Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tekniċi u scientific officers, eċċ. li ġew on loan, seconded u/jew impjegati fis-sezzjoni tal-vitikultura mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn?
Min se jkun responsabbli mill-aġġornamenti li jridu jsiru sabiex ikun sorveljat u sostnut l-għemil ta' standards skond il-Malta Standardisation Act, Cap 187?
Response (ZAMMIT, NINU)
Din hija "standard question" oħra li tagħmel referenza għal diversi suġġetti/sezzjonijiet li jinkludu: trobbija tal-fniek; ortikoltura; vitikoltura; sezzjoni tal-frott frisk; agrikoltura; sezzjoni tat-tadam; sezzjoni tal-ħaxix; eċċ.
Ninsab infurmat illi mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn ma kienx hemm Tekniċi u Scientific Officers eċċ. li ġew on loan, seconded u/jew impjegati fis-sezzjoni tal-vitikoltura.
Naturalment id-Direttur Ġenerali ta' l-Agrikoltura huwa responsabbli għad-Dipartimenti kollha.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tekniċi u scientific officers, eċċ. li ġew on loan, seconded u/jew impjegati fis-sezzjoni ta' l-ortikultura mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn?
Min se jkun responsabbli mill-aġġornamenti li jridu jsiru sabiex ikun sorveljat u sostnut l-għemil ta' standards skond il-Malta Standardisation Act, Cap.187?
Response (ZAMMIT, NINU)
Din hija "standard question" oħra li tagħmel referenza għal diversi suġġetti/sezzjonijiet li jinkludu: trobbija tal-fniek; ortikoltura; vitikoltura; sezzjoni tal-frott frisk; agrikoltura; sezzjoni tat-tadam; sezzjoni tal-ħaxix.
Ninsab infurmat illi mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn ma kienx hemm Tekniċi u Scientific Officers eċċ. li ġew on loan, seconded u/jew impjegati fis-sezzjoni ta' l-ortikoltura.
Naturalment id-Direttur Ġenerali ta' l-Agrikoltura huwa responsabbli għad-Dipartimenti kollha.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tekniċi u scientific officers, eċċ. li ġew on loan, seconded u/jew impjegati fis-sezzjoni tat-trobbija tal-fniek mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn?
Min se jkun responsabbli mill-aġġornamenti li jridu jsiru sabiex ikun sorveljat u sostnut l-għemil ta' standards skond il-Malta Standardisation Act, Cap. 187?
Response (ZAMMIT, NINU)
Din hija "standard Question" oħra li tagħmel referenza għal diversi suġġetti/sezzjonijiet li jinkludu: trobbija tal-fniek; ortikoltura; vitikoltura; sezzjoni tal-frott frisk; agrikoltura; sezzjoni tat-tadam; sezzjoni tal-ħaxix; eċċ.
Ninsab infurmat illi mill-5 ta' Settembru 'l hawn ma kienx hemm Tekniċi u Scientific Officers eċċ. li ġew on loan, seconded u/jew impjegati
fis-sezzjoni tat-trobbija tal-fniek.
Naturalment id-Direttur Ġenerali ta' l-Agrikoltura huwa responsabbli għad-Dipartimenti kollha.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' ittri li jinsabu maqbuda fil-Ministeru, Dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu b'riżultat ta' l-azzjonijiet industrijali kontra l-miżuri anti-soċjali mħabbra fl-aħħar budget mill-GWU?
Response (ZAMMIT, NINU)
Fil-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħi, bħalissa m'hemm l-ebda ittra maqbuda b'riżultat ta' l-azzjonijiet industrijali tal-GWU.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-prezz medju għall-prodott tal-basal xahar b'xahar, bejn Jannar u Mejju ta' din is-sena fil-pitkalija ċentrali?
Jista' jagħti l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għas-snin 1997, 1998 u 1999 rispettivament?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-prezz medju tal-basal fil-pitkalija ċentrali bejn Jannar u Mejju bejn 1997 u 2000 huwa dan li ġej :-
1997 1998 1999 2000
Jannar 26.57ċ 1 5.17ċ 37.44ċ 7.06ċ
Frar 29.56ċ 16.25ċ 40.35ċ 5.29ċ
Marzu 29.83ċ 20.02ċ 41.79ċ 4.65ċ
Apr il 27.30ċ 41.92ċ 49.86ċ 4.41ċ
Mejju 13.70ċ 18.62ċ 9.12ċ 4.60ċ
Ta' min ifakkar li l-prezzijiet tal-prodotti tal-biedja ma huma mertu ta' ħadd u jiddependu mill-forzi u mill-għaqal u l-bżulija tal-bidwi nnifsu skond kif jippermetti t-temp.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-prezz medju għall-prodott tal-patata xahar b'xahar, fejn Jannar u Mejju ta' din is-sena fil-pitkalija ċentrali?
