Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #2414 Sitting 50 2003-11-03 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar tal-Gvern — Pilloli out of stock

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn pilloli out of stock taħt special items fl-isptar tal-Gvern?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #2478 Sitting 50 2003-11-03 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru tas-Saħħa

Fgura — Spiżeriji

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm spiżeriji l-Fgura, kemm hemm applikanti li qed jistennew li jiftħu spiżerija l-Fgura, min huma l-applikanti, x'tama hemm li issa Malta ssieħbet fl-UE,jibdew jingħataw permessi biex jinfetħu aktar spiżeriji?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li bħalissa jeżistu tliet spiżeriji liċenzjati fil-Fgura, u seba' applikazzjonijiet pendenti għall-istess lokal. L-informazzjoni mitluba dwar applikanti ma tistax tingħata għax hija ta' natura kunfidenzjali. Dwar l-għoti ta' permessi għal spiżeriji ġodda, ninforma li irrispettivament mis-sħubija ta' Malta fl-UE, il-Gvern iħoss li għadu mhux opportun li tingħata nformazzjoni bħalissa.
Leg 10 PQ #1973 Sitting 49 2003-10-29 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Importazzjoni ta' dqiq

Question

Jikkonferma l-Ministru li f'tender maħruġ mill-Gvern inġieb dqiq mid-ditta l-ħażina u mhux dak li kien jinġieb is-soltu u dan sabiex jingħata lil dawk il-persuni li huma allerġiċi għad-dqiq? Fil-każ li dan hu minnu, jista' jgħid x'passi ttieħdu? Waslu rapporti l-Ministeru li hemm persuni li qed jixtru dqiq huma minħabba li dak li nġieb mhux tajjeb?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 1944.
Leg 10 PQ #2148 Sitting 49 2003-10-29 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Mard venerju

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hawn każi ta' mard venerju din is-sena u x'tip kien? Kemm minn dawn il-mard kien fuq irġiel u kemm fuq nisa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #2133 Sitting 48 2003-10-28 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Testijiet ta' l-HIV

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm saru testijiet għall-HIV din is-sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Minn Jannar sa l-aħħar ta' Settembru 2003 saru 3,332 test għal HIV I/II antibodies fid-Dipartiment tal-Patoloġija tal-Isptar San Luqa.
Leg 10 PQ #2134 Sitting 48 2003-10-28 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Użu ta' l-ambulanza — Ħlasijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex veru li pazjenti qed jintalbu xi ħlas għall użu ta' l-ambulanza? Jekk iva kemm, u għaliex?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-pazjenti li jintalbu l-ħlas huma dawk li jkollhom bżonn ta' ambulanza mid-dar tagħhom għal xi klinika jew sptar privat. Il-ħlas huwa ta' Lm10.00 fis-siegħa fil-ġurnata normali u Lm15.00 fis-siegħa fil-Ħdud u festi pubbliċi.
Leg 10 PQ #2104 Sitting 47 2003-10-27 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru tas-Saħħa

Mitochondrial Myopathy — Mediċina - CO-ENZYMEQ10

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm każijiet ta' nies li jbgħatu bil-kundizzjoni magħrufa bħala mitochondrial myopathy u kemm tiswa l-mediċina CO-ENZYMEQ10?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ma tinżammx statistika dwar in-numru ta' pazjenti li jbatu mill-kundizzjoni indikata mill-Onor. Interpellant. M'inix f'pożizzjoni li nwieġeb għat-tieni parti tal-Mistoqsija peress li l-mediċina Co-Enzyme Q10 mhix inkluża fil-lista ta' mediċini li jinxtraw mis-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern (GPS).
Leg 10 PQ #2309 Sitting 47 2003-10-27 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tas-Saħħa

Dqiq gluten free

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 1944, jista' il-Ministru jgħid meta ġie mogħti l-kuntratt il-ġdid għad-dqiq gluten free, jekk ġiex ikkonsidrat il-fatt li dan id-dqiq mhux tajjeb biex isir il-ħobż minnu? Jekk iva, għalfejn xorta intgħażel dan id-dqiq meta hawn bosta nies li għandhom is-coeliac disease li jippriferu li jagħmlu l-ħobż huma jew għax li jingħataw mill-isptar mhux biżżejjed jew għax ma joqgħġobhomx? Jekk id-dqiq se jinxtara xorta, x'inhi d-diffikulta' li jinxtara dqiq li huwa tajjeb għall-ħobż ukoll u mhux għall-ħelu biss?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ma għandi xejn x'inżid mat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 1944.
Leg 10 PQ #2033 Sitting 46 2003-10-22 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru tas-Saħħa

