qadi ta’ dmirhom fis-servizz pubbliku.
Leg 12 PQ #32555 Sitting 507 2017-04-12 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Vitals Global Healthcare – kera tal-art li fuqha ser tinbena l-iskola ta’ Barts

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hija l-kera li Vitals Global Healthcare bdew iħallsu jew ser iħallsu tal-art li fuqha ser tinbena l-iskola ta’ Barts? Minn meta bdiet jew ser tibda titħallas din il-kera?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-għotja ta’ ċens fuq il-propjetà in kwistjoni, flimkien mal-kundizzjonijiet relattivi, huma regolati permezz ta’ att pubbliku fl-atti tan-Nutar Thomas Vella tat-22 ta’ Marzu 2016.
Leg 12 PQ #32556 Sitting 507 2017-04-12 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Għotja fi flus lil Vitals Global Healthcare

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern huwiex marbut li jagħti għotja fi flus lil Vitals Global Healthcare biex jinbena l-kumpless mediku ġewwa Għawdex? Jekk fl-affermattiv, kemm hija din l-għotja u jekk din l-għotja ngħatatx jew għadx trid tingħata?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol infrastrutturali huwa parti mill-investiment li qed jagħmel il-privat, u ma hi prevista ebda għotja għal dan il-għan taħt il-ftehim ta’ konċessjoni.
Leg 12 PQ #32558 Sitting 507 2017-04-12 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – somma totali tal-ħlas tal-pagi lill-impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet is-somma totali li tħallset f'pagi u spejjeż relatati ma’ pagi (National Insurance, allowances, overtime etc) lill-impjegati kollha tal-Gvern fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex għas-sena 2016? Għall-istess sena kemm kienet is-somma totali li tħallset lill-kuntratturi privati talli pprovdew ħaddiema fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.
Leg 12 PQ #32448 Sitting 506 2017-04-11 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Appuntament għall-MRI – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward appuntament għall-MRI?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-każ qed jiġi segwit.
Leg 12 PQ #32759 Sitting 506 2017-04-11 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Ministeru għas-Saħħa

Mediċina Mirabegron

Question

Jista’ l-Ministru jieħu passi biex il-mediċina bl-isem Mirabegron tiżdied mal-lista ta’ mediċini b’xejn?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-Dipartiment tas-Saħħa qiegħed fi proċess biex jevalwa liema mediċini ġodda ser idaħħal fuq il-formolarju tal-gvern fix-xhur li ġejjin.
Leg 12 PQ #32760 Sitting 506 2017-04-11 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Ministeru għas-Saħħa

Ċimiterju tal-Mosta – bini ta’ rampa

Question

B’referenza għall-bini ta’ rampa ġdida fiċ-Ċimiterju tal-Mosta, jista’ l-Ministru jgħid jekk id-dipartiment konċernat għamilx u ressaqx l-applikazzjoni għand l-Awtorità tal-Ippjanar?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-applikazzjoni msemmija minnu se tkun sottomessa fil-jiem li ġejjin.
Leg 12 PQ #32785 Sitting 506 2017-04-11 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Binja tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex

Question

B'referenza għall-intervista ma' Dr Nadine Delicata li dehret f'The Malta Independent on Sunday tal-Ħadd 2 t’April 2017, jista' l-Ministru jikkonferma li fil-fatt il-binja tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex mhux se titwaqqa u dan il-bini se jsirlu xogħol ta' tisbiħ (refurbishment), biex jakkomoda kura fit-tul (Long Term Care)?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi b'investiment qawwi pazjenti Għawdxin ser ikollhom sptar akut mibni ġdid, kif ukoll sptar ta' rijabilitazzjoni u ta' long term care. Dawn ta' l-aħħar ser isiru fejn illum hemm l-isptar eżistenti.
Leg 12 PQ #32786 Sitting 506 2017-04-11 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Women’s Hospital

Question

B'referenza għall-intervista ma' Dr Nadine Delicata li dehret f'The Malta Independent on Sunday tal-Ħadd 2 t’April 2017, jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-Women's Hospital hijiex il-Mother & Baby Hospital li kien irrefera għaliha l-Ministru fil-ġimgħat ta' qabel?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Mother and Child Hospital u l-Women’s Health Department huma żewġ proġetti differenti.
Leg 12 PQ #32787 Sitting 506 2017-04-11 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Vitals Global Heathcare – servizzi ta’ Dermatoloġija

Question

B'referenza għall-intervista ma' Dr Nadine Delicata li dehret f'The Malta Independent on Sunday tal-Ħadd 2 t’April 2017, issa li Dr Delicata qed tikkonferma li fil-fatt is-servizzi ta’ Dermatoloġija se jkunu f'idejn il-Vitals Global Heathcare u allura se jkunu privatizzati, għalfejn il-Ministru ħarab milli jagħti risposta ċara fil-mistoqsijiet parlamentari 31993 u 32210 fuq dan is-suġġett?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-servizzi tad-Dermatoloġija mhux ser ikunu privatizzati imma ser ikunu parti mill-PPP bejn il-Gvern u l-VGH, waqt li s-servizzi għal pazjenti Maltin u Għawdxin ser jibqaw mingħajr ħlas.
Leg 12 PQ #32788 Sitting 506 2017-04-11 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Għawdex – xogħol ta’ kostruzzjonni fuq l-Isptar il-Ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat li jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni fuq l-Isptar il-ġdid f'Għawdex (mhux fuq l-Iskola ta' Barts)?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi wara li fl-aħħar ġimgħat beda’ x-xogħol ta' kostruzzjoni tal-iskola medika ta' Barts, la darba joħorġu l-permessi tal-Awtorita’ tal-Ippjanar, jibda x-xogħol fuq il-kumplament tal-kampus tal-isptar.
Leg 12 PQ #29826 Sitting 504 2017-04-10 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — Performance Bonuses

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw performance bonuses fil-Ministeru u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? F'liema kariga kienu dawk li ħadu l-performance bonuses? Kemm kien il-perċentwal tal-bonus mogħti f’kull każ?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ħlas ta’ performance bonuses huwa meqjus bħala data personali u għaldaqstant, din l-informazzjoni ma tistax tingħata.
Leg 12 PQ #32426 Sitting 504 2017-04-10 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Type 2 Diabetes

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk pazjenti bit-Type 2 Diabetes u li jieħdu kemm l-insulina kif ukoll il-pilloli tad-diabete, humiex ser ikunu intitolati għall-stick biex jiċċekkjaw il-livell taz-zokkor bħal Type 2 Diabetes li jieħdu l-insulina biss?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi pazjenti kollha bid-dijabete li huma fuq l-insulina se jibbenefikaw minn sticks mingħajr ħlas minn din is-sena stess.
Leg 12 PQ #32427 Sitting 504 2017-04-10 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

ENT Outpatients – hearing aid

Question

Jista’ l-Ministru jara li ġewwa l-ENT Outpatients il-pazjenti jiġu infurmati li min jkollu l-kartuna r-roża li issa saret bajda u min huwa diabetiku bil-kartuna r-roża għandu dritt għall-hearing aid skont kif jidher fix-schedule li d-dettalji dwarha qed tingħata separatament?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi pazjenti li huma ntitolati għal benefiċċji skont l-iskeda 2 ghax ma jgħaddux mit-test tal-mezzi, kemm jekk dijabetiċi kemm jekk mhux, huma ntitolati għas-servizz ta' hearing aide. ( Korrezzjoni: Ara Dokument PL 8763 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tlieta 11 ta' April, f'Seduta 506)