Jista' l-Ministru jagħti l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għas-snin 1997, 1998 u 1999 rispettivament?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-prezz medju għall-prodott tal-patata kull kilo xahar b'xahar bejn 1997 u 2000 kien dan li ġej :-
1997 1998 1999 2000
Jannar 10.66ċ 1 5.48ċ 16.00ċ 17.41ċ
Frar 7.89ċ 18.56ċ 22.62ċ 14.91ċ
Marzu 6.93ċ 22.50ċ 20.78ċ 12.12ċ
Ap ril 6.57ċ 12.32ċ 13.65ċ 12.29ċ
Mejju 6.58ċ 7.79ċ 7.59ċ 6.74ċ
Ta' min ifakkar li l-prezzijiet tal-prodotti tal-biedja ma huma mertu ta' ħadd u jiddependu mill-forzi tas-suq u mill-għaqal u l-bżulija tal-bidwi nnifsu skond kif jippermetti t-temp.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-prezz medju għall-prodott tat-tadam xahar b'xahar bejn Jannar u Mejju ta' din is-sena fil-pitkalija ċentrali?
Jista' l-Ministru jagħti l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għas-snin 1997, 1998 u 1999 rispettivament?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-prezz medju ta' tadam kull kilo xahar b'xahar fil-pitkalija ċentrali bejn Jannar u Mejju bejn 1997 u 2000 kien kif ġej :-
1997 1998 1999 2000
Jannar 18.98ċ 4 1.28ċ 21.16ċ 60.95ċ
Frar 34.42ċ 42.99ċ 32.91 ċ 49.85ċ
Marzu 33.16ċ 52.43ċ 25.70ċ 49.39ċ
April 41.57ċ 39.03ċ 30.10ċ 43.35ċ
Mejju 20.1 6ċ 26.86ċ 23.96ċ 23.83ċ
Ta' min ifakkar li l-prezzijiet tal-prodotti tal-biedja ma huma mertu ta' ħadd u jiddependu mill-forzi tas-suq u mill-għaqal u l-bżulija tal-bidwi nnifsu skond kif jippermetti t-temp.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-prezz medju għall-prodott tal-pastard xahar b'xahar, bejn Jannar u Mejju ta' din is-sena fil-pitkalija ċentrali?
Jista' jagħti l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għas-snin 1997, 1998 u 1999 rispettivament?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l- prezz medju tal-pastard kull kilo xahar b'xahar fil-pitkalija ċentrali bejn Jannar u Mejju bejn 1997 u 2000 huwa dan li ġej :-
1997 1998 1999 2000
Jannar 4.39ċ 31.35ċ 2.03ċ 14.36ċ
Frar 4.63ċ 29.78 ċ 10.34ċ 16.18ċ
Marzu 3.48ċ 17.96ċ 6.89ċ 23.55ċ
April 6.04ċ 3.68ċ 3.35ċ 12.65ċ
Mej ju 7.11ċ 3.16ċ 6.51ċ 4.67ċ
Taż min ifakkar illi l-prezzijiet tal-prodotti tal-biedja ma huma mertu ta' ħadd u jiddependu mill-forzi tas-suq u mill-għaqal u l-bżulija tal-bidwi nnifsu skond kif jippermetti t-temp.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-prezz medju għall-prodott tal-frawli xahar b'xahar bejn Jannar u Mejju ta' din is-sena fil-pitkalija ċentrali?
Jista' jagħti l-istess informazzjoni għall-istess perjodu għas-snin 1997, 1998 u 1999 rispettivament?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-prezz medju għall-prodott tal-frawli kull kilo xahar b'xahar fil-pitkalija ċentrali bejn is-snin 1997 u 2000 kien dan li ġej:-
1997 1998 1999 2000
Jannar 42.91ċ 57.54ċ 48.42ċ 59.73ċ
Frar 34.92ċ 35.61ċ 48 .51ċ 45.54ċ
Marzu 24.91ċ 23.06ċ 29.47ċ 32.04 ċ
April 18.39ċ 11.85ċ 16.86ċ 15.61ċ
Mejju 1 6.84ċ 17.53 17.53ċ 17.89ċ
Ta' min ifakkar illi l-prezzijiet tal-prodotti tal-biedja ma huma mertu ta' ħadd u jiddependu mill-forzi tas-suq u mill-għaqal u l-bżulija tal-bidwi nnifsu skond kif jippermetti t-temp.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-allinejament li jrid isir fl-industrija lokali tal-ħaxix frisk sabiex il-produtturi Maltin u Għawdxin ikunu konformi mar-regoli tal-CAP sabiex wara li nsiru membri jibbenefikaw mis-sussidji u direct aid? Meta ġie dikuss dan it-tibdil bejn il-ministeru u l-koperattiva tal-produtturi tal-ħaxix frisk?
