Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #32286 Sitting 717 2002-03-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tat-Turiżmu

Istitut għall-Istudji Turistiċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-rata ta' assentejiżmu tal-istudenti tagħhom f'xi wieħed mill-korsijiet ta' l-Istitut għall-Istudji Turistiċi? Jista' jagħti l-istatistika mitluba kors b'kors?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li l-assentejiżmu minn studenti ta’ l-ITS ma jinħadimx fuq bażi ta’ kors, iżda fuq bażi tad-diversi modules. Peress li l-istatistika mitluba tirrikjedi ħafna xogħol, l-informazzjoni qed tinġabar u tingħata f’xi seduta ohra.
Leg 9 PQ #31037 Sitting 714 2002-03-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tat-Turiżmu

Pjanti — Spejjeż

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża li tħallset lill-kumpaniji privati lill-Ministeru u jew id-Dipartimenti, kumpaniji eċċ li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għas-servizz taż-żamma tal-pjanti jew xtieli matul is-sena li għaddiet? Kemm għat-tindif?

Response (REFALO, MICHAEL)

Sakemm ma ninghatax raguni 'l ghala qed tintalab, ma nara’ l-ebda skop li tingabar l-informazzjoni mitluba. Informazzjoni dettaljata fuq infieq attwali ghal dak li ghandu x’jaqsam ma’ Dipartimenti tal-Gvern tinghata fir-Rapport Finanzjarju li t-Te¿or jippubblika aktar tard fis-sena u, rigward ta’ Korporazzjonijiet u Awtoritajiet, fir-rapport annwali partikulari taghhom.
Leg 9 PQ #31882 Sitting 708 2002-03-05 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tat-Turiżmu

Awtorita' Maltija tat-Turiżmu

Question

Jista' l-Ministru tat-Turiżmu jgħid x'passi qegħdin jittieħdu mill-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu fil-Konfront tal-propjetarji tal-lukanda Solemar fil-Marfa fejn dawn inħarġitilhom liċenzja biex joperaw il-lukanda billi ddikjaraw ma' l-istess awtorita' li l-art li fuqha tinsab il-lukanda msemmija hija tagħhom kollha, waqr li fil-fatt irriżulta li parti mill-art hija tal-gvern u għaldaqstant inbniet fuq propjeta pubblika minnha qiegħed isir negozju?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li titolu ta’ propjeta’ mhuwiex rekwiżit biex tinħareġ liċenza għall-operazzjoni ta’ lukanda.
Leg 9 PQ #30848 Sitting 707 2002-03-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tat-Turiżmu

Pubblikazzjonijiet — Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża globali tal-posta, stationeries, reklamar, pubblikazzjonijiet għas-sena 2001 tal-Ministeru u Dipartimenti, Dekasteri, Korporazzjonijiet, eċċ li jaqgħu taħt il-Ministeru tat-Turiżmu? Kemm tħallsu minn dawn l-ispejjes u kemm għadhom pendenti?

Response (REFALO, MICHAEL)

Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara’ l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba. Informazzjoni dettaljata fuq infiq attwali tal-Gvern tingħata fir-Rapport Finanzjarju li t-Teżor jippubblika aktar tard fis-sena.
Leg 9 PQ #31769 Sitting 707 2002-03-05 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tat-Turiżmu

Proċeduri Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk daħlux xi proċeduri ġodda li jridu jsegwu dawk li japplikaw għall-liċenzja biex iżomm għandhom studenti barranin li jiġu jistudjaw l-Ingliż fostna? F'hiex jikkonsistu dawn il-proċeduri?

Response (REFALO, MICHAEL)

Peress li bħalissa għadhom qed isiru konsultazzjonijiet ma’ kull min għandu liċenza ta’ “host family” dwar abbozz imħejji mill-Awtorita’ tat-Turiżmu wara konsultazzjoni ma’ setturi oħra nvoluti, ir-risposta hi fin-negattiv.
Leg 9 PQ #31961 Sitting 707 2002-03-05 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tat-Turiżmu

Cruise Liners

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew Malta, turisti fuq cruise liners is-sena l-oħra?

Response (REFALO, MICHAEL)

L-Onor. Interpellant hu mistieden li jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru responsabbli għall-informazzjoni statistika jew inkella lill-Ministru responsabbli għall-Affarijiet Marittimi u dan peress li dan is-settur, għalkemm ta’ interess għall-industrija tat-Turiżmu, ma jifformax parti mid-dmirijiet ministerjali tiegħi.
Leg 9 PQ #31743 Sitting 706 2002-03-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tat-Turiżmu

