Dipartiment jew awtoritajiet fil-Gvern li għandhom il-poter li jikkonfiskaw flejjes jew oġġetti
Question
Jista’ l-Ministru jelenka d-dipartimenti/awtoritajiet oħra fil-Gvern li għandhom il-poter li jikkonfiskaw flejjes u/jew oġġetti?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-konfiska ta’ flejjes jew oġġetti tista tapplika taħt diversi liġijiet. Biex isir irid ikun hemm bażi legali u jridu jeżistu ċ-ċirkostanzi li fihom il-liġi tkun tipprospetta li l-flus jew propjeta’ oħra jkunu soġġetti għall-konfiska.
Per eżempju, fil-liġi kriminali huwa stabbilit illi l-oġġetti li jkunu ntużaw biex isir ir-reat, l-“
corpus deliciti”
u l-frott ta’ reat huma konfiskabbli fil-każ ta’ ħtija. Il-ligijiet dwar t-traffikar tad-droga saħansitra jipprevedu l-konfiska tal-propjeta’ kollha tal-ħati. Il-liġijiet dogonali jipprevedu il-konfiska ta’oġġetti li jkunu qegħdin jindaħħlu fil-pajjiż in vjolazzjoni ta’ dawk il-liġijiet jew ta’ liġijiet oħra li jkunu jipprojbixxu l-importazzjoni tiegħu.
Il-liġijiet li jirregolaw il-kambju u l-ammont ta’ flus li persuna tista’ toħroġ mill-pajjiż ukoll jipprovdu għall-konfiska fil-każ ta’ sejbien ta’ ħtija.
Il-konfiska tista' wkoll issir fuq talba ta’ awtorità ġudizzjarja barranija abbażi ta’ trattati internazzjonali jew ta’ regolamenti tal-Unjoni Ewropea dwar il-ko-operazzjoni fil-qasam ġudizzjarju.
Punt kardinali huwa li konfiska qatt ma tista issir arbitarjament u dejjem jibqa d-dritt illi wieħed jikkontesta l-konfiska tal-propjetà quddiem Qorti.
Jista’ l-Ministru jagħti data meta l-Asset Management Bureau ser jibda jopera?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li insegwitu tal-Avviż Legali tal-2015 saru diskussjonijiet u tibdil fil-kompo¿izzjoni tal-Bureau. Infumat li l-Membri tal-Bureau qed jiltaqa’ regolarment ħalli jfasslu l-policy tal-istess Bureau. Bħalissa qed isir eżerċizzju ħalli jiġu ingaġġati uffiċjali biex jaħdmu fi ħdan il-Bureau.
Il-proċess li l-Gvern jeżerċità l-poter li jikkonfiska flejjes jew oġġetti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-proċess li permezz tiegħu l-Gvern jeżerċità l-poter li jikkonfiska flejjes u/jew oġġetti?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li biex il-Gvern jikkonfiska flejjes jew oġġetti irid ikun hemm liġi li tipprovdi għal dik il-konfiska. Il-ligi partikolari normalment tkun ukoll tipprovdi għall-process li l-awtoritajiet ikunu jridu jsegwu biex issir dik il-konfiska u għall-mod kif dik il-konfiska tkun tista’ tiġi kontestata. Eżempju ta’ dan jinstab fl-Ordinanza tad-Dwana (Kap 37)
Jekk il-liġi speċifika ma tkunx tipprovdi għall-mod ta’ kontestazzjoni ta’ konfiska japplika d-dritt ġenerali li wieħed jirrikorri quddiem il-Qrati biex jikkontesta deċizjoni amministrattiva.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — position of Trust
Question
Jista' l-Ministru jelenka u jgħid liema huma l-positions of trust li hemm fi ħdan l-Uffiċċju tiegħu u l-entitajiet u d-Dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-kuntratti kollha tax-xogħol tal-persons of trust u tal-positions of trust bħala regola ġew fi tmiemhom hekk kif ġiet fi tmiemha l-leġiżlatura li għaddiet u bħal issa għaddej il-proċess biex jiġu stabbiliti kuntratti tax-xogħol ġodda. Fil-każ tal-positions of trust marbutin mal-Qorti, li għandhom ukoll xogħol ibbażat fuq il-fiducja (tal-Ġudikant, mhux tiegħi), dan li għidt ma japplikax.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus is-sena l-oħra (2016) f’restawr ta’ postijiet storiċi? Jista’ jagħti tagħrif dwar ix-xogħol li sar f’dawn il-postijiet, fosthom dwar ix-xogħol li tlesta u xogħol li għadu għaddej?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat illi fl-2016 intefqet is-somma totali ta’ €5,628,843.41 f’restawr ta’ postijiet storici.
Minn dawn kien hemm €1,801,299.38 bħala fondi Ewropej u €2,945,683.03 ntefqu mill-Fondi Nazzjonali. Is-siti storiċi li gawdew min dawn il-finanzi huma mniżżla fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — sponsorships
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta' sponsorships li ngħataw mid-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mill-Ministeru li jmexxi u dan għall-perjodu mill-1 ta' Mejju sat-2 ta' Ġunju 2017?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-ebda dipartiment jew entità ma ta sponsorship fil-perjodu mill-1 ta’ Mejju sat- 2 ta’ Ġunju 2017.
