Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu jew ser jittieħdu kontra dawk l-importaturi tal-mediċini li rriżulta li kienu qed ibiegħu mediċini bil-għoli? Ser jittieħdu passi legali kontra dawk li abbużaw u allura kienu qed jisolħu lil min bilfors irid juża dawn il-mediċini?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Peress li l-prezzijiet tal-mediċini fuq is-suq privat mhumiex responsabilta' ta' dan il-Ministeru, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-fatt li l-ilma tal-bjut fil-binjiet ta' l-Awtorita' tad-Djar f'Tal-Papa u Tal-Ġebel, Birżebbugia humiex koperti b'xi permess speċjali?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jindika għal liema permessi speċjali qiegħed jirreferi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu impjegati fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 li għandhom 'il fuq minn 61 sena, min huma, x'pożizzjonijiet għandhom u fejn qegħdin jaħdmu, humiex full jew part time, x'salarju jew x'rata jitħallsu biha u minn liema distrett elettorali jiġu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qiegħed inpoġġi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 27805, jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu matul din is-sena biex l-anzjani Maltin ikunu jistgħu jużaw il-Karta Anzjan meta jiġu biex iħallsu n-noll tal-karozza tal-linja f'Għawdex?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li riċentament ma sarux kuntatti fuq din il-kwistjoni. Infurmat ukoll li d-Dipartiment konċernat se jagħmel rappreżentazzjonijiet mal-Awtorita' Dwar it-Trasport (ADT) biex din tqajjem dan il-punt mal-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku ġewwa Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex it-tobba tal-familja li jaħdmu fil-privat, ma jistgħux jordnaw it-test tal-HbA1c, meta dan it-test huwa l-aktar test xjentifikament korrett sabiex isir moniteraġġ tal-pazjenti morda bid-dijabete?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Dan it-test sa issa mhux fil-lista ta' testijiet li jistgħu jiġu ordnati mit-tobba privati.
Peress li hemm diversi pazjenti tal-cancer qed jieħdu l-mediċina Herceptin u peress li din il-mediċina hija għolja ħafna u allura minn ma jiflaħx iħallas ma jistax joħodha, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li din il-mediċina tiġi provduta jew imħallsa mill-Gvern?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Id-Dipartiment tas-Saħħa għandu domanda għall-mediċina Trastuzumab (Herceptin) biex tingħata b'xejn lill-pazjenti li qed ibatu bil-kanċer tas-sider. Bħalissa din id-domanda qegħda tiġi kkunsidrata u evalwata.
Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji ta' l-ispiża li joħroġ il-gvern għal kull anzjan/a li jżomm f'dar residenzjali għal kull ġurnata u dan apparti dak li l-anzjan/a jħallsu mill-pensjoni u minn assi li jista' jkollhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-ispiża li joħroġ il-Gvern għal kull anzjan/a li jżomm fid-djar residenzjali hija medja ta' Lm10.92 għal kull ġurnata.
Kull anzjan residenti f'xi Dar ta' l-Anzjani jħallas 60% tad-dħul kollu li jkollu u dan bħala kontribuzzjoni għas-servizz li jkun qed jirċievi fid-Dar ta' l-Anzjani.
Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Apparat energy saving
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq apparat energy saving matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu separatament u xahar b'xahar?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-nefqa fuq apparat energy saving matul Jannar, Frar u Marzu 2007 kienet kif ġej:
Taqsima
Jannar
Lm
Frar
Lm
Marzu
Lm
Anzjani u Kura fil-Komunita'
100.00
-
-
Sptar Monte Carmeli
81.58
97.23
118.17
Sptar Zammit Clapp
145.15
49.38
-
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tas-Saħħa għandux xi uffiċini fi Triq Melita, Valletta? Jekk fl-affermattiv, għal xhiex qed jintużaw? Meta ħareġ il-permess għall-użu ta' l-uffiċini? Nitlob li jitpoġġa l-permess fuq il-mejda tal-Kamra?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-Ministeru għandu uffiċini f' 181 Melita Street Valletta. Dawn qed jintużaw mill-Medical Council, Council for Profession Complementary to Medicine, Pharmacy Council, Nursing & Midwifery Council u Specialist Accreditation Committees. Ma kienx hemm applikazzjoni għal permess.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27234 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali u issa ġiet riferuta lilu u jgħid għal liema benefiċċji huma ntitolati d-detenturi tal-karta anzjan f'Għawdex? Għaliex lill-anzjani Maltin jgħidulhom li l-karta anzjan ma tgħoddx f'Għawdex meta jmorru biex iħallsu n-noll tal-karozza tal-linja?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-detenturi tal-karta anzjan f'Għawdex huma ntitolati għall-istess benefiċċji ta' l-anzjani Maltin.