Bormla — Spezzjoni f'residenza

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-health inspector m'għamilx spezzjoni fil-fond li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament? Meta se jagħmel l-ispezzjoni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li spettur tas-Saħħa Pubblika kien għamel spezzjoni fil-fond indikat fit-30 ta' April 2003 u fis-17 ta' Ottubru 2003.
Leg 10 PQ #1793 Sitting 45 2003-10-21 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Pazjenti li qed jintbagħtu barra l-pajjiż għal diversi operazzjonijiet

Question

Peress li l-gvern Ingliż qed jibgħat pazjenti barra minn pajjiżu għal operazzjonijiet tal-qalb u tal-hip, jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm taħdidiet biex dawn jintbagħtu wkoll Malta, speċjalment wara d-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea s-sena d-dieħla, għalkemm mhux neċessarjament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li sa issa ma kien hemm ebda taħditiet formali.
Leg 10 PQ #1787 Sitting 44 2003-10-20 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Mewt minħabba t-tipjip

Question

Jista' il-Ministru jgħid matul din is-sena kemm huwa stmat li mietu pazjenti direttament jew indirettament minħabba t-tipjip? Kemm kienu nisa? X'kienet l-eta' medja ta' dawk li mietu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' każijiet ta' mwiet irreġistrati fir-Reġistru Nazzjonali ta' l-Imwiet fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2003 u li huma meqjusa bħala li kienu kkaġunati minħabba t-tipjip fiż-żewġ sessi huwa ta' 195 mewt f'residenti ta' Malta u Għawdex. Minn dawn kien hemm 134 raġel u 61 mara. L-eta' medja fl-irġiel kienet ta' 73 sena, u fin-nisa ta' 79 sena.
Leg 10 PQ #1944 Sitting 44 2003-10-20 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa — Tqassim ta' dqiq

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex id-dqiq li jingħata mid-dipartiment tas-saħħa lil nies b'allerġija għad-dqiq normali - li minnu dawn iridu jagħmlu l-ħobż - imbidel u l-kwalita' ta' dqiq li qed jingħata ma hux tajjeb għall-ħobż?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Id-Dipartiment tas-Saħħa jipprovdi ħobż (diġa' maħdum), kif ukoll dqiq lill-pazjenti li jbatu mis-coeliac disease. Il-provisti jitqassmu kull xahar skond l-għażla li jkun għamel il-pazjent. Dan l-aħħar ġie mogħti kuntratt ġdid u inġiebet kunsinna ta' dqiq Gluten Free li jissodisfa l-kriterji u l-ispeċifikazzjonijiet kif ċertifikati mid-dietician tad-dipartiment. Infurmat mingħand id-dietician, l-għoti ta' taħlita ta' ħobż lest u dqiq biex jinħadmu l-prodotti msemmija hija adegwata u għandha tkun sodisfaċenti għall-bżonnijiet ta' dawn il-persuni.
Leg 10 PQ #1998 Sitting 44 2003-10-20 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Bormla

Question

Jista' il-Ministru jara li jsir xi ħaġa sabiex jitneħħa l-inkonvenjent li qed jgħaddu minnu ġirien fi Triq il-Ġdida Bormla quddiem blokk 7, fejn minn trappiera qed joħorġu ħafna ġrieden?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li ħaddiema mis-sezzjoni tal-Pest Control fi ħdan id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika għamlu trattament intensiv ta' tqegħid ta' velenu fis-sistema tad-dranaġġ fit-triq indikata fis-16 ta' Ottubru 2003. Il-problema ser tibqa' tiġi segwita regolarment sakemm l-infestazzjoni tal-ġrieden tiġi taħt kontroll.
Leg 10 PQ #2064 Sitting 44 2003-10-20 Oral · Final From: JOSEPH ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Skanska — Grupp ta' Kumpanniji/Kuntratturi

Question

Jista' il-Ministru jelenka l-lista' sħiħa ta' kumpanniji, kuntratturi jew individwi li ġew imqabbda mill-grupp SKANSKA biex irendu xi servizz lejn il-bini ta' l-isptar il-ġdid mill-2002 l'hawn? X'kienet in-natura tax-xogħol ta' dawn il-kumpanniji kuntrattati mill-iSKANSKA? X'inhuma l-ammonti li ġew invoiced lil SKANSKA mill-kumpanniji mqabbda minnha? Liema kienu l-kumpanniji li tħallsu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u r-riposta ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #1588 Sitting 42 2003-10-14 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Każijiet soċjali