Jista' l-Ministru jieħu passi sabiex kawżi fiċ-ċivil li fosthom hemm li ilhom aktar minn 10 snin, jista' jara kif jonqos id-dewmien ta' dawn il-kawżi minħabba diferimenti li qed jingħataw, fost l-oħrajn għall-perjodu ta' ħames xhur?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-Gvern ħa diversi miżuri biex jitnaqqas id-dewmien fil-kamp Ċivili, liema miżuri taw ir-riżultati u dan ġie rikonoxxut diversi drabi mill-Kummissjoni Ewropea.
Tant hu hekk li l-ammont ta' kawżi ċivili sew jekk fl-ewwel smiegħ u sew fl-appell, sew jekk quddiem il-Qorti Ċivili u sew jekk hu quddiem xi Bord ta' natura ċivili li ilhom għaddejjin 10 snin jew iktar illum niżlu għal 5 fil-mija tal-kawżi kollha ċivili.
Ma jfissirx li l-Gvern se jieqaf il-ħidma u l-mira hi li kawżi li jdumu 10 snin biex jinqatgħu tkun xi ħaġa tal-passat.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — direct orders
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ direct orders li ngħataw mid-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mill-Ministeru li jmexxi u dan għall-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu ż-żmien li baqa' fejn fil-preżent qed ikunu depositati l-boroż s-suwed tal-iskart? Jista' jgħid kemm baqa' żmien sakemm "Il Għallis" jista' jibqa jintuża qabel ma jingħalaq?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — ħaddiema li ħadu promozzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ ħaddiema fid-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li jmexxi, li ħadu promozzjoni fil-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017? Jista’ jagħti wkoll l-istess informazzjoni għall-perjodu 7 ta' Jannar 2013 sa 8 ta' Mejju 2013?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema, sija part-time u sija full-time, f’kull entità li għaliha huwa responsabbli, fl-1 ta’ Diċembru 2016, fl-1 ta’ Mejju 2017 u fit-3 ta’ Ġunju 2017?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Segretarjat Parlamentari għall-Gvern lokali u Komunitajiet - ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern lokali u Komunitajiet jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema, sija part-time u sija full-time, f’kull entità li għaliha huwa responsabbli, fl-1 ta’ Diċembru 2016, fl-1 ta’ Mejju 2017 u fit-3 ta’ Ġunju 2017?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Segretarjat Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u Valletta18 - ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u Valletta18 jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema, sija part-time u sija full-time, f’kull entità li għaliha huwa responsabbli, fl-1 ta’ Diċembru 2016, fl-1 ta’ Mejju 2017 u fit-3 ta’ Ġunju 2017?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-inkjesta li għaliha kienet saret referenza fil-mistoqsija parlamentari 31137 tat-12-il Leġislatura (dwar l-Advisory Board tal-Fostering) tlestitx u jekk iva jistax ipoġġi r-riżultat tal-istess inkjesta fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-allokazzjoni finanzjarja ta' kull kunsill lokali f'Malta u Għawdex b'mod individwali għas-snin 2015, 2016 u 2017 ?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Kunsilli Lokali — fondi speċjali fuq inizjattivi mnedija mill-Gvern
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu il-fondi speċjali fuq inizjattivi mnedija mill-Gvern li ħadu l-kunsilli lokali f'Malta u Għawdex b'mod individwali fis-snin 2015, 2016, 2017?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Kunsilli Lokali — fondi speċjali minn programmi/inizjattivi/proġetti Ewropej
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu il-fondi speċjali minn programmi/inizjattivi/proġetti Ewropej li ħadu l-kunsilli lokali f'Malta u Għawdex b'mod individwali fis-snin 2015, 2016, 2017?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — impjegati ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu impjegati ġodda jaħdmu fid-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li jmexxi u dan għall-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017? Jista’ jagħti wkoll l-istess informazzjoni għall-perjodu 7 ta' Jannar 2013 sa 8 ta' Mejju 2013?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Inkjesta Maġisterjali — Talba biex Maġistrat Inkwirenti isiefer bħala parti mill-Inkjesta Maġisterjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il talba saret lill-Prim Imħallef u/jew lill-Gvern biex Maġistrat Inkwirenti jingħata l-faċilità u l-mezzi u r-riżorsi biex isiefer barra minn Malta bħala parti minn xi Inkjesta Maġisterjali fl-2017? Min kien il-Maġistrat u fil-kuntest ta’ liema inkjesta għamel tali talba?
Response (BONNICI, OWEN)
Kif persważ li japprezza l-Onor. Interpellant, is-suġġett tal-interpellanza huwa dwar materja li tmiss il-prinċipju tas-sigriet tal-istruttorja, liema prinċipju hu salvagwardjat b’diversi provvedimenti fil-liġi tagħna.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 32444 u 32337 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 30953, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti tal-laqgħa mal-Commonwealth Local Government Forum (CLGF)? Jista’ jgħid min hu l-advisor li tela’ mas-Segretarju Parlamentari fi Brussell f’Novembru 2016 u ma’ min iltaqa’ bejn l-24 u s-26 ta’ Novembru? X’kien l-iskop li s-Segretarju Parlamentari mar Strassburgu biex jiltaqa’ mal-President tal-Kumitat tar-Reġjun?