Jista’ l-Ministru jgħid jekk fl-aħħar 24 xahar, il-Pulizija kellhiex rapporti ta’ reati fi Triq id-Dejqa, il-Belt Valletta u jekk fl-affermattiv, jagħti l-informazzjoni xahar b’xahar?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li n- numru globali ta’ reati fi Triq id-Dejqa, il-Belt Valletta rrapportati lill- Pulizija f’dawn l-aħħar 24 xahar, kien ta’ sitta u għoxrin (26) rapport. Informazzjoni aktar dettaljata dwar ir-reati qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ilment marbut ma’ storbju u/jew mużika tindaqq f’volum għoli fil-Belt Valletta daħal għand il-Pulizija fl-aħħar 24 xahar? Jista’ jagħti l-informazzjoni xahar b’xahar?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Informazzjoni dwar rapporti lill-Pulizija, ta’ ilmenti marbuta ma’ storbju u/jew mużika għolja ġewwa l-Belt Valletta, mill-1 ta’ Jannar 2013 sa l-aħħar ta’ Dicembru 2014, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fl-aħħar tas-snin 2013 u 2014? Jista’ jindika kemm kien hemm sal-aħħar ta’ Jannar 2015?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-aħħar tas-sena 2013 kien hemm total ta’ sitt mija u ħmistax il-persuna (615), fl-aħħar tas-sena 2014 kien hemm ħames mija wieħed u tmenin (581) persuna u fl-aħħar ta’ Jannar ta’ din is-sena kien hemm ħames mija tnejn u tmenin (582) persuna.
Jista’ l-Ministru jgħid għala partijiet mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li ġew rinnovati sew, senjatament id-diviżjoni magħrufa bħala tad-debituri, mhumiex jiġu użati?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-area magħrufa bħala debituri ma kienetx qed tintu¿a peress li kien hemm nuqqas ta staff fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. F’Jannar ta’ din is-sena żidna 64 il-uffiċjal ġdid, dawn ġew ngaġġati fuq bażi ta’ full time, għalhekk din l-area reġgħet bdiet tintuża għal viżitaturi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm irċieva talbiet il-Bord għat-Tnaqqis mis-Sentenzi mill-bidu ta’ din il-Leġiżlatura sal-lum (xahar b’xahar) u kemm minnhom ġew milqugħa? It-talbiet li ġew milqugħa, kif huma maqsumin? Huma maqsuma skont it-tip ta’ reat? F’kull każ, is-sentenza b’kemm ġiet imnaqqsa?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar l-aħħar domanda ninfurmaha li ma hemm l-ebda board li għandu l-faċilita skond il-liġi, li jnaqqas sentenza li tkun ġiet deċiża mill-Qorti.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – xogħol mogħti lil kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, ingħatatx xogħol mill-Ministeru, inkluż minn kull entità jew dipartiment li jaqgħu taħtu, minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza? Jekk iva, meta u kemm kien il-valur finanzjarju tax-xogħol mogħti u jekk dan kienx fortt direct order jew tender? Fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol, jekk ingħata?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn Marzu 2013 il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali għamel u¿u darbtejn mis-servizz tal-kumpanija li d-dettalji tagħha ingħataw separatament:
1) Servizz ipprovdut fil-Girgenti waqt event in konnessjoni mal-European Broadcasting Union li saret fis-27 ta’ Gunju 2013 - €27,331.00. Ix-xogħol sar b’approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi.
2) Servizz ipprovdut waqt konferenza Ministerjali li saret fit-2ta’ Dicembru 2013 - €295.00. Ix-xogħol sar permess ta’ Direct Order.
