Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #35682 Sitting 794 2002-10-01 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Life Assurance — EU

Question

Fid-dawl tad-direttiva ġdida li għadu kif approva il-Parlament Ewropew dwar life assurance, jista' il-Ministru jgħid jekk il-pakkett ta' leġislazzjoni finanzjarja li l-Parlament approva qabel il-vaganzi tas-sajf hux ser ikollu jiġi emendat mill-ġdid biex b'konformita` mal-politika iddikjarata tal-gvern Malti jiġi in line mal-leġislazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li b’risposta għad-domanda parlamentari numru 35682, ninforma lil Onorevoli interpellant illi l-għan prinċipali tad-Direttiva li ġiet approvata mill-Parlament Ewropew fil-25 ta Settembru 2002, huwa li tikkonsolida d-Direttivi kollha li jikkonċernaw life insurance li huma diġa fis-seħħ. Din il-miżura ttieħdet sabiex il-leġislazzjoni Ewropeja f’dan ir-rigward tkun aktar sempliċi peress li tkun f’Direttiva waħda minflok f’diversi Direttivi kif kienet is-sitwazzjoni qabel ġiet fis-seħħ din id-Direttiva ta l-aħħar. L-emendi tal-leġislazzjoni finanzjarja li l-Parlament approva reċentement inkludu emendi ta l-Att ta 1998 dwar Kummerċ tal-Assigurazzjoni u jieħdu inkonsiderazzjoni d-Direttivi tal-Ewropa dwar l-assigurazzjoni, inkluż dawk li jikkonċernaw life insurance.
Leg 9 PQ #35683 Sitting 794 2002-10-01 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Finanzi — Dħul

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien stmat id-dħul min-naħa tal-ministeru tiegħu kull xahar għas-sena 2002 minn kull wieħed minn dawn is-sorsi ta' dħul ta' finanzi pubbliċi: Income Tax, VAT, Dwana & SISA u bolla tas-sigurta` soċjali?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għall din il-mistoqsija ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #35277 Sitting 793 2002-09-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Impjant ta' Sant'Antnin

Question

Peress li l-bdiewa li jirċievu l-ilma mill-impjant ta' Sant'Antnin inqerdulhom l-uċuh tar-raba' tagħhom minħabba l-kwalita' inferjuri ta' ilma li ngħataw mill-istess impjant, jista' l-Ministru jara li l-bdiewa ta' Ħaż-Żabbar, Żejtun u oħrajn fl-inħawi li sofrew l-istess danni jingħataw kumpens finanzjarju xieraq? Kemm fil-fatt hija s-somma tal-kumpens li se tiġi mogħtija lil dawn il-bdiewa?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jgħaddi l-misotqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #35516 Sitting 793 2002-09-30 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tal-Finanzi

Xiri ta' Proprjeta

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm baqa' minn dawk in-numru ta' residenti li xtraw il-proprjeta' tagħhom f'Malta u reġgħu biegħuha lura lill-Maltin hekk kif ġie ddikjarat fil-mistoqsija 35233?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li meta barrani jbiegħ il-propjeta' li jkun akkwista lill-Maltin, ma jkollu l-ebda obligu li jinforma lid-dipartiment b'tali trasferiment u allura ma setgħet qatt tinżamm statistika. L-Att dwar l-Akkwist ta' Propjeta' Immobbli minn Persuni Mhux Residenti (Kap 246) jirregola l-akkwist tal-propjeta' mill-barranin u mhux l-bejgħ tal-istess propjeta'. Bir-rispett, tinġibed l-attenzjoni għall-fatt li meta jingħata permess taħt l-Att imsemmi ma jfissirx konklusivament li jkun sar it-trasferiment.
Leg 9 PQ #35527 Sitting 793 2002-09-30 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

