Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — spejjeż fuq ikliet, festini, riċevimenti u catering
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-ispiża tal-Ministeru tiegħu inkluż entitajiet, fuq ikliet, festini, riċevimenti u attivitajiet ta' cateringminn Marzu 2003 sa Marzu 2013? Jista' jagħti ftit informazzjoni x'kienet l-okkazzjoni u min kien il-fornitur tal-spiża tal-attività? Jista' wkoll jgħid ix-xogħol ħadux b'tender, kwotazzjoni jew b'mod dirett?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — użu ta' credit/debit cards
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' min kellu użu ta' credit jew debit card fil-Ministeru u l-entitajiet tiegħu bejn Marzu 2003 u Marzu 2013? Jista' jagħti rendikont wieħed wieħed tal-ispiża ta' kull credit card?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda u kemm ġew mogħtija b’donazzjoni fil-librerija pubblika ta’ Raħal Ġdid matul l-2014?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li għal-librerija ta’ Raħal Ġdid matul is-sena 2014 inxtraw 285 ktieb minn Malta Libraries u 439 ktieb ieħor ingħataw b’donazzjoni mill-Kunsill Lokali u l-pubbliku.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda u kemm ġew mogħtija b’donazzjoni fil-librerija pubblika ta’ Santa Luċija matul l-2014?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li għal-librerija ta’ Santa Luċija matul is-sena 2014 inxtraw 116-il ktieb minn Malta Libraries u 1002 ktieb ieħor ingħataw b’donazzjoni mill-Kunsill Lokali u l-pubbliku.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — ingaġġ ta' individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk, u filkas liema, entitajiet, bordijiet, awtoritajiet, dipartiment u simili li għalihom huwa responsabbli fid-dekasteru tiegħu, ħatrux, appuntawx jew innominaw lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għal xi kariga, uffiċċju, jew ħatra, hi liema hi, mill-10 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid x’kienet il-ħatra, uffiċċju jew kariga? X’kien il-ħlas għaliha?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li, mill-10 ta' Marzu 'l hawn, l-individwu indikat mill-Onor. Interpellant ma ngħata ebda kariga, uffiċċju jew ħatra fl-ebda entità, bord, awtorità jew dipartiment li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol ħlief li kellu rwol ta' "Casual" mal-Università ta' Malta kif elenkat hawn taħt:-
Sena/perjodu
Dettalji
Kemm kien il-ħlas
Jannar-Frar 2015
Reviżjoni ta' karta tal-eżami
35 Euros
2013/2014
Eżaminatur u Co-Supervisor
50 Euros
2013
Eżaminatur
25 Euros
Segretarjat Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport – ingaġġ ta' individwu
Question
Jista’ l-Ministru, f’isem is-Segretarju Parlamentari jgħid jekk, u filkas liema, entitajiet, bordijiet, awtoritajiet, dipartiment u simili li għalihom huwa responsabbli fid-dekasteru tiegħu, ħatrux, appuntawx jew innominaw lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għal xi kariga, uffiċċju, jew ħatra, hi liema hi, mill-10 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid x’kienet il-ħatra, uffiċċju jew kariga? X’kien il-ħlas għaliha?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li mill-10 ta' Marzu 'l hawn, l-individwu indikat mill-Onor. Interpellant ma ngħata ebda kariga, uffiċċju jew ħatra fl-ebda entità, bord, awtorità jew dipartiment li jaqgħu taħt is-Segretarjat Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm xi żviluppi dwar l-għajnuna mitluba f’mistoqsijiet parlamentari preċedenti biex is-Sirens ASC ikunu jistgħu jsewwu l-ħsarat li sarulhom bil-maltemp fix-Xitwa li għaddiet?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħsarat li saru fil-pitch tas-Sirens ASC din is-sena minħabba l-maltemp ma kinux l-ewwel darba. Għaldaqstant, ser isir dak kollu possibbli biex jiġi mistħarreġ kif tista' tinstab soluzzjoni permanenti sabiex dan ma jibqax iseħħ.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — konsulenza lil individwu
Question