L-Imsida – rapporti ta’ reati ta’ frodi u falsifikazzjoni fl-Għassa tal-Imsida
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġew rappurtati reati ta’ frodi u falsifikazzjoni fl-Għassa tal-Imsida tul is-snin 2013 u 2014?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li in-numru globali ta’ reati ta` frodi u falsifikazzjoni rrapportati lill-Pulizija fir-rigward tal-lokalita’ tal-Imsida għal matul is-sena 2013 kien jammonta għal wieħed u għoxrin (21) il-każ filwaqt li matul is-sena 2014 ġew irrapportati ħdax (11) il-każ. Informazzjoni ddettaljata qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
It-tabella turi reati ta` frodi u falsifikazzjoni kommessi fl-Imsida pero li setgħu ġew rrapporti fi’ kwalunkwe għassa tal-pulizija madwar Malta u Għawdex.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – Positions of trust
Question
Jista' l-Ministru jelenka u jgħid liema kienu l-positions of trust li kien hemm fi ħdan l-Ministeru tiegħu u fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, sena b’sena, matul l-2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012 ?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma nstabu l-ebda informazzjoni mill-2004 sa l-2007. Mil-2008 sa l-2012 kien hemm sittax il-Position of Trust. Id-dettalji qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 14244, jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kif dawn l-applikazzjonijiet waslu xahar b'xahar? Jista' jagħti breakdown ta' f'liema proċess waslu l-459 applikazzjoni?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni dwar l-applikazzjonijiet tingħata minn Identity Malta lir-Regolatur, hekk kif inhu stipulat fl-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija.
Sitwazzjoni fil-Libja – f’każ ta’ influss ta’ immigranti
Question
Fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, jista’ l-Ministru jgħid x’passi qiegħed jieħu f’każ li jkollna influss qawwi ta’ immigranti?
Response (ABELA, CARMELO)
Il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurta Nazzjonali qed isegwi s-sitwazzjoni fil-Libya flimkien mal-pajjiżi l-oħra tal-Unjoni Ewropea. Kontinwament ser jibqa jieħu l-prekawzjonijiet neċessarji w meħtieġa filwaqt li jkompli jaħdem mal-pajjiżi l-oħra ta' l-Unjoni Ewropea fuq l-importanza ta' kollaborazzjoni u kooperazzjoni f'dan il-qasam.
Sliema — rapporti ta’ reati ta’ frodi u falsifikazzjoni fl-Għassa ta’ Tas-Sliema
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġew rappurtati reati ta’ frodi u falsifikazzjoni fl-Għassa ta’ Tas-Sliema tul is-snin 2013 u 2014?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat illi n-numru globali ta’ reati ta` frodi u falsifikazzjoni rrapportati lill-Pulizija fir- rigward tal-lokalita’ ta’ tas-Sliema għal matul is-sena 2013 kien jammonta għal tlieta u għoxrin (23) każ, filwaqt li matul is-sena 2014 ġew irrapportati tmienja u għoxrin (28) każ.
Mosta – rapporti ta’ reati ta’ frodi u falsifikazzjoni fl-Għassa tal-Mosta
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġew rappurtati reati ta’ frodi u falsifikazzjoni fl-Għassa tal-Mosta tul is-snin 2013 u 2014?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat illi n-numru globali ta’ reati ta` frodi u falsifikazzjoni rrapportati lill-Pulizija fir- rigward tal-lokalita’ tal-Mosta għal matul is-sena 2013 kien jammonta għal ħmistax (15) il-każ, filwaqt li matul is-sena 2014 ġew irrapportati erbgħatax (14) il-każ.
San Ġiljan – rapporti ta’ reati ta’ frodi u falsifikazzjoni fl-Għassa ta’ San Ġiljan
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġew rappurtati reati ta’ frodi u falsifikazzjoni fl-Għassa ta’ San Ġiljan tul is-snin 2013 u 2014?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat illi n-numru globali ta’ reati ta` frodi u falsifikazzjoni rrapportati lill-Pulizija fir-rigward tal-lokalita’ ta’ San Ġiljan għal matul is-sena 2013 kien jammonta għal disgħa u tletin (39) każ, filwaqt li matul is-sena 2014 ġew irrapportati erbgħa u għoxrin (24) każ.
