Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħaddiema li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' ta' Direttur ġdid, li ismu qed jintbagħat separatament, tal-MEPA, li jagħmlu xogħol wara l-ħin għall-kumpannija privata/terzi persuni, liema xogħol hu f'konflitt dirett max-xogħol tagħhom fil-MEPA? Għaliex fl-għażla ta' nies ġodda fl-Environment Protection Directorate l-ebda head ta' xi section ma' kien fil-bord ta' l-għażla?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Awtorita` ma taf bl-ebda impjegat tal-MEPA li jaqa` taħt ir-responsabilita` tal-persuna li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant u li qed jagħmel xogħol li hu f`konflitt dirett mal-kariga tal-istess impjegat fil-MEPA.
Infurmat ukoll illi l-Bord tal-għażla għall-impjegati ġodda fl-Environment Protection Directorate kien kompost skond il-proċeduri normali tal-Awtorita`.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex is-sistema tar-registy ta' l-ex Environment Protection Department m'għadhiex tintuża mill-MEPA? Għaliex il-files ta' l-ex Dipartiment ta' l-Ambjent ġew abbandunati għal aktar minn sena? X'sar biex dawn il-files jiġu protetti? Kemm kien in-numru ta' avviżi u każi ta' files fis-sistema ta' l-IT li l-files intilfu f'dawn l-aħħar tlett snin?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat kif ġej:-
Mhux minnu li s-sistema tar-registry ta` l-Ex Environment Protection Department ma għadiex tintuża. F`din l-aħħar sena il-files xorta baqgħu jintużaw regolarment tant illi x-xogħol baqa` miexi normali.
Fil-premises tal-Ex Environment Protection Department hemm watchman lejl u nhar.
L-Awtorita` ma żżomx rendikont ta` kull min jgħid li ma jistax isib xi file.
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi xiri mill-MEPA ta' provvisti, bħal karta, xorb minerali, prodotti iġeniċi, eċċ. bla ma kien hemm sejħa għall-offerti?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi x-xiri tal-prodotti msemmija jsir fuq bażi ta` 'quotation' fejn l-ammont hu inqas minn Lm5,000.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru investigazzjonijiet miċ-chairman tal-MEPA u mid-direttur, li isimhom qed jintbagħat separatament, u x'azzjoni ttieħdet f'kull każ? Kien hemm investigazzjoni sabiex isir magħruf min kien ħa xi flus għax ħadem jew b'xi mod ikkontribwixxa fi proġetti f'fondi internazzjonali (u dan kontra l-istess politika ta' dawn l-istituzzjonijiet)? Kien hemm xi impjegati li tħallsu ta' xogħol taħt proġett tal-CAMP (Coastal Area Management Programme) li kien tħallas mill-fondi tal-Priority Actions? Għaliex wara investigazzjoni nterna sabiex isir magħruf għaliex l-Air Monitoring System ma' tħaddmitx għal bosta xhur, ma ttieħdet ebda azzjoni fuq min kien responsabbli?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi kienet saret investigazzjoni waħda mic-Chairman tal-MEPA u nħarġet stqarrija dwarha fl-1 ta` Diċembru 2001.
Infurmat ukoll illi ma saret l-ebda investigazzjoni mill-imsemmi Direttur ta` l-Ambjent.
Informazzjoni dwar kontribuzzjonijiet fi proġetti f`fondi internazzjonali kienet ingħatat fi Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 36348.
Rigward il-mistoqsija relatata mal-proġett CAMP, nirreferi l-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 36728.
Ma saret l-ebda investigazzjoni mid-Direttur il-ġdid ta` l-Ambjent fuq l-Air Monitoring Station għala din ma ħadmitx fi żmien meta hu ma kienx fil-kariga preżenti. Id-Direttur ipprova jiġbor xi fatti biex jara x`jista` jsir biex sitwazzjonijiet simili ma jerġgħux jiġru.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 37610 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilek, u ċioe' tista' jekk jogħġbok tgħid għaliex il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, għadha ma ġietx informata meta tista' tifdi ċ-ċens tad-dar fejn toqgħod minkejja li ilha li applikat il-Joint Office madwar sena ilu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-applikant in kwistjoni ser jiġi infurmat, fi żmien qasir, bl-ammont li bih jista` jifdi ċ-ċens.