Kemm se jiswa flus lill-produtturi dan it-tibdil u kemm se jieħu żmien dan il-proċess? Min se jagħmel tajjeb għal dawn l-ispejjeż u, cioe' kemm se joħroġ il-Gvern Malti? Kemm se jkun l-ammont li tissussidja l-Unjoni Ewropea qabel u wara li nsiru membri u kemm irid jonfoq il-produttur u/jew il-koperattiva għal dan it-tibdil sabiex ikun konformi mar-regoli, liġijiet u direttivi ta' l-unjoni?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-informazzjoni li qed jitlob l-Onor. Interpellant għad trid toħroġ wara li jitlesta l-"economic impact assessment" li qiegħed isir u li għad irid jiġi vvalutat.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-allinejament li jrid isir fl-industrija lokali tal-frott frisk sabiex il-produtturi Maltin u Għawdxin ikunu konformi mar-regoli tal-CAP sabiex wara li nsiru membri nibbenefikaw mis-sussidji u direct aid?
Meta ġie diskuss dan it-tibdil bejn il-ministeru u l-koperattiva tal-produtturi tal-frott frisk?
Kemm se jiswa flus lill-produtturi dan it-tibdil u kemm se jieħu żmien dan il-proċess? Min se jagħmel tajjeb għal dawn l-ispejjeż u cioe' kemm se joħroġ il-Gvern Malti?
Kemm se jkun l-ammont li tissusidja l-Unjoni Ewropea, qabel u wara li nsiru membri, u kemm irid jonfoq il-produttur u/jew il-koperattiva għal dan it-tibdil sabiex ikun konformi mar-regoli, liġijiet u direttivi ta' l-Unjoni Ewropea?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-informazzjoni li qed jitlob l-Onor. Interpellant għad trid toħroġ wara li jitlesta l-"economic impact assessment" li qiegħed isir u li għad irid jiġi vvalutat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-prezz medju għall-prodott tal-ħass xahar b'xahar bejn Jannar u Mejju ta' din is-sena fil-pitkalija ċentrali?
Jista' jagħti l-istess informazzjoni għall-istess perjodu għas-snin 1997, 1998 u 1999 rispettivament?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-prezz medju tal-ħass kull kilo xahar b'xahar bejn 1997 u 2000 fil-pitkalija ċentrali kien kif ġej :-
1997 1998 1999 2000
Jannar 12.48ċ 2 1.03ċ 4.68ċ 28.29ċ
Frar 15.97ċ 15.44ċ 5.47ċ 23.41ċ
Marzu 15.82ċ 4.83ċ 4.72ċ 8.06ċ
April 10.42ċ 3.20ċ 4.49ċ 3.15ċ
Mejju 6.70ċ 4.88ċ 8.49ċ 2.81ċ
Ta' min ifakkar illi l-prezzijiet tal-prodotti tal-biedja ma huma mertu ta' ħadd u jiddependu mill-forzi tas-suq u mill-għaqal u l-bżulija tal-bidwi nnifsu skond kif jippermetti t-temp.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu x-xogħlijiet ta' prijorita' li qed jiriferi għalihom f'mistoqsija parlamentari numru 15921?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fost dawn ix-xogħlijiet kien hemm it-tkomplija tal-proġett tal-"Micropropagation Centre" bħal bini ta' laboratorju ġdid u diversi serrer. Kien hemm ukoll it-tkomplija tal-proġett tal-mixtla tal-frott f'Ħas-Serħ fejn ġiet imnedija skema ta' ċertifikazzjoni tas-siġar tal-frott mingħajr mard (Virus Free).
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-kamra ir-regoli/sistemi ġodda tal-CAP li jridu jiġu fis-seħħ fis-sena 2003, 2005 u 2008 fir-rigward tal-ipproċessar tat-tadam?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-Onor. Interpellant suppost jaf illi CAP qiegħda fi tħejjija ta' riforma u l-qafas ikun magħruf fis-sena 2003.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-allinejament li jrid isir fl-industrija tal-majjal sabiex il-produtturi Maltin u Għawdxin ikunu konformi mar-regoli tal-CAP sabiex wara li nsiru membri jibbenefikaw mis-sussidji u direct aid?
Meta ġie diskuss dan it-tibdil bejn il-ministeru u l-koperattiva tal-produtturi tal-majjal?