VAT

Question

Jista' il-Ministru jgħid jistax iqabbad lid-dipartiment tal-VAT jinvestiga l-abbuż li qed isir minn min imexxi t-tuckshop tal-junior lyceum Ħamrun tas-subien u qed jagħti chips li jissarfu flok flus biex hekk ma jkunx hemm tranżazzjonijiet finanzjarji u hekk ma jħallsux VAT?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li min imexxi tuckshops fi skejjel jista' jitlob lill-Kummissarju tal-VAT biex jawtorizzah li joħroġ irċevuta waħda fiskali kuljum għal bejgħ kollu li jkun sar matul dak il-jum taħt kunizzjonijiet. Fil-każ imsemmi mill-Onorevoli Membru, qed isir l-istaħriġ meħtieġ biex ikun żgurat li min imexxi t-tucksop tal-Junior Lyceum tal-Hamrun qed jimxi skond il-provvedimenti tal-liġi. Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li kif timxi din l-amministrazjoni, il-Ministru ma jqabbadx lid-dipartiment tal-VAT tinvestiga lil dak u lil ieħor. Kull meta xi ħadd jgħaddili lmenti bħal dawn, jien ngħaddihom lid-dipartiment biex jieħu l-azzjoni li jidhirlu xierqa. Iċ-ċittadin jista' u għandu jgħaddi dawn l-ilmenti direttament lid-dipartiment tal-VAT.
Leg 9 PQ #35605 Sitting 793 2002-09-30 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Privatizazzjoni

Question

Jista' il-Ministru jgħid f'termini effetivi kemm mill-Lm40m tal-privatizazzjoni parzjali tal-MIA ġew minn barra bħala flus barranin?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li nofshom oriġinaw min barra min Malta. Irrid inżid li anke jekk l-Onorevoli Interpellant għadu ma rrejalizzax, l-ekonomija Maltija issa mmaturat u għalhekk il-fizzazzjonijiet li kienu jeżistu fi żmien gvernijiet soċjalisti m’għadhomx jeżistu. Illum l-ekonomija tagħna hi kapaċi tiġġenera nvestiment mir-riżorsi li toħloq bl-attivita ekonimika li għandna. Hu wkoll pożittiv li l-banek lokali, li għandhom f’idejhom biljuni ta’ liri ta’ depożiti, jużawhom fl-iżvilupp ta’ pajjiżna. Meta l-banek Maltin għandhom likwidita qawwija f’idejhom, kienet tkun ħaġa aħjar – kif donnhom jaħsbu dawk li jaraw kollox iswed – li finanzjament isir minn benek barannin u mhux minn banek Maltin? Jien ma naħsibx hekk.
Leg 9 PQ #35606 Sitting 793 2002-09-30 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

MIA — Ishma

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-gvern għadux bil-ħsieb li joffri ishma tal-MIA għall-bejgħ lill-pubbliku permezz ta' IPO f'Ottubru li ġej?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li, kif ilna nħabbru, il-Gvern beħsiebu joħroġ għall-bejgħ lill-pubbliku permezz ta' IPO din is-sena. Id-data titħabbar meta jkun il-waqt.
Leg 9 PQ #35608 Sitting 793 2002-09-30 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Tax Information Exchange Agreements

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Gvern Malti qedx jinnegozja xi TIEAs (Tax information exchange agreements) ma' xi gvernijiet barranin? Jekk iva, liema huma dawn?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern Malti mhux qiegħed jinnegozja xi TIEA (Tax Information Exchange Agreement) ma xi Gvern barrani. L-obligi u drittijiet ta' bdil ta' nformazzjoni joħroġ mill-protocol ta' ħelsien minn taxxa doppja li Malata għandha ma ħafna pajjiżi.
Leg 9 PQ #35430 Sitting 790 2002-09-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

VAT

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm daħħal il-gvern s’issa, din is-sena mill-VAT? Jista’ jagħti l-figuri xahar b’xahar bejn Jannar u Awissu?

Response (DALLI, JOHN)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija din : Dħul mill-VAT Jannar - Awissu 2002 Jannar Lm 9,660,545 Frar Lm 8,725,559 Marzu Lm 9,296,620 April Lm 9,981,645 Mejju Lm 11,012,968 Ġunju Lm 7,758,794 Lulju Lm 10,960,896 Awissu Lm 7,997,266 Total Lm 75,394,293
Leg 9 PQ #35433 Sitting 789 2002-09-24 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru tal-Finanzi

Vetturi

Question

Kemm kien id-dħul tal-gvern f’dazji minn karozzi importati f’Malta f’forma ta’ knocked down? Kemm kien id-dħul tal-gvern f’reġistrazzjoni ta’ dawn it-tip ta’ vetturi wara li dawn jiġu hekk mibnija għal użu fit-triq?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarrf lill-Onorevoli Interpellant li t-Tariffa tad-Dwana ma tispeċifika l-ebda intestatura għall-karozzi importati f'forma 'knocked down' għaliex dawn ikunu kklassifikati bħal dawk lesti u għalhekk wieħed ma jistax jiddistingwi x'inġabar f'dazju jekk kien hemm xi mportazzjonijiet bħal dawn.
Leg 9 PQ #35475 Sitting 789 2002-09-24 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxa

Question

Jista’ il-Ministru jgħid jekk huwiex ġust li persuni akkomodati fi djar ta’ l-anzjani tal-gvern ikunu suġġetti għall-ħlas tat-taxxa anke fuq dak li jikkontribwixxu lill-welfare fund tad-dar li jkunu jagħmmru fiha?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-artikolu 26 ta’ l-Att dwar it-Taxxa jipprojbixxi deduzzjonijiet li jkunu, fost l-oħrajn, ta’ natura domestika jew privata jew spejjeż li ma jkunux saru għal kollox u biss għall-produzzjoni ta’ l-income. Għalhekk il-kontribuzzjonijiet magħmulin lill-welfare fund minn persuna li tirrisjedi f’dar ta’ l-anzjani tal-gvern ma jistgħux jingħataw bħala deduzzjoni mill-income. Ta’ min wieħed jgħid li dawn il-kontribuzzjonijiet huma spiża privata daqskemm hija privata l-ispiża li jkollha tagħmel persuna li tibqa’ tgħix fid-dar tagħha. Għal din ir-raġuni mhux biss huwa ġust li dawn il-kontribuzzjonijiet ma jingħatawx bħala tnaqqis imma, għall-kuntrarju, ma kienx ikun ġust kieku persuni li jirrisjedu f’dar ta’ l-anzjani jkollhom deduzzjonijiet filwaqt li dawk li jgħixu f’darhom ma tingħatalhomx id-deduzzjoni.
Leg 9 PQ #35037 Sitting 788 2002-09-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Kuntrabandu

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ntqal mill-Ministru li ma jirriżultalux li tressqu xi ilmenti dwar il-kuntrabandu tax-xorb alkoħoliku meta fil-fatt saru saħansitra sa laqgħat mad-Dipartiment tad-Dwana bejn organizazzjonijiet privati tal-Wine & Spirits lokali Meta saru dawn il-laqgħat matul din is-sena li għaddiet bejn id-Dwana u dawn l-organizazzjonijiet lokali privati?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindika meta saru l-laqgħat li semma' għax ma hemmx indikazzjonijieit li dawn seħħew. Barra dan, jidher ukoll mill-figuri għall-ewwel sitt xhur ta' din is-sena u tas-sena l-oħra illi l-importazzjoni ta' xorb alkoħoliku żammet l-istess livell jekk mhux marret xi ftit aħjar.
Leg 9 PQ #35038 Sitting 788 2002-09-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Kuntrabandu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet ta' kuntrabandu li nqabdu mill-uffiċjali tad-dwana mill-1999 l-hawn? X'tip ta' oġġetti nqabdu? Meta kienu u kemm kien l-ammont tad-dazju każ b'każ li kien se jinsteraq lill-Gvern? X'passi ttieħdu u qed jittieħdu dwar dawn il-każijiet?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għal din il-mistoqsija ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #35319 Sitting 788 2002-09-23 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Skart — Tender

Question

Jista' il-Ministru jgħid f'hiex wasal il-proċess tal-għoti tat-tender dwar sistema microwave għall-eliminazzjoni ta' l-iskart fl-Isptar San Luqa?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-proċess ta' aġġudikazzjoni ta' din is-sejħa għall-offerti rriżulta wieħed tassew diffiċli. Jidher li issa dan il-proċess qorob biex jitlesta u d-Direttur Ġenerali tal-Kuntratti qed jistenna li fi żmien qasir tasallu mingħand il-Ministeru tas-Sahha ir-rakkomandazzjoni finali biex tiġi riferita lill-Kumitat Ġenerali tal-Kuntratti għall-approvazzjoni.
Leg 9 PQ #35322 Sitting 788 2002-09-23 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru tal-Finanzi

Trasport Pubbliku — Tender

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija 35179 li kienet oriġinarjament indirizzata lill-Ministru għat-trasport u kommunikazzjoni: Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti kollha inkluż disinji, pjanti, stimi, eċċ dwar l-offerta CT 305/97 maħruġa għan-nom tal-Awtorita` tat-Trasport Pubbliku mid-dipartiment tal-kuntratti kif pubblikata fil-gazzetta tal-gvern tal-23-09-1997? Kemm kienu intefgħu offerti? Xi prezzijiet ingħataw u x'kienet id-deċiżjoni ta' l-Awtorita` dak iż-żmien?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hi fid-dominju pubbliku.
Leg 9 PQ #35386 Sitting 788 2002-09-23 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru tal-Finanzi