L-Assoċjazzjoni Trasport Pubbliku ta' Għawdex ma laħqitx ftehim ma' l-ADT biex l-anzjani Maltin ikunu jistgħu jużaw il-kartanzjan meta jiġu biex iħallsu n-noll tal-karozza tal-linja f'Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid jekk matul Jannar, Frar jew Marzu 2007 fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu kienx hemm uffiċjali fi skala 1 sa skala 5 li rriżenjaw jew għalqilhom il-kuntratt u ma reġgħux applikaw għall-istess pożizzjoni? F'każ li fl-affermattiv jista' jgħid liema pożizzjonijiet kienu fihom dawn l-uffiċjali u jekk jafx x'kienet ir-raġuni li rriżenjaw jew ma applikawx għall-istess pożizzjoni?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li matul Jannar, Frar u Marzu 2007 kien hemm tliet (3) uffiċjali fi skala 1 sa 5 li rriżenjaw jew għalqilhom il-kuntratt u ma reġgħux applikaw għall-istess pożizzjoni.
Tnejn minn dawn l-uffiċjali kienu Senior Registrars (li rriżenjaw), filwaqt li l-ieħor kien Direttur (li għalaqlu l-kuntratt u ma reġgħax applika).
Ir-riżenji ta' l-imsemmija żewġ uffiċjali u d-deċiżjoni li l-uffiċjal l-ieħor ma japplikax għall-istess pożizzjoni mhux magħrufa.
Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Kontijiet tad-dawl u ilma
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq kontijiet tad-dawl u l-ilma matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu u kemm minn din in-nefqa kienet dovuta minħabba s-surcharge fuq il-kontijiet? Fl-istess ħin jista' jgħid jekk ttieħdux miżuri biex l-ispiża titnaqqas fl-istess perjodu billi jinxtara apparat li ma jaħlix, kemm tad-dawl u l-ilma?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-Onor. Interpellant jifhem li hu diffiċli tispjega l-għala jkun hemm avariji fil-kontijiet. Żgur hu li fejn ittieħdu miżuri ta' energy saving allura dan, ovvjament, kellu mpatt pożittiv.
Access għas-saħħa pubblika għaċ-ċittadini ta' l-UE
Question
Jista' l-Ministru jispjega l-policy tal-Gvern rigward aċċess għas-saħħa pubblika għal ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea li jkunu regolarment residenti f'Malta u li anke jkollhom karta ta' identita'? Dawn iċ-ċittadini jintalbu ħlas għal kura fi sptarijiet pubbliċi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ċittadini ta' l-UE residenti regolari f'Malta għandhom id-dritt għal kura tas-saħħa b'xejn biss jekk dawn ikunu koperti mill-Liġi tas-Sigurta' Soċjali Maltija jew koperti mir-regolamenti tas-Sigurta' Soċjali ta' Stat Membru ieħor tal-UE hekk kif stabbilit taħt ir-Regolament tal-Komunita' Ewropea 1408/71. Barra min hekk, residenti f'Malta b' ċittadinanza Ingliża għandhom ukoll dritt għal kura tas-saħħa b' xejn hekk kif stabbilit taħt il-ftehim bilaterali dwar is-saħħa bejn Malta u r-Renju Unit. Dan jgħodd biss għal kura li tingħata f'faċilitajiet tas-saħħa pubbliċi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nurses ta' nazzjonalita' barranija jaħdmu mad-Dipartiment tas-Saħħa? Ta' liema nazzjonalita' huma? X'inhi r-raġuni li tali nurses jingħataw peress biex jaħdmu mal-Gvern u ma jingħatawx permess biex jaħdmu fi sptarijiet privati, meta dawn ikollhom l-istess kwalifiki? Huwiex intiż il-Ministru bil-problemi kbar li jsibu l-isptarijiet privati biex isibu nurses? Jekk huwiex possibbli li nurses barra mill-Unjoni Ewropea jingħataw permess jagħmlu conversion course biex jiġu reġistrati fl-istatus ta' registered nurse?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-numru ta' nurses ta' nazzjonalita' barranija li jaħdmu mad-Dipartiment tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita' huwa 26. In-nazzjonalita' ta' dawn in-nurses huma elenkati hawn taħt:
Serbia & Montenegro 4
Philippines 3
Poland 3
Albania 2
Bosnia 2
Nigeria 2
Germany 2
United Kingdom 2
India 1
Pakistan 1
Bulgaria 1
Russia 1
Slovak Republic 1
Finland 1
Dawn in-nurses barranin jiffirmaw kuntratt fil-bidu ta' l-impjieg tagħhom fejn jintrabtu li ma jistgħux jagħmlu xogħol privat.
