Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sptar Mater Dei – Paediatric Day Care

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsijiet parlamentari 14212, 14213 u 14214, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti li kienu għall-kura fil-Paediatric Day Care bejn Ottubru 2014 u d-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija, li kellhom l-età ta’ aktar minn 18-il sena?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li fil-perjodu msemmi kien hemm medja ta’ bejn 2 pazjenti u 3 pazjenti kuljum.

Sptar Mater Dei – Paediatric Day Care

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 14212, 14213 u 14214, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti li kienu għall-kura fil-Paediatric Day Care bejn Ottubru 2014 u d-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija li kellhom l-età ta’ aktar minn 60 sena?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li fil-perjodu msemmi kien hemm medja ta’ 2 pazjenti kuljum.

Kunsill Lokali taż-Żurrieq — Berġa

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim li għamel mal-Kunsill Lokali taż-Żurrieq sabiex il-Berġa tal-istess lokalità ġiet devoluta l-istess Kunsill?

Response (MIZZI, KONRAD)

Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Berġa taż-Żurrieq — responsabilitajiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fil-każ tal-Berġa taż-Żurrieq, x’inhuma r-responsabilitajiet tal-Kunsill u tad-Dipartiment tal-Kura Primarja rispettivament?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba ta' mistoqsija parlamentari 14894.

Berġa taż-Żurrieq – responsabilità tat-tmexxija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid ta’ min hi r-responsabilità aħħarija fit-tmexxija tal-Berġa taż-Żurrieq?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba ta' mistoqsija parlamentari 14894

Servizzi tas-saħħa fil-privat – ħlasijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li pazjenti li għamlu użu minn servizz tas-saħħa fil-privat li suppost kien kopert mill-Gvern, irċevew kont biex iħallsu għall-istess servizz li suppost kien b’xejn?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob l-Onor. Interpellant tispeċifika għal liema servizz qed tirreferi.

Smart City – ftehim għall-bini ta’ Sptar Privat

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim iffirmat ix-xahar li għadda għall-bini ta' sptar privat fi Smart City, il-Kalkara?

Response (MIZZI, KONRAD)

Il-ftehim kummercjali huwa bejn smart city u l-investituri strategic tas-sahha. Dettalji dwar memorandum of understanding mal-gvern malti jkunu jistghu jigu pprovduti fil-gimghat li gejjin.

Dellimara – Palm maqlugħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inqalgħu palm minn Dellimara? Jista’ jgħid fejn tpoġġew?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm 12-il palma li nqalgħu minn Delimara. Dan sar biex jiġi segwit l-Environmental Impact Statement li jispeċifika li ma jridx ikun hemm siġar ħdejn il-Power Station minħabba raġunijiet ta’ sigurtà.

Water Saving Kits – tqassim

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 14195, jista’ l-Ministru jgħid kemm tqassmu water saving kits sena b’sena bejn Jannar 2014 u Diċembru 2014 u bejn Jannar 2015 sad-data ta’ meta ġiet intavolata din il-mistoqsija? Jista’ jagħti t-tender reference number u d-data tal-pubblikazzjoni tagħha?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14195 (erbatax-il elf, mija, ħamsa u disgħin).

Water Saving Kits – tqassim

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 14195, jista’ l-Ministru jgħid meta se jitqassmu water saving kits lill-familji li jgħixu f’Malta? Jista’ jgħid jekk għandux roll out plan u jekk iva, jista’ jgħid meta se jibdew jitqassmu u f’liema lokalitajiet?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed jiġi fformulat kit addattat għall-karatteristiċi tal-konsum tal-ilma f’Malta biex jiġi żgurat l-aħjar impatt minn dan l-eżerċizzju.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – xogħol mogħti lil kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14432 u jgħid jekk il-kumpanija, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, ingħatatx xogħol mill-Ministeru, inkluż minn kull entità jew dipartiment li jaqgħu taħtu, minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza? Jekk iva, meta u kemm kien il-valur finanzjarju tax-xogħol mogħti u jekk dan sarx permezz ta’ direct order jew tender? Fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol, jekk ingħata?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14432 (erbatax-il elf, erba’ mija, tnejn u tletin).

Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa — xogħol mogħti lil kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14433 u jgħid jekk il-kumpanija, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, ingħatatx xogħol mis-segretarjat tas-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa, inkluż minn kull entità jew dipartiment li jaqgħu taħtu, minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza? Jekk iva, meta u kemm kien il-valur finanzjarju tax-xogħol mogħti u jekk dan sarx permezz ta’ direct order jew tender? Fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol, jekk ingħata?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’ingħatha l-ebda xogħol lil din il-kumpanija.

Installar ta' meter tad-dawl u ilma — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġi vverifikat każ ta' individwu lid-dettalji dwarhu qed jingħataw separatament rigward installar ta' meter tad-dawl u ilma?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ ġie mistħarreġ u qed isir minn kollox biex jiġi solvut fl-inqas żmien possibbli.

Sptar Mater Dei – pazjenti li mietu fil-kuruturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn Ottubru 2014 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm mietu nies fl-Isptar Mater Dei li kienu qed jiġu kkurati fil-kuruturi?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni hi kif gġj. L-informazzjoni għal Marzu għadha qed tinġabar. No of Patients Deceased Nov-140 Dic-140 Jan-152 Frar-152

Persuni li mietu bl-influwenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn Ottubru 2014 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm mietu nies bl-influwenza f’Malta? Kemm minnhom kienu rġiel u kemm minnhom kienu nisa?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tingħata f'seduta oħra.

Persuni li mietu bl-influwenza – età tal-pazjenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet l-età tal-pazjenti li mietu f’Malta minħabba l-influwenza minn Ottubru 2014 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tingħata f'seduta oħra.

Chest Infection — imwiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mietu persuni fl-Isptar Mater Dei li ddaħħlu għall-kura minħabba chest infection minn Ottubru 2014 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li kien hemm 137-il pazjent li mietu u li kienu iddaħħlu għall-kura ta’ Chest Infection fl-Isptar Mater Dei f’dan il-perjodu.

Chest Pain — imwiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mietu persuni fl-Isptar Mater Dei li ddaħlu għall-kura minħabba chest pain minn Ottubru 2014 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tingbar b’hekk ser tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — persons of trust

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14267 u jgħid kemm għandu impjegati bħala persons of trust fil-Ministeru u fid-dekasteru tiegħu? Min huma u x’pożizzjoni għandhom? Kemm huma s-salarju annwali, il-perkaċċi (inkluż bonuses, allowances, mobile phones, karozzi, servizz tal-internet, fuel u xufiera) u l-ispiża fuq safar tagħhom, u għalhekk jgħid x’inhi n-nefqa globali f’sena għal kull wieħed minn dawn il-persuni impjegati bħala person of trust?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14833 (erbatax-il elf, tminn mija, tlieta u tletin).