Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kawżi ċivili pendenti - u li għadhom ma ġewx appuntati - quddiem il-qorti ta' l-appell? Kemm ilhom li ġew reġistrati dawn l-appelli fir-reġistru tal-qorti? Meta ġew iffissati l-aħħar appuntamenti u dwar kemm kawżi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat illi n-numru ta` kawżi ċivili pendenti quddiem il-Qorti ta` l-Appell huwa ta` 519.
Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, qed inpoġġi l-informazzjoni fuq il-mejda tal-kamra.
Għat-tielet parti ta` l-interpellanza l-aħħar kawzi li ġew appuntati kienu sitta, u dawn bejn is-17 ta` Mejju, 2002 u t-12 ta` Ġunju 2002.
Jista' l-Ministru jwieġeb PQ 30937 u cioe, jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża tal-mobile phones tal-Ministeru u tad-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena? Kemm kienet l-istess spiża għas-snin 1997, 1998, 1999 u 2000 sena b'sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'allowances huma ntitolati għalihom kunsilliera u sindki li jieħdu sehem fix-xogħol tal-kumitati konġunti? Kemm għandna kumitati konġunti f'Malta u Għawdex? Liema lokalitajiet ikopru? Liema oqsma jikkordinaw bejniethom? X'inhuma l-parametri li fihom jaħdmu dawn il-kumitati konġunti? Min ifassal dawn il-parametri?
Response (GATT, AUSTIN)
Ir-regolamenti ma jipprovdux għal xi allowance lis-Sindki u Kunsillieri talli jieħdu sehem fix-xogħol tal-Kumitati Konġunti pero` huma ntitolati għar-rimborz għal xi spejjez li jistgħu jagħmlu fuq kwalunkwe xogħol tal-kunsill.
F`Malta u Għawdex għandna għaxar (10) Kumitati Konġunti fuq l-infurzar lokali u sitt (6) Kumitati Konġunti fuq id-dawl tat-toroq kif jidher fit-tabelli annessa li qed impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dawn il-Kumitati ġew iffurmati skond il-provvedimenti ta` Artikolu 37 ta` l-Att dwar il-Kunsilli Lokali fejn jittratta bil-Koperazzjoni ma Kunsilli oħra.
Il-Gvern Centrali ħajjar lill-Kunsilli Lokali biex jimxu b`dan il-metodu biex ikunu aktar cost effective fix-xogħol tagħhom. Tfassal ukoll abbozz ta` ftehim ta` koperazzjoni bejn il-Kunsilli Lokali. Madanakollu fl-awtonomija tagħhom il-Kunsilli Lokali jimxu ukoll bil-parametri li jidhrilhom li huma xierqa, fil-fatt hemm xi Kunsilli Lokali li għazlu ma jieħdux parti f`ebda kumitat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu s-sigħat ta' overtime li saru matul is-sena li għaddiet mill-ħaddiema tekniċi, eċċ fid-dipartiment li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tad-dekasteru?
Kemm minn dawn is-sigħat tħallsu u kemm għad iridu jitħallsu?
Kemm kien in-numru ta' ħaddiema li ħadmu l-overtime u f'liema dipartiment sar dan l-overtime?
Response (GATT, AUSTIN)
Qiegħed nagħti hawn taħt l-informazzjoni mitluba rigward in-numru ta` sigħat li saru matul is-sena li għaddiet mill-ħaddiema tekniċi, eċċ f`kull dipartiment, is-sigħat li tħallsu minnhom u kemm għad iridu jitħallsu.
Dipartiment Numru ta` Haddiema li Numru ta` sigħat li Numru ta` sigħat li
ħadmu overtime fl-2001 nħadmu fl-2001 tħallsu fl-2001
M.J.L.G. NIL NIL NIL
A.G. NIL NIL NIL
Law Courts 1 3 3
Local Councils 29 2070.75 2070.75
Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterju ittieħdet id-deċiżjoni mill-kunsill lokali ta’ San Pawl il-Baħar li Triq Parades, San Pawl il-Baħar, fejn hemm ħafna residenti bil-korozza privata tagħhom, ġew esklużi li jipparkjaw fi triq tagħhom stess meta ġiet imdaħħla bay kollha reserve li tibqa' sejra sal-kantuniera u eskludiet parkeġġ għal madwar 30 vettura? Jarax li din id-deċiżjoni li ttieħdet minn min hu suppost responsabbli, qedgħha tiddiskrimina bil-kbir mar-residenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali b`personalita` legali distinta u fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom jaġixxu skond il-prijoritajiet, esiġenzi u l-mezzi tagħhom.