MIA

Question

Jista’ il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim ta’ trasferiment ta’ parti minn azzjonijiet tal-gvern fl-MIA lill-Ajruport ta’ Vjenna? Jekk mhux speċifikat fil-ftehim jista’ jagħti breakdown ta’ kif se jitħallas il-prezz u jikkonferma jekk il-prezz intier ġiex minn sorsi barranin jew lokali? Jekk lokali, kif ġie kostitwit dan il-kapital cioe’ b’loan minn bank kummerċjali jew bi ftehim mal-gvern bħala il-bejjiegħ?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li kopja tal-ftehim tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tnejn li għadda 16 ta’Settembru. Fir-rigward tat-tieni u t-tielet parti tal-mistoqsija: il-breakdown ta’kif se jitħallas il-prezz huwa specifikat fil-ftehim u il-kapital huwa kostitwit nofsu min sorsi barranin u nofsu min self li il-kumpanija għamlet mal-Bank of Valletta.
Leg 9 PQ #35464 Sitting 788 2002-09-23 Oral · Final From: ANTHONY ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

Tax Section

Question

Jista` il-Ministru jinforma lill-Kamra għaliex il-kont IV 044967 maħruġ mis-CIR (Capital gains tax-section) – wara li dan ġie riċevut ‘il fuq minn sena wara u għalhekk kien preskritt - l-istess persuna qegħda tiġi persekwitata biex tħallas?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-kont numru 44967 kien ilu li tlesta mid-dipartiment tal-Capital Transfer Duty sa mis-27 ta’ Marzu 2001 waqt li l-avviż lid-dipartiment dwar it-trasferiment ta’ proprjeta’ immobbli ġie ppreżentat fil-15 ta’ Ġunju, 2000. L-ewwel tentattiv li sar biex jiġi servut il-kont fuq it-taxpayer kien fit-28 ta’ Marzu, 2001. Oħt it-taxpayer li kienet tabita fil-fond trasferit fl-att notarili, irrifjutat li tirċievi l-kont f’isem ħuha. Ta’ min jinnota li l-kont l-ieħor relatat 44968 ġie servut lill-bejjiegħ fl-istess żmien u t-taxxa relattiva tħallset. Saru diversi tentattivi oħra biex jiġi servut il-kont 44967 peress li x-xerrej tal-fond li dwaru nħareġ il-kont kien imsiefer. L-aħħar ittra maħruġa mid-dipartiment bħala avviż tal-ħlas tat-taxxa bl-iskop li ma’ jintilifx ir-revenue dovut lid-Dipartiment nħarġet fl-24 ta’ Ġunju, 2002.
Leg 9 PQ #35469 Sitting 788 2002-09-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Fringe Benefits

Question

Issa li ilha fis-seħħ għal xi żmien il-Fringe Benefits Tax, jista` il-Ministru jgħid kif ħadmet fil-prattika kif ukoll jekk il-gvern huwiex sodisfatt bil-livell ta’ compliance milħuq?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari nru. 31913 f'seduta 709.
Leg 9 PQ #34999 Sitting 786 2002-09-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani x'benefiċċji, kumpens finanzjarju, kundizzjonijiet, mobile phones, karozzi eċċ għandhom il-membri tal-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru ?

Response (DALLI, JOHN)

Nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamraq l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #35284 Sitting 786 2002-09-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Football Clubs

Question

Jista' il-Ministru jgħid jistgħax il-gvern jikkunsidra bħala għajnuna għall-clubs tal-football: a) duty free exemption fuq importazzjoni ta' sythetic turf b) sussidju fuq id-dawl u l-ilma tal-pitches tal-football c) il-ħruġ ta' garanzija għall-banek kummerċjali Maltin biex jiffaċilta' self mill-clubs tal-football?

Response (DALLI, JOHN)

Qiegħed ngħaddi dawn il-kummenti lill-Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura u Sport għall-konsiderazzjoni fil-kuntest tal-politika proattiva li għandu l-Gvern biex jinċentiva l-isports. Pjan effettiv ma jsirx bil-pezzi bukkuni imma bi pjan koordinat u koerenti kif qed jiġi. Tajjeb wieħed ikun jaf jekk, meta l-Onorevoli Membru kien Ministru tal-Finanzi ftit ilu, hu ħasibx fuq dawn l-affarijiet. Jew forsi mill-oppożizjoni kollox jidher aktar faċli.