Ma' dawn, hemm tliet nurses oħra ta' nazzjonalita' Ingliża li jinsabu jaħdmu fl-isptar Zammit Clapp. Skond il-kuntratt tagħhom, dawn in-nurses iridu jitolbu permess bil-miktub mill-Management biex jagħmlu xogħol ieħor privat.
Ir-responsabilta' ta' l-isptarijiet privati biex isibu u jimpjegaw nurses hija totalment tagħhom u mhux tal-Ministeru.
Mhux possibli li nurses barra l-Unjoni Ewropea jingħataw conversion course għal żewġ raġunijiet: l-ewwel, dawn iridu jkunu enrolled nurses u l-Kunsill tal-Infermiera u l-Qwiebel m'għadux jirreġistra enrolled nurses minħabba li l-unika livell li jirreġistraw huwa dak ta' l-ewwel livell, jiġifieri state registered. It-tieni biex nagħmlu conversion course ta' l-enrolled nurses Maltin kollha ser nieħdu sal-2012.
Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kif intnefqu l-flus fuq kull tip ta' hospitality fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu, 2007, x'kien ir-raġuni ta' din l-ispiża separatament u min kienu l-uffiċjali li nefqu dawn il-flus?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tinsab hawn taħt:
Ministeru / Dekasteru / Entita'
Xhar
Nefqa f'Hospitality
Ministeru u Segretarjat Parlamentari
Jannar
Lm1201.43
Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti
Jannar
Lm418.16
Dipartiment Kura Primarja
Jannar
Lm87.74
Dipartiment Promozzjoni tas-Saħħa
Jannar
Lm169.28
Dipartiment Saħħa Istituzzjonali
Jannar
Lm31.55
Sptar Żammit Clapp
Jannar
Lm5
Ministeru u Segretarjat Parlamentari
Frar
Lm70.48
Dipartiment Promozzjoni tas-Saħħa
Frar
Lm75.12
Dipartiment Informazzjoni għas-Saħħa
Frar
Lm89.60
Ministeru u Segretarjat Parlamentari
Marzu
Lm796.65
Dipartiment Policy & Planning
Marzu
Lm47.10
Bioethics Committee
Marzu
Lm185
Dipartiment Promozzjoni għas-Saħħa
Marzu
Lm123.83
Dipartiment Nursing Services
Marzu
Lm36.55
Sptar San Luqa
Marzu
Lm661.60
Awtorita' dwar il-Mediċini
Marzu
Lm5.50
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm Għawdxin li ġew boarded out sena b'sena f'din il-leġislatura sal-lum? Jista' jagħti breakdownraħal, raħal minn fejn ġew kif ukoll ir-raġunijiet mediċi għaliex ġew boarded out? Jista' jindika l-etajiet tal-persuni kkonċernati? Minn min kienu komposti l-boards mediċi li ħadu dawn id-deċiżjonijiet tul il-perijodu ndikat?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru angiogramsfl-Isptar San Luqa fis-snin 2002 sa 2006 sena b'sena? Kemm minn dawn kienu bejn l-40 u s-60 sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni rigward l-Angiograms ġiet miġbura mill-Cardiac Services Department, CIPR (Cardiac Investigation & Patient Records) system għal perjodu ta' bejn l-2002 u l-2006. Is-CIPR iżżomm l-informazzjoni maqsuma fi gruppi ta' etajiet. Għalhekk it-tabella ta' hawn taħt turi li n-numri ta' Angiograms skond il-grupp ta' l-etajiet:
Source: CIPR (Dept of Cardiac Services, SLH)
Standard Age Groups (yrs)
ANGIOGRAMS
(inclds Coronary, Craft & R Heart Studies)
Year
<49
50 to 59
60 to 69
70+
Total
2002
335
661
599
447
2042
2003
361
648
615
460
2084
2004
332
616
540
472
1960
2005
309
619
657
468
2053
2006
299
577
600
514
1990