Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #30648 Sitting 682 2002-01-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Deportazzjoni ta' Persuni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ġew deportati u miżmuma mill-pulizija milli jidħlu fil-gżejjer tagħha matul l-2001? X' nazzjonalita kellhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2001 kien hemm 2,266 persuna li ma tħallietx tidħol wara li waslet Malta. Dawn kienu minn dawn il-pajjiżi: Albania Canada Holland Morocco Sierra Leone Thailand Algeria Capo Verde India Nigeria South Africa Tunisia Bangladesh China Iraq Pakistan Sri Lanka Turkey Belgium Egypt Italy Peru Stateless Uganda Bosnia France Jordan Philippines Sudan Ukrania Brazil Gambia Kenya Romania Swaziland Yemen Great Britain Germany Lebanon Russia Syria Yugoslavia Bulgaria Greece Libya Saudi Arabia Tanzania
Leg 9 PQ #30649 Sitting 682 2002-01-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Hold-Ups

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' hold ups rapurtati lill-pulizija fMalta u Għawdex separatament matul is-sena li għaddiet ? Kemm minnhom saru fuq persuni, banek tal-lottu, stabbilimenti kummerċjali eċċ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul is-sena li għaddiet ġew irrapurtati lill-Pulizija ħamsa u tletin 'hold up'. Minn dawn tnejn seħħew fuq banek tal-lottu, sbatax fuq stabbilimenti kummerċjali filwaqt li sittax ġew irrapurtati li seħħew fuq persuni.
Leg 9 PQ #30650 Sitting 682 2002-01-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Serqiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet rapurtati lill-pulizija f'Malta u Għawdex separatament matul l-2001? Kemm minnhom kienu serqiet minn stabilimenti kummerċjali, djar residenzjali u karozzi separatament f'Malta u Għawdex? Kemm kien in-numru ta' persuni li l-pulizija ressqet il-Qorti in konnessjoni ma dawn il-każijiet u x'passi ttieħdu sa issa?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2001, kien hemm 453 rapport ta` serq minn stabbilimenti kummerċjali, 616 rapport ta` serq minn djar residenzjali u 3,411 rapport ta` serq minn vetturi. Barra dan kien hemm ukoll 5,332 rapport ta` serq ieħor. Minn dawn 243 ġew irrapurtati li seħħew f`Għawdex. F`uħud mill-każi l-investigazzjonijiet ġew konklużi. Matul l-istess perijodu tressqu l-Qorti, 160 persuna fuq numru sostanzjali ta` serqiet. Komparat mas-sena 2000 dan juri li r-rata tas-serq naqset b`6.9%.
Leg 9 PQ #30970 Sitting 682 2002-01-22 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Għases

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema għases sar programm ta' refurbishment minn Settembru 1998 'l hawn?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Għases tal-Pulizija li sarilhom xogħol ta` manutenzjoni minn 1998 l`hawn huma f`dawn il-lokalitajiet: Żebbuġ, Qormi, San Ġiljan, Rabat, Balzan, Għargħur, Mosta, Qawra, Ċirkewwa, Mellieħa, B`Bugia, Safi, Żurrieq, Attard, Fgura, Kirkop, Luqa, Gudja, Paola u Żejtun.
Leg 9 PQ #30641 Sitting 681 2002-01-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni rapurtati lill-Pulizija li sfaw intajra fit-toroq f'Malta u Għawdex separatament matul is-sena 2001?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mir-rekords miżmuma mill-Pulizija jirriżulta illi n-numru ta` persuni irrapurtati li sfaw imtajra matul is-sena 2001 kien ta` 216, li minnhom 202 kienu f`Malta u 14 f`Għawdex.
Leg 9 PQ #30642 Sitting 681 2002-01-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni rapurtati lill-Pulizija li sfaw vittmi ta' stupru f'Malta u Għawdex separatament matul is-sena 2001?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2001 ġew irrapurtati lill-Pulizija 10 każi ta` stupru. Dawn kienu jinvolvu 13-il persuna u seħħew f`Malta.
Leg 9 PQ #30643 Sitting 681 2002-01-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni rapurtati lill-Pulizija li sfaw vittmi ta' overdose jew sustanzi oħra f'Malta u Għawdex separatament matul is-sena 2001?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2001 ġew irrapurtati lill-Pulizija 60 każ ta` overdose minn sustanzi (droga) illegali. Infurmat ukoll illi kien hemm ukoll 160 każ ta` abbuż minn mediċinali li huma legali. Mill-każijiet kollha 4 seħħew f`Għawdex.
Leg 9 PQ #30644 Sitting 681 2002-01-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni rapurtati lill-Pulizija li sfaw vittma ta' swat u abbużi oħra f'Malta u Għawdex separatament matul is-sena 2001?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2001 kien hemm 890 rapport lill-Pulizija ta` persuni li sofrew xi tip ta` offiża fuq il-persuna li jinkludi ukoll ġlied. Minn dawn, 40 kienu f`Għawdex. Dawn ir-reati fil-maġġoranza tagħhom kienu reati ta` feriti ta` natura ħafifa.
Leg 9 PQ #30913 Sitting 681 2002-01-22 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Mobile Phone Antennae

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn, b'tagħrif aġġornat sal-lum, mobile phone antennae imwaħħla f'Malta u f'Għawdex lokalita' b'lokalita? Kif tvarja s-saħħa tat-trasmissjoni minnhom mill-massimu livell sa dak minimu?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Leg 9 PQ #30914 Sitting 681 2002-01-22 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Swieqi