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm dawk li jissejħu każijiet soċjali miżmuma fl-isptar San Luqa għaliex m'għandhomx fejn imorru? Kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa? Il-familji tagħhom abbandunawhom? X'inhi l-medja ta' l-eta' ta' dawn il-pazjenti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat in-numru totali ta' każijiet soċjali fl-isptar San Luqa, bħalissa huwa ta' 70 persuna li minnhom 49 huma nisa u 21 huma rġiel. Skond is-'Social Workers' li għandna jaħdmu fl-isptar 4 biss minn dawn huma abbandunati mill-familji tagħhom. L-eta' ta' dawn il-pazjenti ta' natura soċjali tvarja bejn is-67 u l-95 sena.
Leg 10 PQ #1858 Sitting 41 2003-10-13 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Pilloli Prosat

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-pilloli Prosat għal persuni li jinsabu f'depression, ma humiex qedin jingħataw mingħajr il-go ahead tal-istess Ministru?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ma nafx minn bellagħha lill-Onor. Interpellant, imma ninfurmah li l-Ministru bir-raġun la għandu, u mhux korrett li jkollu fakolta' jagħżel min u min ma għandux jieħu l-pilloli!
Leg 10 PQ #1880 Sitting 41 2003-10-13 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Hearing aids

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 308 dwar pazjenti li jdumu x-xhur jistennew il-hearing aids, jista' il-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba? X'inhi r-raġuni li hemm min ilu 'il fuq minn tmien xhur jistenna l-hearing aids? Kemm hemm minn dawn il-pazjenti u kemm ilhom jistennew?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li, tlett "requisitions" għal tipi differenti ta' Hearing aids għall-kbar saru mill-Audiology Unit ta' L-isptar San Luqa f'dawn id-dati: 26 ta' April 2002, 26 ta' April 2002 u 4 ta' Mejju 2002. Infurmat ukoll li l-ewwel konsenja ta' hearing aids mistennija tasal għand l-aġenti bejn ġimgħatejn u tliet ġimgħat oħra. Sal-lum hemm 130 każ ġdid jistennew il-hearing aid. Hekk kif jaslu il-hearing aids fl-Audiology Unit, il-pazjenti jiġu notifikati mill-aktar fis biex jingħatawlhom dawn l-instrumenti.
Leg 10 PQ #1749 Sitting 39 2003-10-07 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Health Centres — Tqassim ta' siringi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm tqassmu siringi mill-Health Centres, separatament fix-xahar ta' Awissu li għadda?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Is-siringi li tqassmu miċ-Ċentri tas-Saħħa separatament fix-xahar ta' Awissu huma dawn: MONTH FLORIANA QORMI GŻIRA PAOLA COSP MOSTA RABAT August 3394 953 2881 523 1628 1224 608
Leg 10 PQ #1653 Sitting 38 2003-10-06 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tas-Saħħa

Rapporti — Studji - Malta - EU - Ministeru tas-Saħħa

Question

Jista' il-Ministru jgħid matul l-2000, l-2001 u l-2002 u l-2003 kemm ġew ikkontrattati rapporti u studji fuq aspetti legali, aspetti ekonomiċi u fiskali u oħrajn, dwar id-dħul ta' Malta fl-UE? Jista' il-Ministru jgħid min huma n-nies li ġew maħtura sabiex iħejju tali rapporti u studji u jagħti dettalji dwar dawn in-nies?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Nru. 23471 f' Seduta Nru.493. Ma ġie kkummissjonat l-ebda rapport mid-dekasteru tiegħi marbut mas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropeja mit-12 ta' Frar sa llum.
Leg 10 PQ #1733 Sitting 38 2003-10-06 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Health Assistants — Kors ta' Nursing Aide

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm hemm Health Assistants li għamlu u għaddew b’suċċess mill-kors ta’ Nursing Aide u li sal-lum għadhom jaħdmu u jitħallsu ta’ Health Assistants?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li ma hemm ebda Health Assistants li għamlu u għaddew b'suċċess mill-kors ta' Nursing Aide u sal-lum għadhom jaħdmu u jitħallsu ta' Health Assistants.