Għaldaqstant nissuġġerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill tal-lokalita` billi l-funzjoni li qed jirreferi għaliha, fil-fatt hija waħda mir-responsabblitajiet tal-Kunsill.
Jista' l-Ministru jgħid xi jsir minnhom is-snieter tal-kaċċa li jiġu konfiskati mill-qrati? Kemm hemm minnhom fil-preżent u taħt liema kustodju jinsabu kemm-il darba dawn ma jiġux distrutti?
Response (GATT, AUSTIN)
Is-snieter li jiġu konfiskati mill-Qrati jew jinżammu f`post apposta fil-bini tal-Qorti jew jiġu distrutti.
Ma tinżammx statistika ta` snieter konfiskati għalkemm tinżamm lista ta` kull għamla ta` snieter miżmuma.
Dawn is-snieter jinżammu taħt il-ħarsien ta` l-Uffiċjal inkarigat mill-esebiti.
Jista' l-Ministru jweiġeb mistoqsija 33852, jista' jgħid x'inhi r-raġuni li fil-qorti ta' Għawdex din is-sena ma ġietx appuntata subbasta waħda? X'inhi r-raġuni għal dan? X'biħsiebu jagħmel biex dan in-nuqqas serju jiġi rimedjat?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat illi wara li fil-Qorti t`Għawdex ġiet appuntata Direttur għal dik il-Qorti, qamu xi problemi dwar min għandu jkollu responsabilta għal dawn is-subbasti. Jien infurmat ukoll illi x-xogħol relattiv issa beda jsir u hu mistenni li l-ħmistax is-subbasta li hemm pendenti għandhom jigu appuntati dalwaqt.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li x-xogħolijiet fi n/str f'Bridge Str il-Mosta
tħallew abbandunati wara li kienu bdew ftit jiem qabel Marzu tas-sena l-oħra qabel l-
elezzjoni tal-kunsilli?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħolijiet imsemmija ma sarux mill-Kunsill Lokali konċernat imma mid-Dipartiment tat-Toroq. Nitlob għalhekk lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 32950 dwar għajnuna legali fil-qrati Maltin li saret fit-23 ta' April 2002?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi:
Hemm żewġ każi fejn tista` tintalab l-għajnuna legali fil-Qrati Maltin:
(a) dak meta wieħed ikun irid jew jagħmel kawża jew jiddefendi ruħu fi proċeduri ċivili; u
(b) dak meta wieħed ikunn irid jiddefendi ruħu fi proċeduri kriminali.
Proċeduri Kriminali
Fil-każ ta` proċeduri kriminali, hemm distinzjoni bejn proċeduri quddiem il-Qrati tal-Maġistrati u dawk quddiem il-Qrati Superjuri.
Fil-każ ta` proċeduri kriminali quddiem il-Qrati tal-Maġistrati, hu l-Maġistrat li jiddeċiedi fuq talba li ssirlu minn imputat jew akkużat li jagħtih difensur tal-għajnuna legali.
Fil-każ ta` proċeduri kriminali quddiem il-Qrati Superjuri, huma l-Imħallfin li jiddeċiedu li jagħtu lill akkużat jew appellant li jitlob jew li jidher mingħajr avukat ta` fiduċja li jagħtu lill akkużat jew appellant avukat tal-għajnuna legali.
Fil-każ ta` proċeduri kriminali, ħlief fil-każ ta` appell, m`hemm l-ebda kundizzjoni marbuta mal-meżżi ta` imputat jew akkużat jew ma` xi ħaġa oħra biex imputat jew akkużat jiġi mogħti avukat tal-għajnuna legali biex jassistih. Fil-każ ta` appell, hu meħtieġ illi qabel xejn l-appellant jikkonferma bil-ġurament quddiem ir-Registratur tal-Qrati illi m`għandux meżżi biex jinkariga avukat ta` fiduċja tiegħu.
Ma jinżammux `records` għal fini ta` statistitika dwar kemm ikun hemm minn dawn it-talbiet. Madankollu, kull meta issir talba u kull meta jkun hemm digriet dwar dan, it-talba u/jew id-digriet ikunu fl-atti tal-kawża.