Question

Jista' l-Ministru jgħid hemm xi applikazzjoni quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex fl-ispazju ta' ħdejn Triq il-keffa fis-Swieqi jinbena ċentru civiku li jinkludi wkoll kumpless ta' ħwienet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi skond ir-rekords ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar ma hemmx applikazzjoni għal ċentru ċiviku fi Triq il-Keffa, Swieqi.
Leg 9 PQ #30957 Sitting 681 2002-01-22 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Liċenzji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw liċenzji, sena b'sena, għall-ftuħ ta' negozji ġodda mill-1996 sas-sena li għaddiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej: 1996 1997 1998 1999 2000 2001 542 418 388 441 473 635
Leg 9 PQ #30995 Sitting 681 2002-01-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern

Konsulenti Mhux Legali — Ħlas

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-konsulenti mhux legali mal-Ministeru tiegħek? Kemm qed jitħallsu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #30597 Sitting 680 2002-01-21 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

PA

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex fil-proposta li tagħmel l-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex tibni beach rooms fl-Armier qed tinkludi raba saqwi u raba tajjeb li qed jinħadem? X'sens jagħmel li jinqered tant raba tajjeb?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-abbozz tal-Pjan ta` Azzjoni għall-Marfa ġie emendat u għandu jitressaq għad-diskussjoni quddiem il-Bord ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar.
Leg 9 PQ #30617 Sitting 680 2002-01-21 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Armier — Raba

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm raba li ġiet reġistrata bħala li jinħadem fl-inħawi tal-Armier fejn qed jiġi propost li jinbew beach rooms? Kemm hemm raba li qed tiġi inkluża fil-proġett propost li se jispiċċa meqrud u mibni?

Response (BORG, TONIO)

Id-Dipartiment għat-Tmexxija tal-Proprjeta` ma jżommx informazzjoni dwar liema art fl-Armier hija raba` tinħadem jew le. Dan hu qasam tal-agrikoltura u għalhekk l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jirreferi l-mistoqsija tiegħu lil Ministeru konċernat.
Leg 9 PQ #30882 Sitting 680 2002-01-21 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Proġett tal-Kottonera

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'applikazzjonijiet ġew approvati, u oħrajn għadhom mhux deċiżi quddiem il-PA marbuta mal-proġett tal-Kottonera?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #30884 Sitting 680 2002-01-21 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Proġetti fl-Area ta' Bormla

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-applikazzjonijiet li hemm (jekk hemm) quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għal xi proġetti fl-area ta' Dock 1 Bormla?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-applikazzjonijiet pendenti għal xi proġett fl-area ta` Dock 1 huma kif jidher hawn taħt: Master Plan - Dock 1: PA 3428/01 Conversion of building into BOV Branch - PA 4220/01
Leg 9 PQ #30889 Sitting 680 2002-01-21 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Sprall

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 30564, jista' l-Ministru jordna lill-Pulizija sabiex jieħdu l-passi neċessarji ma l-individwu/ażjenda li hija propretarju ta' dan l-isprall biex tagħti ordni biex ma' jibqax aktar ta' inkonvenjenza perikoluża għall-pubbliku?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-isprall li rrefera għalih l-Onor. Interpellant ġie irranġat.
Leg 9 PQ #30898 Sitting 680 2002-01-21 Oral · Final From: ANTHONY ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Joint Office — Xiri ta' Art

Question

Jista' l-Ministru jinforma lil Kamra dwar kif file no A 4766/99 tal-Joint Office fuq art fil-Gudja wara li inħarġet ittra tal-30/09/1999 (b'ref għal Avviż No. 13/1999) li fiha l-Joint Office obbliga ruħu li jerġa joħroġ sejħa oħra għall-offerta biex tinxtara l-art in kwistjoni għar-raġunijiet indikati għaliex issa rriżulta li bla ebda tender ġdida jew sejħa għall-offerti ġodda, l-istess art ġiet trasferit lil persuni li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament.

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li dawk kollha li tefgħu offerta għal art li ħarġet għal bejgħ b`Avviż Numru 13/1999 mill-file A4766/97 ġew infurmati b`ittra datata 30 ta` Settembru 1999 li se toħroġ sejħa oħra għal offerti peress li rriżultaw problemi dwar l-alignment tat-triq. Wara dan irriżulta ukoll li s-sewer main kien għaddej minn taħt l-istess plot. Minkejja dan, l-ogħla offerent, li kien għamel kundizzjoni li l-linja tat-triq tiġi konfermata mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar u li l-plot tinbiegħ lilu bil-pussess liberu u vakanti, irtira kull kundizzjoni. Għaldaqstant kompla l-proċess normali tat-tenders, u l-plot inbiegħet fl-4 ta` Diċembru 2001 lil ogħla offerenti li huma l-istess persuni li d-dettalji tagħhom intbagħtu separatament mall-mistoqsija.
Leg 9 PQ #30902 Sitting 680 2002-01-21 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Faċilita' Korrettiva ta' Kordin

Question

Jista' l-Ministru jispjega kif il-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament u li bħalissa jinsab fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin mhux qed titħalla żżomm heater fiċ-ċella? Jaf il-Ministru li l-persuna indikata hija marida serjament, trid tagħmel by-pass surgery u ġie rakkomandat li jkollha kamra sħuna?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-persuna li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant ingħatat permess biex tagħmel użu minn hot-water bottle u electric blanket.
Leg 9 PQ #30934 Sitting 680 2002-01-21 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Intern

Ċittadinanza Dopja

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-liema pajjiż barra minn Malta ġejjin l-applikanti għaċ-Ċittadinanza Doppja li rreġistraw ruhom bejn ix-xahar ta' Settembru sa l-aħħar ta' Diċembru 2001?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant dwar mill-liema pajjiż barra minn Malta ġejjin l-applikanti għaċ-ċittadinanza doppja li rreġistraw ruħhom bejn Settembru u Diċembru 2001, hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.