Jista l-Ministru jgħid l-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jifformaw parti mid-dekasteru li hu jmexxi tawx xi forma ta' konsulenza lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li mill-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jifformaw parti mid-dekasteru tiegħi, kienet entità waħda biss li tat xi forma ta' konsulenza lill-individwu indikat mill-Onor. Interpellant.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – Kummissarju tad-Data u l-Informazzjoni -talbiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru talbiet lill-Ministeru u lid-dekasteru u l-korporazzjonijiet li jaqgħu taħtu u taħt il-kompetenza tal-Kummissarju tad-Data u l-Informazzjoni tul din il-Leġiżlatura? Jista’ jgħid x’kien l-eżitu tagħhom inkluż jekk kemm-il darba kienx hemm deċiżjonijiet mill-istess fejn impona multi?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul din il-leġiżlatura saru żewġ talbiet, lill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ. F’każ wieħed biss ġew imposti multi.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – talbiet lill-Uffiċċju tal-Ombudsman
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru talbiet lill-Uffiċċju tal-Ombudsman rigward l-operat tal-Ministeru, id-dekasteru u l-korporazzjonijiet li jaqgħu taħtu tul din il-Leġiżlatura? Jista’ jgħid x’kien l-eżitu tagħhom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ każijiet li saru lill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u l-entitajiet li jaqgħu taħtu tul din il-Leġiżlatura, hu kif se nsemmi:
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol
Numru ta’ każijiet li saru lill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – 14
Każijiet pendenti – 8
Każijiet magħluqa favur il-Ministeru- 5
Każijiet fejn il-proċess ġie mwaqqaf minn min għamel l-ilment - 1
Talbiet li saru lill-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru ta’ dan il-Ministeru
L-Università ta’ Malta
Numru ta’ każijiet li rċeviet l-Università ta’ Malta mingħand il-Kummissarju għall-Edukazzjoni fi ħdan l-Uffiċċju tal-Ombudsman – 46
Każijiet pendenti – 8
Każijiet magħluqa favur l-Università – 15 *
Każijiet magħluqa fejn min għamel l-ilment ġie mogħti element ta’ raġun – 9 *
Każijiet fejn il-proċess ġie mwaqqaf minn min għamel l-ilment – 9
Każijiet fejn il-proċess ġie mwaqqaf mill-istess Kummissarju għall-Edukazzjoni – 6
* In-numru tat-total huwa ta’ 46 u mhux 47 għaliex każ minnhom huwa tal-istess persuna, fejn id-deċiżjoni li ttieħdet kienet maqsuma b’parti favur min għamel l-ilment u parti favur l-Università.
Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ
Numru ta’ każijiet li rċeviet l-ETC – Talba waħda u kienet magħluqa favur l-ETC
Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada
Numru ta’ każijiet li rċeviet l-FTS – Talba waħda u kienet magħluqa favur l-FTS
MCAST
Numru ta’ każijiet li rċieva l-MCAST – 14
Każijiet pendenti – 1
Każijiet fejn l-Ombudsman aċċetta r-risposta tal-MCAST u għalaq il-każ – 6
Każijiet magħluqa fejn min għamel l-ilment ġie mogħti element ta’ raġun – 1
Każijiet fejn il-proċess ġie mwaqqaf mill-Ombudsman – 2
Każijiet fejn l-Ombudsman u l-MCAST qablu dwar soluzzjoni fuq il-każ – 4
Kunsill Malti għall-iSport
Numru ta’ każijiet li rċieva l-KMS – 2
Każijiet pendenti – 2
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ raħħala full-time f’Għawdex u dan x’persentaġġ iġib man-numru ta’ raħħala full-time f’Malta u Għawdex kollu? Jista’ jgħid kemm hu n-numru ta’ sajjieda full-time f’Għawdex u dan x’persentaġġ iġib tas-sajjieda kollha f’Malta u Għawdex? Jista’ jgħid kemm hu n-numru ta’ sajjieda part-time f’Għawdex u dan x’persentaġġ iġib tas-sajjieda part-time ta’ Malta u Għawdex kollha? Jista’ jgħid kemm hu n-numru ta’ full-time farmers f’Għawdex u dan x’persentaġġ iġib tal-full-time farmers kollha fil-pajjiż? Jista’ jgħid kemm hu n-numru ta’ part-time farmers ġewwa Għawdex u dan x’persentaġġ iġib tal-part-time farmers fil-pajjiż kollu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li fl-istatistika li żżomm il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ ma jkunx hemm distinzjoni bejn bdiewa u raħħala. Skont il-formoli ta' bidu ta' mpjieg li rċeviet il-Korporazzjoni, it-tabella t’hawn taħt turi n-numru ta' bdiewa u raħħala, u sajjieda kemm full-time kif ukoll part-time f'Għawdex u wkoll il-persentaġġ fuq Malta u Għawdex fl-aħħar ta' Diċembru 2014, li huma l-aħħar figuri ppubblikati.