Proċeduri ċivili
Min hu ntitolat għall-Għajnuna Legali fil-Qrati Maltin joħroġ ċar mill-Kodiċi ta` Organiżżazzjoni u Proċedura ċivili. Hu ntitolat għal benefiċċju tal-għajnuna legali kull min jaħlef quddiem l-Avukat Għall-Għajnuna Legali li għandu raġuni tajba li jipproċedi kif ikun talab, li ma jkollu l-ebda dħul f`sena li jeċċedi l-ammont tal-paga minima nazzjonali u li ma jkollux propjeta` li teċċedi l-valur ta` LM3000. F`dan l-ammont ma jittieħidx inkunsiderazzjoni l-oġġett tal-kawża.
It-talbiet li jsiru jiġu redatti bil-miktub u jinżammu fir-Reġistru tal-Qrati Superjuri peress illi l-Qorti kompetenti hi dejjem il-Prim `Awla tal-Qorti ċivili, anke jekk it-talba tkun biex wieħed jipproċedi jew jiddefendi ruħu fi proċeduri ċivili quddiem il-Qrati tal-Maġistrati.
Sabiex tintlaqa` talba, minbarra fit-test tal-meżżi, l-Avukat tal-Għajnuna Legali jrid ikun sodisfatt illi min jagħmel it-talba x`aktarx li ikollu raġun f`dak li jkun qed jitlob. Hu għalhekk illi kull meta ssir talba formali, l-Avukat Għall-Għajunua Legali javża lill parti l-oħra u jgħatiha erbat ijiem żmien biex tiddikkjara permezz ta` Nota fir-Reġistru tal-Qrati Superjuri jekk għandhiex xi oġġezzjoni illi dik it-talba tiġi milqugħa. Meta jgħaddu l-erbat ijiem żmien minn din in-notifka ta` dan l-avviż lill parti l-oħra, l-Avukat Ghall-Għajnuna Legali jeżamina t-talba, u jekk ikun hemm l-oġġezzjonijiet, u jiddeċiedi jekk jirrakkomandax li t-talba tintlaqa`. Dan isir peress illi finalment hi l-Prim `Awla tal-Qorti ċivili li tiddeċiedi jekk it-talba tintlaqax jew le.
It-talbiet formali kollha illi saru matul is-sena 2001 ġew milqugħa. Madankollu seta` kien hemm aktar nies illi xtaqu li jagħmlu talba iżda meta ġew spjegati lilhom il-kundizzjonijiet u li dawn iridu jiġu ikkonfermati bil-ġurment, iddeċidew li ma jagħmlu l-ebda talba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ġenerati flus mill-qligħ ta’ tombli u attivitajiet oħra simili organizzati għall-anzjani mis-sotto kumitati tal-kunislli lokali ta’ San Pawl il-Baħar, Mosta u Rabat u dan matul s-snin 1998 sal-lum?
Response (GATT, AUSTIN)
Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali b`personalita` legali disinta u fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom jaġixxu skond il-prijoritajiet, esiġenzi u l-mezzi tagħhom.
Għaldaqstant nissuġġerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill tal-lokalita` billi l-funzjoni li qed jirreferi għaliha, fil-fatt hija waħda mir-responsabbilitajiet tal-Kunsilli.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhija r-raġuni li l-kunsill lokali tal-Mosta ppermetta li jkun hemm l-iżgombru fi Triq New Street in Bridge Street, il-Mosta (Triq il-Ħtajriet) u Triq Karmenu Dimech il-Mosta quddiem residenti privati ta' diversi familji fl-inħawi fil-Mosta? Għaliex il-borġ tar-ramel li ntefa' qabel l-aħħar elezzjoni tal-kunsill tal-Mosta li saret f'Marzu tas-sena l-oħra tħalla hemm itajjar u t-trabijiet jikkawża problemi oħra?
Response (GATT, AUSTIN)
Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali b`personalita` legali distinta.
Għadaqstant nissuġġerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill tal-lokalita`.
Jikkunsidra l-Ministru li fil-website ta' l-e-govt ikun hemm lista komprensiva tan-numri tat-telephone tad-diversi dipartimenti, istituzzjonijiet, aġenziji, eċċ. li jaqgħu taħt il-kontroll tal-gvern?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu diġa tinsab fil - Portal tal-Gvern - gov. mt, taħt it-titlu "Access Dirett għall-informazzjoni u servizzi tal-Gvern ta' Malta" - Informazzjoni - Ministeri u Dipartimenti.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fil-qorti ta' Għawdex din is-sena ma ġietx appuntata subbasta waħda? X'inhi r-raġuni għal dan? X'beħsiebu jagħmel il-ministru biex dan in-nuqqas serju jiġi rimedjat?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f`xi seduta oħra.
