Xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jagħti dettalji tax-xogħlijiet ta' embellishment li se jsiru fis-South sas-sajf li ġej? Kemm hu l-valur ta' dawn ix-xogħlijiet?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-programm ta' xogħol pjanat għal matul is-sena d-dieħla bħala parti mill-embellishment li qed isir fin-naħa t'Isfel ta' Malta hu dan li jidher hawn taħt:
Xogħlijiet ta' Embellishment li se jsiru fis-South sas-sajf li ġej
--------------------------------------------- ---------------------
Marsascala
----------
1 . Embellishment minn ħdejn il-pitch tal-Marsascala S.C. sa ħdejn il-Knisja ta' Sant'Anna inkluż il-bankini, railings eċċ.
2. Passaġġ miż-Żonqor Housing Estate sa l-Iskola Primarja.
3. Restawr tal-faċċata tat-Torri ta' San Tumas u rikostruzzjoni tar-Ridott ta' l-istess Torri.
4. Re-surfacing ta' toroq.
5. Embellishment tal-Bajja u l-Ġnien San Tumas.
Marsaxlokk
----------
1. Re-surfacing ta' triq ix-Xatt/Triq il-Kavallerizza u Triq il-Wilġa.
2. Jitlesta x-xogħol ta' pavimentar fil-pjazza tal-Knisja.
3. Il-bini ta' ground tal-futbol, Bus Terminus u suq għall-Monti.
4. Pavimentar ta' Xatt is-Sajjieda.
Birżebbuġia
-----------
1. Jitlesta x-xogħol fil-By Pass fi Triq it-Trunċiera u Car Park ħdejn Għar Dalam.
2. Jitlesta x-xogħol ta' embellishment fi Pretty Bay, Birżebbuġia.
3. Re-surfacing ta' Triq San Ġorġ, Birżebbuġia.
In-nefqa fuq ix-xogħol li jkun tlesta matul is-sena tkun koperta fil-fondi li jiġu provduti għal xogħol ta' embellishment għal matul is-sena 2000.