Jista' l-Ministru jgħid x'ġie miftiehem bejn il-Ministeru tal-Kunsilli Lokali u l-Ministeru ta' l-Intern dwar il-proposti mressqa mill-Kunsilli Lokali għal proġetti ta' public partnership?
Jista' jgħid meta se joħorġu dawn il-kondizzjonijiet li bihom jitħalla li jsiru dawn il-proġetti?
Jista' jgħid jekk hux veru li d-Dipartiment ta' l-Artijiet m'aċċettax li jingħata ċens għal dawn l-artijiet biex il-Kunsilli Lokali jkunu jistgħu jibqgħu mexjin b'dawn il-proġetti?
Jista' jgħid jekk il-Gvern għandux il-ħsieb li joħroġ it-tenders hu minflok?
Jista' jgħid x'commitment se jagħti lill-Kunsilli Lokali biex dawn il-proġetti jsiru?
Jista' jgħid għaliex mhux qed jagħti l-awtonomija sħiħa lill-kunsilli lokali f'dawn il-proġetti?
Response (BORG, TONIO)
Filwaqt li, fil-prinċipju, kemm il-Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali, kif ukoll il-Ministeru ta` l-Intern u l-Ambjent jaqblu u jinkoraġixxu l-kunċett li Kunsilli Lokali jidħlu fi sħab ma` imprendituri privati, huma tal-fehma li fil-proġetti li ġew proposti s`issa minn numru żgħir ta` Kunsilli Lokali, jkun aħjar jekk tintuża l-esperjenza u r-riżorsi ġia` eżisteni fit-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern biex joħorġu sejħiet għall-offerti li permezz tagħhom il-Kunsilli Lokali jkollhom garanzija li dawn il-proġetti ser isiru. Ġie deċiż illi l-istess Kunsilli li għamlu l-proposti jiġu kkonsultati fit-tfassil tal-kundizzjonijiet tas-sejħiet, proċedura li diġa` ntużat f`sejħa għall-offerti li saret reċentament f`Pembroke. Huwa l-ħsieb ukoll li l-istess Kunsilli jkunu jistgħu jagħmlu monitoring ta` l-istess proġett waqt l-eżekuzzjoni tiegħu.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy tal-gvern rigward fidi ta' ċens li jkun rivedibbli kull 25 sena, liema ċens ikun jitħallas il-Joint Office?
Response (BORG, TONIO)
Bħal ma tħabbar fid-diskors tal-Budget għas-sena 2002, il-Gvern impenja ruħu li jifdi ċ-ċens ta` dawk il-postijiet kollha amministrati mill-Uffiċċju Konġunt dment li huma wżati bħala residenza ordinarja jew bħala postijiet ta` villeġjatura.
L-applikant għandu jibgħat ittra, flimkien ma` kopja ta` l-aħħar irċevuta, lill-Uffiċċju Konġunt fejn jitlob biex jifdi ċ-ċens.
Peress li waqt id-dibattitu tal-Budget (Seduta fuq is-Saħħa), il-kelliem ewlieni ta' l-Oppożizzjoni semma każ serju fejn allega li f'Malta ddaħħlu mediċini b'mod li setgħu ġew b'kuntrabandu, jista' l-Ministru jgħid x'investigazzjonijiet saru u x'kienu r-riżultati?
Response (BORG, TONIO)
Nissuġerixxi lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Nirreferi lill-Ministru għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija numru 37380, peress li minn dak inhar li għamilt il-mistoqsija tiegħi għandi nformazzjoni li l-istudenti in kwestjoni huma ta' l-iskola indipendenti msemmija fil-mistoqsija oriġinali, jista' jara li ma jagħmlux storbju huma u sejrin u ġejjin mill-iskola għall-ħanut tax-xorb partikolari fil-qrib? Jista' jara li l-pulizija tiżgura li wħud minnhom ma jkunux qed ipejpu l-ħaxixa waqt li jkunu barra mill-iskola? Jista' jara li tinżamm sorveljanza stretta mill-pulizija u li kollha, subien u bniet għandhom aktar minn sittax(16)-il sena speċjalment fejn ikun involut xorb alkoħoliku fil-ħanut tax-xorb?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija qed tieħu l-passi meħtieġa sabiex ma jkunx hemm ksur ta` liġi.