Jista'l-Ministru jinforma lill-Kamra x'ħidma saret mid-dipartiment tal-kunsilli lokali sabiex fil-kunsill lokali Senglea jkun hemm l-istallazzjoni u l-aċċess ta' servizzi ta' l-e-govt.?
Response (GATT, AUSTIN)
Bhala parti mill-programm ta` l-e-government u permezz tad-dokument mhejji dwar il-Local Council Electronic Policy, il-Kunsill Lokali ta` l-Isla iffirma il-Local Council Electronic Policy Partnership Agreement mad-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali u ma` l-eMalta Commission.
B`dan il-ftehim, il-Kunsill Lokali ta` l-Isla dahal ghal certu responsabbilitajiet fosthom:
a) li joffri servizzi efficjenti u professjonali ta` `front office` lill-pubbliku;
b) li jipprovdi s-servizzi kollha ta` eGovernment; u
c) li joffri access b`xejn ghall-internet;
Minn naha tieghu, il-Gvern joffri lill-Kunsill, fost affarijiet ohra:
a) ghajnuna finanzjarja u materjali, bhal computers;
b) ghajnuna biex jitwaqqfu internet centres;
c) ghajnuna teknika fit-twaqqif ta` web-sites tal-Kunsill;
d) l-uzu tal-gov.mt domain;
e) stallazzjoni ta` programmi kollha ta` l-eGovernment biex il-Kunsill ikun jista` jaqdi lill-pubbliku; u
f) tahrig professjonali fuq l-uzu ta` dawn is-sistemi lis-Segretarju Ezekuttiv kif ukoll lill-impjegati tal-Kunsill
Naturalment dawn il-beneficcji jinghataw lil kull Kunsill li jidhol f`dan il-ftehim.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'ħidma saret mid-dipartiment tal-kunsilli lokali sabiex fil-kunsill lokali tal-Kalkara jkun hemm l-istallazzjoni u l-aċċess tas-servizz ta' l-e-govt?
Response (GATT, AUSTIN)
Bhala parti mill-programm ta` l-e-government u permezz tad-dokument mhejji dwar il-Local Council Electronic Policy, il-Kunsill Lokali ta` l-Kalkara iffirma il-Local Council Electronic Policy Partnership Agreement mad-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali u ma` l-eMalta Commission.
B`dan il-ftehim, il-Kunsill Lokali ta` l-Kalkara dahal ghal certu responsabbilitajiet fosthom:
a) li joffri servizzi efficjenti u professjonali ta` `front office` lill-pubbliku;
b) li jipprovdi s-servizzi kollha ta` eGovernment; u
c) li joffri access b`xejn ghall-internet;
Minn naha tieghu, il-Gvern joffri lill-Kunsill, fost affarijiet ohra:
a) ghajnuna finanzjarja u materjali, bhal computers;
b) ghajnuna biex jitwaqqfu internet centres;
c) ghajnuna teknika fit-twaqqif ta` web-sites tal-Kunsill;
d) l-uzu tal-gov.mt domain;
e) stallazzjoni ta` programmi kollha ta` l-eGovernment biex il-Kunsill ikun jista` jaqdi lill-pubbliku; u
f) tahrig professjonali fuq l-uzu ta` dawn is-sistemi lis-Segretarju Ezekuttiv kif ukoll lill-impjegati tal-Kunsill
Naturalment dawn il-beneficcji jinghataw lil kull Kunsill li jidhol f`dan il-ftehim.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'ħidma saret mid-dipartiment tal-kunsilli lokali sabiex fil-kunsill lokali tal-Birgu jkun hemm l-istallazzjoni u l-aċċess tas-servizz ta' l-e-govt?
Response (GATT, AUSTIN)
Bhala parti mill-programm ta` l-e-government u permezz tad-dokument mhejji dwar il-Local Council Electronic Policy, il-Kunsill Lokali ta` l-Kalkara iffirma il-Local Council Electronic Policy Partnership Agreement mad-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali u ma` l-eMalta Commission.