Kemm se jiswa flus lill-produtturi dan it-tibdil u kemm se jieħu żmien dan il-proċess? Min se jagħmel tajjeb għal dawn l-ispejjeż u cioe', kemm se joħroġ il-Gvern Malti? Kemm se jkun l-ammont li tissussidja l-UE qabel u wara li nsiru membri u kemm irid jonfoq il-produttur u/jew il-koperattiva għal dan it-tibdil sabiex ikun konformi mar-regoli, l-liġijiet u direttivi tal-UE?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-informazzjoni li qed jitlob l-Onor. Interpellant għad trid toħrog wara li jitlesta l-"economic impact assessment" li qiegħed isir u li għad irid jiġi vvalutat.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-allinejament li jrid isir fl-industrija lokali tal-ħalib frisk sabiex il-produtturi Maltin u Għawdxin ikunu konformi mar-regoli tal-CAP sabiex wara li nsiru membri jibbenefikaw mis-sussidji u direct aid?
Meta ġie diskuss dan it-tibdil bejn il-ministeru u l-koperattiva tal-produtturi tal-ħalib frisk?
Kemm se jiswa flus lill-produtturi dan it-tibdil u kemm se jieħu żmien dan il-proċess? Min se jagħmel tajjeb għal dawn l-ispejjeż u cioe' kemm se joħroġ il-Gvern Malti? Kemm se jkun l-ammont li tissussidja l-UE qabel u wara li nsiru membru u kemm irid jonfoq il-produttur u/jew il-koperattiva għal dan it-tibdil sabiex ikun konformi mar-regoli, liġijiet u direttivi tal-UE?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-informazzjoni li qed jitlob l-Onor. Interpellant għad trid toħroġ wara li jitlesta l-"economic impact assessment" li qiegħed isir u li għad irid jiġi vvalutat.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-allinejament li jrid isir fl-industrija lokali tal-ipproċessar tal-majjal sabiex il-produtturi Maltin u Għawdxin ikunu konformi mar-regoli tal-CAP sabiex wara li nsiru membri jibbenefikaw mis-sussidji u direct aid?
Meta ġie diskuss dan it-tibdil bejn il-Ministeru u l-koperattiva tal-ipproċessar tal-majjal?
Kemm se jiswa flus lill-produtturi dan it-tibdil u kemm se jieħu żmien dan il-proċess? Min se jagħmel tajjeb għal dawn l-ispejjeż u cioe' kemm se joħroġ il-Gvern Malti? Kemm se jkun l-ammont li tissussidja l-UE qabel u wara li nsiru membri u kemm irid jonfoq il-produttur u/jew il-koperattiva għal dan it-tibdil sabiex ikun konformi mar-regoli, liġijiet u direttivi tal-UE?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-informazzjoni li qed jitlob l-Onor. Interpellant għad trid toħrog wara li jitlesta l-"economic impact assessment" li qiegħed isir u li għad irid jiġi vvalutat.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-allinejament li jrid isir fl-industrija lokali tal-poultry sabiex il-produtturi Maltin u Għawdxin ikunu konformi mar-regoli tal-CAP sabiex wara li nsiru membri ibbenefikaw mis-sussidji u direct aid?
Meta ġie diskuss dan it-tibdil bejn il-ministeru u l-koperattiva tal-produtturi tal-poultry?
Kemm se jiswa flus lill-produtturi dan it-tibdil u kemm se jieħu żmien dan il-proċess? Min se jagħmel tajjeb għal dawn l-ispejjeż u cioe' kemm se joħroġ il-Gvern Malti? Kemm se jkun l-ammont li tissussidja l-UE qabel u wara li nsiru membri u kemm irid jonfoq il-produttur u/jew il-koperattiva għal dan it-tibdil sabiex ikun konformi mar-regoli, liġijiet u direttivi tal-UE?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-informazzjoni li qed jitlob l-Onor. Interpellant għad trid toħrog wara li jitlesta l-"economic impact assessment" li qiegħed isir u li għad irid jiġi vvalutat.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-allinejament li jrid isir fl-industrija lokali tal-inbid sabiex il-produtturi Maltin u Għawdxin ikunu konformi mar-regoli tal-CAP sabiex wara li nsiru membri jibbenefikaw mis-sussidji u direct aid?
Meta ġie diskuss dan it-tibdil bejn il-ministeru u l-koperattiva tal-produtturi tal-inbid?
Kemm se jiswa flus lill-produtturi dan it-tibdil u kemm se jieħu żmien dan il-proċess? Min se jagħmel tajjeb għal dawn l-ispejjeż u cioe' kemm se joħroġ il-Gvern Malti? Kemm se jkun l-ammont li tissussidja l-UE qabel u wara li nsiru membru u kemm irid jonfoq il-produttur u/jew il-koperattiva għal dan it-tibdil sabiex ikun konformi mar-regoli, l-liġijiet u direttivi tal-UE?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-informazjoni li qed jitlob l-Onor. Interpellant għad trid toħrog wara li jitlesta l-"economic impact assessment" li qiegħed isir u li għad irid jiġi vvalutat.