Legislature:
Category:
Reset
Active:

Enemalta — Pagi tal-ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16920 u jgħid għala l-pagi ta' l-impjegati tar-raba' sular administration building tal-korporazzjoni Enemalta fil-Marsa qed jinħadmu fil-magħluq u mhux mis-sezzjoni tal-pagi normali? Veru li ngħata allowance lil ċerti mpjegati mir-raba' sular biex jixtru ħwejjeġ? Kemm tiswa l-karozza tas-CEO u tas-CFO fix-xahar? Fuq liema bażi ġie ngaġġat il-procurement manager ġdid u meta ħarġet il-call for application? Kemm-il manager ġdid ġie mpjegat l-Enemalta bejn l-2004 u l-2005 u kemm hu l-ammont ta' pagi tagħhom? Fuq liema bażi ħarġet il-call for application għal executive officers ġo l-Enemalta dan l-aħħar?

Response (GATT, AUSTIN)

L-ewwel asserzjoni tal-Onor. Interpellant mhix korretta. Ma titħallas l-ebda allowance għall-ħwejjeġ. Il-karozza li qed juża c-Chief Executive Officer ta' l-Enemalta titħallas mill-MOBC. L-ispiża hija ta' Lm265.98 + Vat fix-xahar. Ma jitħallas l-ebda ħlas għal karozza tac-CFO għax hi propjeta tal-Enemalta. Il-Procurement Manager ġdid ġie 're-deployed' minn mac-CIMU b'kuntratt ta' 3 snin ma' l-Enemalta biex jimtela l-post vojt fil-Procurement Section. Imtlew 14-il post ta' Manager ma' l-Enemalta. Minn dawn, 5 ġew impjegati minn barra waqt li d-9 postijiet l-oħra imtlew minn impjegati eżistenti. Il-paga totali ta' dawn l-14-il Manager tammonta għal Lm179,666. Is-sejħa għall-applikazzjonijiet għal E.O.'s ħarġet fuq l-istess parametri li jinħarġu applikazzjonijiet oħra fil-Korporazzjoni kif u meta jinqala l-bżonn minn żmien għal żmien.

Air Malta — Tindif ta' l-ajruplani

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk is-section tat-tindif ta' l-ajruplani fil-kumpannija Air Malta hux se tispiċċa? Jekk fl-affermattiv, min se jkun qiegħed jagħmel dan ix-xogħol? X'inhu l-futur tal-ħaddiema li jaħdmu f'din is-section?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ħaż-Żabbar — Linji Tad-Dawl

Question

Jista' il-Ministru jara li ħsara li teżisti fi Sqaq San Vincenz u Sqaq il-Wied ġewwa Ħaż-Żabbar, marbuta ma' xi linji tad-dawl, tiġi rranġata minħabba inkonvenjenti li qed isofru r-residenti ta' dawn il-postijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-linji li qiegħda ssir referenza għalihom minn l-Onor. Interpellant m'humiex responsabilita' ta' l-Enemalta.

Enemalta/WSC

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16568 u jgħid x'kien id-dħul tal-korporazzjonijiet Enemalta u Water Services f'soprataxxa fuq dawl u ilma tul is-sena 2005 mil-lukandi, ristoranti u l-oqsma kollha reġistrati bħala attivi fl-oqsma tat-turiżmu ta' l-istess korporazzjonijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-Water Service Corporation ma għandha ebda dħul mis-"surcharge", waqt li l-Korporazzjoni Enemalta ma żżommx statistika separata għall-oqsma tat-turiżmu.

Proġetti f'Għawdex

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-programmi, l-inizjattivi, l-iskemi, il-proġetti u x-xogħlijiet li d-dipartimenti tal-gvern u l-enti, l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu se jwettqu f'Għawdex sena b'sena minn din is-sena sa l-2008?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Privatizzazzjoni tal-BOV

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm verita' li Deutsche Bank qed jikkonsidraw sehem fil-privatizzazzjoni tal-Bank of Valletta?

Response (GATT, AUSTIN)

Naħseb li l-Onor Interpellant jifhem li minħabba n-natura kunfidenzjali tal-proċess tal-privatizzazzjoni, l-informazzjoni relatata ma' dal-proċess ma tistax tingħata f'dan l-istadju.

Għargħur — Każin tal-football

Question

Billi l-persuna li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament ilu madwar 15-il sena li kemm hu kif ukoll il-kumitat tal-football tal-Għargħur għarrfu lill-WSC li ma għadux segretarju tal-każin, jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-kontijiet u l-korrispondenza li jirrigwardaw il-każ baqgħu jintbagħtu lilu mill-korporazzjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma m'għandiex records tat-transfer li qed tiġi referuta mill-Onorevoli Interpellant.