B`dan il-ftehim, il-Kunsill Lokali ta` l-Kalkara dahal ghal certu responsabbilitajiet fosthom:
a) li joffri servizzi efficjenti u professjonali ta` `front office` lill-pubbliku;
b) li jipprovdi s-servizzi kollha ta` eGovernment; u
c) li joffri access b`xejn ghall-internet;
Minn naha tieghu, il-Gvern joffri lill-Kunsill, fost affarijiet ohra:
a) ghajnuna finanzjarja u materjali, bhal computers;
b) ghajnuna biex jitwaqqfu internet centres;
c) ghajnuna teknika fit-twaqqif ta` web-sites tal-Kunsill;
d) l-uzu tal-gov.mt domain;
e) stallazzjoni ta` programmi kollha ta` l-eGovernment biex il-Kunsill ikun jista` jaqdi lill-pubbliku; u
f) tahrig professjonali fuq l-uzu ta` dawn is-sistemi lis-Segretarju Ezekuttiv kif ukoll lill-impjegati tal-Kunsill
Naturalment dawn il-beneficcji jinghataw lil kull Kunsill li jidhol f`dan il-ftehim.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'ħidma saret mid-dipartiment tal-kunsilli lokali sabiex fil-kunsill lokali ta' Ħaż-Żabbar ikun hemm l-istallazzjoni u l-aċċess tas-servizz ta' l-e-govt?
Response (GATT, AUSTIN)
Bhala parti mill-programm ta` l-e-government u permezz tad-dokument mhejji dwar il-Local Council Electronic Policy, il-Kunsill Lokali ta` l-Kalkara iffirma il-Local Council Electronic Policy Partnership Agreement mad-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali u ma` l-eMalta Commission.
B`dan il-ftehim, il-Kunsill Lokali ta` l-Kalkara dahal ghal certu responsabbilitajiet fosthom:
a) li joffri servizzi efficjenti u professjonali ta` `front office` lill-pubbliku;
b) li jipprovdi s-servizzi kollha ta` eGovernment; u
c) li joffri access b`xejn ghall-internet;
Minn naha tieghu, il-Gvern joffri lill-Kunsill, fost affarijiet ohra:
a) ghajnuna finanzjarja u materjali, bhal computers;
b) ghajnuna biex jitwaqqfu internet centres;
c) ghajnuna teknika fit-twaqqif ta` web-sites tal-Kunsill;
d) l-uzu tal-gov.mt domain;
e) stallazzjoni ta` programmi kollha ta` l-eGovernment biex il-Kunsill ikun jista` jaqdi lill-pubbliku; u
f) tahrig professjonali fuq l-uzu ta` dawn is-sistemi lis-Segretarju Ezekuttiv kif ukoll lill-impjegati tal-Kunsill
Naturalment dawn il-beneficcji jinghataw lil kull Kunsill li jidhol f`dan il-ftehim.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset il-koperattiva tal-mini buses ta' kull vjaġġ li għamlet waqt l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali li saru f'Marzu li għadda u kemm kien l-ammont globali?
Response (GATT, AUSTIN)
Peress li l-proċess ta' l-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali jaqa' fil-kompetenza ta' l-Kummissjonarju Elettorali Prinċipali, nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant biex jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Prim Ministru.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li rnexxielhom iħallsu d-dejn li kellhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed nassumi li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għal dawk il-Kunsilli Lokali li fis-sena li għalqet fil-31 ta` Marzu 2001 spiċċaw f`deficit finanzjarju skond ir-rapport ta` l-Awditur Generali li ġie diskuss fil-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi.
Ninsab infurmat li l-imsemmija Kunsilli Lokali għelbu dan id-deficit ħlief dawk ta` Bormla u Mosta li minħabba l-ammont qawwi li kellhom qed inaqqsu d-deficit gradwalment skond pjan maqbul mal-Ministeru.
Madankollu issa qed nistenna r-rapport ta` l-Awdituri tal-Gvern Lokali għas-sena li għalqet fil-31 ta` Marzu 2002 biex r-rapporti tal-Kunsilli Lokali jiġu kkonfermati u vverifikati formalment.
Jista' l-Ministru jgħid issa li saret id-diskussjoni tal-bozoz pubbliċi fit-toroq lill-kunsilli lokali, x'inhu l-ammont ta' bozoz li għadda f'idejn il-kunsilli lokali, kull lokalita' separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghall-Avviz Legali 114 ta' l-2002 li tittratta dwar id-delega ta' stallazzjonijiet ta' tidwil tat-toroq lil-Kunsilli Lokali. Din turi meta tali delega se tigi fis-sehh.
L-ewwel grupp ta' Kunsilli Lokali se jinghataw din id-delega fl-1 ta' Gunju 2002. Fl-ewwel fazi, d-delega tkun tikkonsisti fl-installazzzjoni ta' isolators ghal kull bozza u l-manutenzjini tal-istess bozza ssir responsabilta tal-Kunsill wara li tkun giet isolata.
It-Tabella annessa li qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra turi n-numru ta' bozoz li se jkunu devoluti wara li din id-delega tkun fis-sehh fir-rigward tal-Kunsilli Lokali kollha.