ITS

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemm xi problemi fl-iskemi ta' apprendistat u fil-korsijiet tal-Istitut għal-Istudji Turistiċi peress li rċevejt ilmenti li hemm studenti li qed jgħidulhom li m'hemmx minn jgħallimhom u għalhekk naqqsulhom il-ħin fl-iskola u hemm fejn għall-kors tal-food & beverage qed jagħmlulhom tagħlim fl-animazzjoni kulturali li m'għandu x'jaqsam xejn mal-kontenut tal-kors?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ġejt żgurat li ma teżisti ebda problema fl-iskemi msemmija fil-Mistoqsija. Jeżistu żewġ vakanzi, waħda fil-kċina u l-oħra fit-teknoloġija ta’ l-informatika. Hemm ukoll lecturer fil-kċina li rraporta li ma jiflaħx fit-tul. Ninsab infurmat li l-Istitut nieda l-proċess biex jimla dawn il-vakanzi. Ninsab infurmat ukoll li l-lezzjonijiet mhux qed ikunu kkanċellati iżda rescheduled. Fejn ikun possibbli l-lezzjonijiet isiru minn lecturers oħrajn fuq bażi ta’ overtime minħabba li jkunu qabżu l-contact hours tagħhom. Rigward studenti li qed jattendu għad-Diploma fil-Food and Beverage Service kors, fir-raba’ sena tagħhom dawn iridu jagħżlu tnejn minn tliet suġġetti optional, li wieħed minnhom huwa propju l-animazzjoni kulturali. Fil-fatt hemm ħames studenti li għażlu dan il-module.
Leg 9 PQ #31776 Sitting 703 2002-02-26 Oral · Interim From: CARMELO ABELA To: Ministeru tat-Turiżmu

Tourism Studies

Question

Which career path/paths in the Tourism Studies course are going to be available for new entry students in October 2002? Is any of the present three career paths not going to be made available in the future? Why? What is the alternative for such courses in order to meet the industru demand?

Response (REFALO, MICHAEL)

A comprehensive reply will be given during another Sitting of the House of Representatives.
Leg 9 PQ #31367 Sitting 697 2002-02-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tat-Turiżmu

Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qed jitħallsu il-konsulenti indikati fil-mistoqsija parlamentari nru. 31260?

Response (REFALO, MICHAEL)

Il-konsulenti msemmija fit-twe;iba tieg[i g[all-mistoqsija 31260 qed jit[allsu kif ;ej:- Is-Sur Jean Micallef Grimaud Lm 2000 fis-sena Is-Sur Alfred Mallia Milanes Lm 1000 fis-sena
Leg 9 PQ #30750 Sitting 696 2002-02-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tat-Turiżmu

Phones — Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-Ministru u Dipartimenti eċċ, li jaqgħu taħtu fuq telephones u mobile phones matul is-sena 2001? Kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u l-hospitality matul l-istess perjodu?

Response (REFALO, MICHAEL)

Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara’ l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba. Informazzjoni dettaljata fuq infiq attwali tal-Gvern ting[ata fir-Rapport Finanzjarju li t-Te]or jippubblika aktar tard fis-sena.
Leg 9 PQ #31260 Sitting 691 2002-02-05 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tat-Turiżmu

Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb PQ 31120 u cioe jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 30996 u cioe jista' l-Ministru jgħid liema huma l-konsulenti mhux legali mal-Ministeru tiegħek? Kemm qed jitħallsu?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’żieda ma’ l-ismijiet li jissemmew fit-tweġibiet għall-PQ 11162 u 18800, il-Ministeru ngaġġa bħala konsulent lis-Sur Jean Micallef Grimaud, waqt li l-Awtorita’ tat-Turiżmu ngaġġat lis-Sur Alfred Mallia Milanes. Niforma wkoll li s-Sur Leslie Agius temm is-servizzi ta’ konsulenza mal-Ministeru.
Leg 9 PQ #31193 Sitting 688 2002-01-30 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tat-Turiżmu

MTA

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'arranġament kummerċjali hemm bejn il-Malta Tourism Authority u Where's Everybody?

Response (REFALO, MICHAEL)

Infurmat li f’Jannar 2001 il-kumpanija Where’s Everybody rebħet “tender” għall-produzzjoni ta’ erba’ “slots” publicitarji in konnessjoni mal-kampanja ta’ għarfien li l-Awtorita’ tagħmel fil-media lokali.
Leg 9 PQ #31120 Sitting 686 2002-01-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tat-Turiżmu

Konsulenti Mhux Legali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 30996 u cioe jista' l-Ministru jgħid liema huma l-konsulenti mhux legali mal-Ministeru tiegħek? Kemm qed jitħallsu?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ir-risposta tinghata f’xi seduta ohra.
Leg 9 PQ #30955 Sitting 682 2002-01-22 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tat-Turiżmu

Stipendju għall-Kors

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom l-istudent li ismu qed jintbagħat separatament għadu ma ngħatax l-istipendju għall-kors li beda fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi?

Response (REFALO, MICHAEL)

L-istudent li g[alih qed jirreferi l-Onor. Membru mhuwiex student ta’ l-Istitut dwar l-Istudji Turisti/i i]da qed jattendi g[ax jie[u sehem fl-iskema ta’ E.S.T.S. Dawn l-istudenti ma jit[allsux stipendju mill-I.T.S.
Leg 9 PQ #30996 Sitting 681 2002-01-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tat-Turiżmu

Konsulenti Mhux Legali — Ħlas

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-konsulenti mhux legali mal-Ministeru tiegħek? Kemm qed jitħallsu?