Full Time
Persentaġġ ta' Għawdxin jaħdmu
Full time
fuq Malta u Għawdex
Part Time
Persentaġġ ta' Għawdxin jaħdmu
Part time
fuq Malta u Għawdex
Bdiewa u Raħħala
271
17.2%
352
20.3%
Sajjieda
81
23.2%
163
23.2%
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm nisa:
(a) li ħadmu fuq bażi
full-time
f’Marzu 2013, f’Marzu 2014 u f’Ġunju 2015;
(b) li ħadmu fuq bażi
part-time
f’Marzu 2013, f’Marzu 2014 u Ġunju 2015; u
(c) li għandhom kemm xogħol
full-time
kif ukoll xogħol
part-time
f’Marzu 2013, Marzu 2014 u Ġunju 2015?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li kien hemm żieda sostanzjali fin-numru ta' nisa jaħdmu. It-tagħrif dwar kemm kien hemm nisa jaħdmu fix-xhur mitluba hu kif jidher fit-tabella t’hawn taħt, jiġifieri:
Nisa li jaħdmu:
Marzu 2013
Marzu 2014
Diċembru 2014
Full Time
54,689
57,752
60,064
Part Time only
18,441
19,721
20,111
Full Time
kif ukoll xoghol
Part time
7,445
8,012
7,691
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-aħħar figuri ppubblikati huma ta’ Diċembru 2014.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma ċ-childcare centres reġistrati fl-iskema ta’ childcare centres bla ħlas? Kemm minnhom bdew joperaw bejn April 2014 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Fil-preżent, kemm iħaddmu nies magħhom dawn iċ-childcare centres kollha?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li sat-30 ta’ Ġunju 2015, kien hemm 85 child care centre li huma reġistrati fl-iskema ta’ childcare bla ħlas. Minn dawn, 13-il child care centre beda jopera minn April 2014.
Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant jindirizza l-mistoqsija lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali li taħtu jaqa’ d-dipartiment regolatur.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm nies jirreġistraw fuq ir-reġistru tax-xogħol Part Three (3) fis-snin 2012, 2013, 2014 u 2015? Jista’ jgħid kemm kien hemm nies li nstabilhom xogħol minn fuq l-istess parti tar-reġistru u għall-istess snin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li t-tagħrif dwar kemm nies irreġistraw fuq it-Tielet Parti tar-reġistru tax-xogħol fis-snin 2012, 2013, 2014 u 2015, kif ukoll kemm minnhom sabu xogħol ieħor, hu kif jidher fit-tabella t’hawn taħt, jiġifieri:
Sena
Persuni li rreġistraw fuq it-Tielet Parti tar-Reġistru
Persuni li sabu xog
ħ
ol ieħor
2012
2,528
768
2013
3,536
896
2014
5,847
1,757
2015
4,580
790
Dipartiment tal-Edukazzjoni – impjegati fid-Dipartiment ta’ Assigurazzjoni tal-Kwalità
Question
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 15718, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar il-grad, l-paga u allowance marbut mar-role ta' kull impjegat fid-Dipartiment ta' Assigurazzjoni tal-Kwalità fi ħdan id-Dipartiment tal-Edukazzjoni?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bit-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant. Din it-tabella tinkludi Uffiċċjal Edukattiv li qiegħed misluf lill-Caritas u persuna oħra fil-grad ġenerali ta’ Assistent Prinċipal li ngħaqdet mad-Dipartiment f’April 2015. Dawn iż-żewġ persuni ma kinux inklużi fit-total mogħti f’mistoqsija parlamentari 15718.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm grant agreements taħt l-Employment Aid Programme fl-ewwel ħames xhur tas-sena 2015?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li fl-ewwel ħames xhur tas-sena 2015 ma kien hemm l-ebda grant agreement taħt l-Employment Aid Programme. L-aħħar grant agreements ta’ din l-iskema għalqu f’Diċembru 2014.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm instabu persuni li huma Unlicensed Foreigners fl-ispezzjonijiet tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ fl-ewwel ħames xhur tas-sena 2015?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-għadd ta` kemm instabu persuni li huma Unlicensed Foreigners fl-ispezzjonijiet tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ minn Jannar sa April ta` din is-sena hu kif ġej:
Infringements (Persuni barranin)
2015EU Nationals Non-EU NationalsTotal barranin
Minn Jannar sa April 118107225
Jista’ l-Ministru jgħid kemm se jiswa x-xiri tal-Flemish Public Employment Service li għandu jsir mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ u jistax jiġi indikat x’se jkunu l-punti ta’ ftehim?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi x-xiri tas-sistema tat-tqabbil awtomatiku tal-impjiegi mill-Flemish Public Employment Services se tiswa €72,900 barra mill-ħlas ta’ manutenzjoni ta’ €34,074 fis-sena.
Fir-rigward tal-ftehim fuq is-sistema tat-tqabbil awtomatiku tal-impjiegi mal-Flemish Public Employment Services (VDAB), il-punti maqbula magħhom fil-qosor huwa kif gej:
a) Li l-VDAB iridu jagħmlu numru ta’ modifikazzjonijiet fis-sistemi tagħhom biex jakkomodaw is-sistemi tat-tqabbil tal-impjiegi hekk kif huma użati hawn Malta, u li wara jitpoġġew fuq sistema kompjuterizzata għaliha biex tkun tista’ tintuża minn Malta biss;
b) Li tintuża il-magna tat-tqabbil tal-impjiegi li tinsab fil-VDAB, u li din kapaċi tipproċessa numru kbir ta’ tranżazzjonijiet f’ħin qasir ħafna (peress li kollox se jkun kodifikat sabiex informazzjoni personali ma tintużax waqt it-tqabbil);
c) Li ssir traduzzjoni ta’ madwar 10,000 kompetenza mill-Flemish għall-Malti. Dawn il-kompetenzi se jkunu mehmużin ma’ kull impjieg li jeżisti f’Malta, biex b’hekk it-tqabbil tal-impjiegi bejn imprendituri u dawk li qegħdin ifittxu x-xogħol jkun jista’ jseħħ. Informazzjoni dettaljata fuq kemm wieħed se jkun qabel jew le ma' xogħol battal offrut mill-imprenditur se jkun possibbli li jsir għal kull persuna magħżula u mqabbel mis-sistema;
d) Li jkun hemm appoġġ kontinwu fuq medda ta’ ħames snin fejn kompetenzi ġodda jkunu miżjudin jew modifikati skont kif jirrekjedi s-suq tax-xogħol, kif ukoll appoġġ fuq bażi teknoloġika tas-sistema użata għat-tqabbil awtomatiku tal-impjiegi.