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Konsulenza

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16382 u jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inklużi l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul is-sena 2005? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Xiri ta' Karozzi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi matul is-sena 2005 mill-ministeru u d-dipartiment li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu? Ta' liema tip kienu u kemm swiet kull waħda minnhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Matull-2005 inxtraw tlett karozzi li kienu : Toyota Corolla - Lm5,135 Toyota Corolla - Lm4,915 Ford Focus - Lm2,950

Maltacom Group — Ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jgħid: 1) min huma l-impjegati tal-Maltacom Group kollu li qalgħu iktar minn Lm10,000 matul is-sena 2005, 2) x'kariga għandhom, 3) kemm qalgħu (inkluż il-benefiċċji kollha), 4) xi kwalifiki għandhom u 5) kemm ilhom jaħdmu mal-group?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 1130.

Sistema tal-produzzjoni ta' l-elettriku

Question

Jista’ il-Ministru jgħid u jamplifika dwar x'inhuma l-possibbiltajiet, kif jarahom huwa fil-preżent, li fil-futur qarib is-sistema tal-produzzjoni ta' l-elettriku f'Malta tkun konnessa ma' dik Ewropea (European electricity grid)?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Enemalta u l-Gvern bħalissa qegħdin jesploraw il-meżżi kollha possibbli li permezz tagħhom il-pajjiż jista' jipprovdi l-elettriku. L-użu tal-Grid m'huwiex eskluż.

Industrija tal-films

Question

Jista’ il-Ministru jgħid, imqar jekk bejn wieħed u ieħor, kemm iġġenerat flus l-industrija tal-films f'Malta f'dawn l-aħħar tliet snin, sena b'sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-Gvern ma' għandu ebda statistika li fuqha jista' jibbaża r-risposta iżda minn din is-sena permezz ta' l-inċentivi finanzjarji li qed tagħti l-Kummissjoni Ċinematografika ta' Malta ser ikun possibli li l-Gvern ikollu figuri eżatti ta' dak li jkun intefaq f'pajjiżna.

Air Malta — Bord tad-diretturi

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15200 u jgħid jekk il-bord tad-diretturi approvax il-budget ta' l-Air Malta għas-sena Marzu 2005 - Marzu 2006? Meta ġie approvat dan il-budget?

Response (GATT, AUSTIN)

Nikkonferma li l-Bord tad-Diretturi ta' l-Air Malta approva l-Budget għas-sena finanzjarja April 2005 - Marzu 2006.

Kontijiet tad-dawl u l-ilma

Question

Minn mindu nbidlet is-sistema ta' ħlas ta' kontijiet ta' dawl u ilma, kemm huwa maħsub li sar overpayment u underpayment mill-konsumaturi u kemm kien l-ammont f'kull kas?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat l-informazzjoni mitluba ma tistax tinġabar mingħajr ma jsir eżami wieħed wiehed ta' madwar 230,000 kont. Anki jekk wiehed iħares lejn l-informazzjoni b'mod globali, wieħed irid jgħid li l-bilanċ fil-billing system tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma hu wieħed dinamiku. Bilanċ jista jkun credit imbagħad isir debit bi ħruġ ta' kont u jista jerġa jiġi credit meta joħroġ kont proviżorju. Barra minn hekk bilanċi b'overpayment jikkanċellaw dawk b'underpayment u l-informazzjoni mitluba xorta ma tkunx ingħatat.

Fuel/gas oil

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 15502 u 15610 u jgħid jekk il-prezz medju tal-fuel u gas oil mistenni jikber bi ftit anqas minn 10% is-sena d-dieħla, kif jispjega l-fatt li l-ispiża għas-sena d-dieħla se titla' b'54.4%?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għall-istqarrija li għamilt fil-Parlament fis-26 ta' Ottubru 2005, fejn ġie spjegat fid-dettal kif inħadmet l-istima. Kif jaf sew l-Onor. Interpellant f'dik l-istqarrija mkien ma ntqal li qed nipprevedu żieda biss ta' 10% iżda ħafna aktar. Tajjeb ukoll nirrepeti illi l-formola ġdida li fuqha tinħadem is-"surcharge" ma tużax aktar stimi iżda hi bbażata fuq kemm fil-fatt l-Enemalta tkun ħallset għaż-żejt fix-xahrejn ta' qabel.