Wara li ntalbu applikazzjonijiet mingħand supritendenti li xtaqu li jiġu kkunsidrati għall-promozzjoni għar-rank ta' Assistenti Kummissarji fil-korp tal-Pulizija jista' jgħid kemm applikaw? Min huma? Meta kull wieħed minnhom sar supritendent? Meta hu maħsub li jsiru l-interviews?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher fuq it-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija infurmat li l-interviews ser isiru fil-futur qarib.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ħabsin fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin li huma ta' nazzjonalita' barranija, ta' liema nazzjonalitajiet huma? Kemm minnhom huma miżżewġin lil ċittadini Maltin? X'inhu t-total ta' tfal, jekk hemm, fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta` priġunieri barrranin fil-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin, fit-18 ta` Diċembru 2002 kien ta` mija u tnejn (102).
Dawn ġejjin minn diversi pajjiżi kif jidher hawn taħt:-
Alġerini
2
Lebanon
1
Bangladesh
3
Libja
56
Renju Unit
11
Niġerja
4
Bulgarija
1
Palestina
1
Olanda
5
Portugal
1
Eġittu
3
Sudan
2
Italja
4
Tuneż
5
Turkija
1
Jugoslavja
2
Minn dawn, skond id-dikjarazzjonijiet magħmula meta ġew ammessi fil-Faċilita`, hemm seba` li iddikjaraw li huma miżżewġa nisa Maltin. Hemm ukoll żewġ priġunieri nisa Maltin li huma miżżewġa irġiel barranin.
Preżentament ma hemmx tfal (dawk taħt is-sittax-il sena) fil-Faċilita`.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħabsin irġiel u nisa fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin? Kemm minnhom huma Maltin? Kemm minn dawn jiġu minn xulxin (mara/raġel, minn bint/iben, aħwa, eċċ)?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fit-18 ta` Diċembru 2002 fil-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin hemm mitejn u erba` u tmenin (284) priġunier.
Dawn huma maqsuma kif ġej: - Irġiel 270 u nisa 14
Maltin: - 4 Nisa u 178 irġiel
Fil-preżent il-priġunieri relatati minn xulxin hemm:-
Missier u iben, tlett pari aħwa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba f'ġimgħa u għal kemm numru ta' sigħat huma ntitolati l-ħabsin li jaħdmu meta jkunu jiskontaw sentenza?
Jista' l-Ministru jgħid kemm ħabsin għażlu din l-iskema?
Kemm daħlu flus dawn il-ħabsin u kemm minnhom huma miżżewġin jew persuni waħedhom?
Response (BORG, TONIO)
Nassumi li l-Onor. Interpellant qiegħed jirreferi għal Pre-Release Work Leave.
Ninsab infurmat illi dawk il-priġunieri li jkunu qegħdin jiskontaw sentenza ta` mhux anqas minn sentejn, fl-aħħar tlett xhur tas-sentenza huma intitolati li japplikaw għal dan it-tip ta` leave.
Dawk eliġibbli u approvati f`dan il-perijodu jaħdmu erba` darbiet fil-ġimgħa esklużi s-Sibt, il-Ħadd u festi pubbliċi. Dawn jistgħu jaħdmu mhux aktar minn ħmistax-il ġurnata ta` disa` sigħat kuljum fix-xahar. Normalment il-ħinijiet jkunu bejn is-7.30am u 4.30pm.
F`dawn l-aħħar erba` snin kien hemm:-
Sena
Numru ta` applikazzjonijiet
Dawk approvati
1999
18
14
2000
13
10
2001
8
6
2002
8
7
Fir-rigward ta` flus minn xogħol waqt dan it-tip ta` leave il-priġunier jista` jagħżel li dak li jaqla` jintbagħat direttament lill-familja jew jiġi iddepożitat fil-kont tiegħu. Ma jinżammux rekords dwar dan. L-anqas jinżammu rekords dwar ikunux miżżewġa jew le.
B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 37425, jista' l-Ministru jgħid kif qiegħed isir bini proprju fil-wied ta' Ħ'Attard quddiem, u mhux fuq wara kif intqal fir-risposta, l-Isptar Monte Carmeli f'Ħ'Attard eżattament fuq wara tal-vilel kif indikat fis-site plan li qed tintbagħat separatament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li saret spezzjoni mill-Enforcement Officer ta` l-Area u jirriżulta li l-plot indikat fuq is-site plan li nbagħtet separatament, hija koperta b`permess numru PA 4043/02 maħruġ fid-9 ta` Settembru 2002. Ix-xogħol preżenti jikkonsisti fil-bini tal-boundary wall mat-triq u mal-korsa tal-wied, liema ħajt qiegħed jinbena skond il-linji uffiċjali.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-MEPA ħarġitx permessi ġodda ta' farms fl-inħawi ta' Binġemma, fl-Imġarr, Malta u jekk ħarġu, f'isem min qegħdin dawn il-permessi?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jindika l-perijodu li għalih trid tapplika l-mistoqsija.