Response (REFALO, MICHAEL)

Tweġiba tingħata f'seduta oħra
Leg 9 PQ #30320 Sitting 666 2001-12-10 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru tat-Turiżmu

Gwidi Liċenzjati

Question

Jista' l-Ministru jgħid b'referenza għad-domanda nru. 4901 jinforma l-kamra kemm kien hemm gwidi liċenzjati fil-lingwa Franċiża, Taljana u Tedeska għas-snin 1999, 2000 u 2001 u kemm minnhom kienu irġiel u kemm nisa?

Response (REFALO, MICHAEL)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi kif ;ej:- SENA LINGWA IR:IEL NISA 1999 Fran/i]a 30 40 Taljana 50 156 Tedeska 42 103 2000 Fran/i]a 31 47 Taljana 51 159 Tedeska 42 105 2001 Fran/i]a 30 48 Taljana 51 160 Tedeska 41 105
Leg 9 PQ #30133 Sitting 663 2001-12-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tat-Turiżmu

Mobile Phones

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża tal-mobile phones tal-Ministeru u tad-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena? Kemm kienet l-istess spiża għas-snin 1997, 1998, 1999 u 2000 sena b'sena?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li l-ispiza tal-mobile phones tal-Ministeru u d-Dipartimenti li jaqghu taht id-dekasteru tieghi hu kif gej:- Ministeru u Dipartiment 1997 Lm 1,623.02 1998 Lm 3,084.53 1999 Lm 3,683.00 2000 Lm 5,049.97 Jannar – Novembru 2001 Lm 5,230.24 ITS 1997 Nil 1998 Nil 1999 Lm 522.30 2000 Lm 2,965.06 Jannar – Novembru Lm 1,403.07
Leg 9 PQ #29614 Sitting 645 2001-11-21 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tat-Turiżmu

Bordijiet u Kummissjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fi ħdan id-dekasteru tiegħu, kemm hemm awtoritajiet, bordijiet, kummissjonijiet jew entitajiet governattivi? Jista' l-Ministru jgħid ukoll minn huma ċ-Chairman, Chief Executive Officers, diretturi u konsulenti legali ta' dawn l-awtoritajiet, bordijiet, kummissjonijiet u entitajiet governattivi?

Response (REFALO, MICHAEL)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru.
Leg 9 PQ #29802 Sitting 643 2001-11-20 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tat-Turiżmu

Żamm ta' Studenti Barranin — Liċenzji

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' familja liċenzjati biex iżommu barranin bi ħlas f'darhom? Kemm minn dawn huma liċenzjati biex iżommu studenti barranin? Matul din is-sena kien hemm ilmenti fuq xi nuqqasijiet minn dawn il-familji? X'kienu? X'passi ttieħdu?

Response (REFALO, MICHAEL)

Infurmat li n-numru ta’ familji liċenzjati biex iżommu barranin magħhom hu ta’ 1024. Il-liċenzja ma tiddistingwix bejn “student” jew “barrani”. Din is-sena ftit li xejn kien hemm ilmenti mal-HCEB dwar familji li jżommu barranin maaħhom. F’każ wieħed kien instab li familja kienet qed iżżomm ħafna aktar minn erba’ studenti u l-liċenzja ġiet irtirata.
Leg 9 PQ #29397 Sitting 637 2001-11-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tat-Turiżmu

Gbir u Rimi ta' l-Alka

Question

Jista' l-Ministru jgħid b' liema kundizzjonijiet ingħata l-kuntratt tal-ġbir u rimi ta' l-alka fl-inħawi fil-Mellieħa? Hemm xi arranġamenti biex l-alka tintrema f' xi barriera fl-Armier? Ingħata permess biex ma' l-alka jintrema wkoll żibel ieħor?

Response (REFALO, MICHAEL)

Il-ġbir ta’ l-alka jsir mit-Taqsima tal-Beach Cleaners mgħejjuna mill-kuntrattur biex ikun jista’ jsir xogħol fl-iqsar ħin. Qed inpo;;i fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kundizzjonijiet tal-kuntratt tal-;bir u rimi ta’ skart li jin;abar mill-bajjiet u x-xtut kollha. L-alka mi;bura mill-inħawi tal-Mellie[a tintrema f’barriera fl-Armier. Dan isir permezz ta’ ftehim li kien intla[aq bejn id-Dipartiment tat-Turiżmu, l-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar u l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa. M’hemm ebda permess li ma’ l-alka jintrema skart ieħor. Tant hu hekk li minn ]mien g[al ]mien it-Taqsima tal-Beach Cleaners tad-Dipartiment tnaddaf l-in[awi madwar din il-barriera mill-iskart li jiġi mitfuħ mill-pubbliku.