Belt Valletta, Furjana, Ħamrun, Marsa u Santa Venera – reati ta’ serq rapportati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm reati ta' serq irrapportati fil-lokalità msemmija hawn isfel, sena b'sena, fis-snin 2010, 2011, 2012,
2013 u 2014:
(a) Belt Valletta
(b) Furjana
(c) Ħamrun
(d) Marsa, u
(e) Santa Venera
Response (ABELA, CARMELO)
Ninoforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Każijiet rapportati ta’ inċidenti ta’ arma tan-nar
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Parlament kemm kien hemm każijiet irrappurati fis-sena 2013 u 2014 separatament li fihom ġiet sparata arma tan-nar tas-servizz b'mod aċċidentali? Jista’ jgħid fejn seħħew tali incidenti u x'passi ttieħdu, jekk ittieħdu, fil-konfront ta’ min kien responsabbli mill-arma fil-ħin tal-inċident?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Intepellant li ninsab infurmat li fil-perjodu ndikat, u cioe bejn is-snin 2013 u 2014, kien hemm erbgħa (4) każi u sitt (6) każi rispettivament, li fihom ġiet sparata arma tan-nar tas-servizz b'mod aċċidentali. F’sitta min dawn l-għaxar każi, l-uffiċċjal li kien responsabbli mill-arma, tneħħitlu l-awtorizzazjoni biex iġorr it-tip ta’ arma sakemm reġa ħa t-taħriġ u ċertfikat li setgħa jerggħa jġorra . F’każ minnhom kien hemm twiddiba u fit-tliet każi l-oħra ma ttieħdet l-ebda azzjoni. L-inċidenti seħħew fil-lokalitajiet li jidhru fit-tabella li qed npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew riċevuti rapporti mill-Kummissarju tal-Pulizija konċernanti allegazzjonijiet li persuni ntlaqtu jew waqa’ ċomb fuqhom sparat minn armi u¿ati minn persuni għal kaċċa u dan bejn il-perjodu 1998 u 2015, sena b’sena? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid kemm kien hemm każijiet li tressqu l-Qorti in segwitu għal tali allegazzjonijiet?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li l-Pulizija ma żżomx eletronikament l-informazzjoni mitluba. Madankollu saru riċerki mawali sa mis-sena 2012 u irriżulta li kien hemm każ wieħed f’Novembru tas-sena li għaddiet fejn persuni allegaw li ntlaqtu jew waqa’ ċomb fuqhom sparat minn persuna li kienet għal kaċċa. Fuq dan il-każ il-persuna suspettuża ser titressaq il-Qorti.
L-Imdina — Triq l-Infetti - Inċidenti tat-traffiku
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm seħħew inċidenti tat-traffiku fi Triq l-Infetti, l-Imdina, f'dawn l-aħħar ħames snin? jista' jgħid ukoll kemm kien hemm fatalitajiet f'din it-triq minħabba li f'din it-triq inixxi l-ilma ġieri bit-tafal?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat illi l-incidenti tat-traffiku fi Triq l-Infetti, l-Imdina, li ġew irraportati lill-Pulizija bejn 1 ta’ Jannar 2010 u 3 ta’ Dicembru 2014 kienu sittax (16) kif jidher fit tabella li qed npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Kummissarju tas-Servizz tas-Sigurtà Nazzjonali — complaints
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk qattx kien hemm xi complaint lill-Kummissarju tas-Servizz tas-Sigurtà Nazzjonali minn xi ħadd li ħassu aggravat ai termini ta’ artikolu 13 tal-Kap. 391? Jekk iva, kien hemm xi tip ta’ kumpens li ngħata?
Korp tal-Pulizija – tiġdid ta’ kuntratt għal persuni ta’ 63 sena
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk min għalaq 63 sena fil-Korp tal-Pulizija huwiex qed ikollu l-kuntratt tiegħu mġedded mindu ġie appuntant il-Kummissarju tal-Pulizija preżenti?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn 65 sena ‘l fuq mhux se jiġġeddu. Il-kumplament jiġġeddu għal sena oħra b’ħinijiet ta’ xogħol skont il-ħtiġijiet tal-Korp u f’każi oħra fejn ikun hemm raġunijiet validi u minkejja li jkunu taħt il-65 sena dawn mhux se jiġġeddu.