Jista' l-Ministru jgħid kif inħareġ permess mill-MEPA (PA0072/02) u taħt liema kondizzjonijiet ħareġ meta dan il-kiosk qed jiġi operat mingħajr shaft, mingħajr post adekwat fejn jiġu storjati ċ-ċilindri tal-gass mingħajr ma hemm post sanitarju għal min jagħmel użu minnu u dawk li jmorru jużaw is-servizz tiegħu, u wkoll meta ċumnija li qegħda hemm lanqas biss hija mgħollija aktar minn 10 piedi mill-art u li hija mgħottija b'biċċa injama u qegħda wkoll viċin tal-Madonna tal-Kunċizzjoni? Ma jidhirlux il-Ministru li dan huwa każ klassiku ta' abbuż fil-ħruġ tal-permess imsemmi? Jaf il-Ministru li dak li llum jinsab qed jopera dan il-kiosk, Rocc Take Away, kien ilu jopera mingħajr il-permess meħtieġ għall-iżjed minn Awissu li għadda? Jaf il-Ministru li r-residenti ta' Triq il-Kunċizzjoni, Ħad Dingli kienu diġa' għamlu l-oġġezzjonijiet kollha tagħhom?
Response (BORG, TONIO)
Il-każ li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant qed jiġi investigat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Novembru, 2002? Jista' l-Ministru jikklassifika r-reati? Kemm ġew solvuti reati matul Novembru, 2002?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub fl-ewwel u fit-tieni partijiet tal-Mistoqsija Parlamentari huwa kif jidher fit-Tabella li tidher hawn taħt. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi matul Novembru 2002 kien hemm 585 persuna misjuba ħatja ta` reati kriminali.
Against morals and honour of the family
4
Arson
6
Attempted offences
123
Bodily harm
62
Computer misuse
1
Crimes against public safety
1
Crimes against admin. of justice etc
1
Damage
275
Drugs
1
Forgery
1
Fraud
18
Illegal Immigration
8
Prostitution
1
Sexual offences
3
Theft
853
Threats and private violence
12
Violation of places of confinement
1
Violence against public officers
7
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Novembru, 2002? Jista' l-Ministru jikklassifika s-serq? Kemm ġew solvuti serqiet matul Novembru, 2002?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Novembru 2002 il-każi ta` serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 112 każ ta` serq.
Hold up
6
Pick Pocketing
59
Snatch & grab
6
Serq minn dgħajjes
6
Serq ta` karozzi
57
Serq minn karozzi
313
Serq minn barijiet/lukandi
69
Serq minn fabbriki
9
Serq minn residenzi
49
Serq minn ħwienet
41
Serq minn xtajtiet
1
Serq ieħor
237
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Diċembru, 2002? Jista' l-Ministru jikklassifika r-reati? Kemm ġew solvuti reati matul Diċembru, 2002?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub fl-ewwel u fit-tieni partijiet tal-Mistoqsija Parlamentari huwa kif jidher fit-Tabella li tidher hawn taħt.
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi matul Diċembru 2002 kien hemm 197 persuna misjuba ħatja ta` reati kriminali.
Against morals and honour of the family
1
Arson
3
Attempted offences
125
Bodily harm
59
Damage
293
Drugs
5
Forgery
2
Fraud
7
Illegal Immigration
13
Perjury and false swearing
1
Prostitution
1
Sexual offences
2
Theft
931
Threats and private violence
9
Violation of places of confinement
1
Violence against public officers
9
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Diċembru, 2002? Jista' l-Ministru jikklassifika s-serq? Kemm ġew solvuti serqiet matul Diċembru, 2002?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Diċembru 2002 il-każi ta` serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 49 każ ta` serq.
Hold up
1
Pick Pocketing
91
Snatch & grab
21
Serq minn dgħajjes
8
Serq ta` karozzi
48
Serq minn karozzi
334
Serq minn barijiet/lukandi
87
Serq minn fabbriki
7
Serq minn residenzi
59
Serq minn ħwienet
42
Serq minn xtajtiet
3
Serq ieħor
230