Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn Maltin miżmuma f'ħabsijiet f'pajjiżi oħra, kemm ilhom u għal-liema raġuni? Jista' jgħid ukoll ma' kemm-il pajjiż jeżistu ftehim ta' ripatriazzjoni ta' priġunieri biex dawn ikunu jistgħu jkomplu jiskontaw is-sentenza tagħhom f'pajjiżhom minflok fil-pajjiż fejn ikunu nstabu ħatja ta' reat? F'każ li jeżistu dawn il-ftehim, hemm Maltin li nstabu ħatja f'pajjiż ieħor u qegħdin jiskontaw is-sentenza tagħhom f'Malta?
Response (FRENDO, MICHAEL)
B'riferenza tal-Mistoqsija Parlamentari numru 23612, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija numru 23126.
Inżied ukoll li Malta għandha ftehim ta' ripatrijazzjoni ta' priġunieri ma' żewġ pajjiż li huma l-Eġittu u l-Libja.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża għal manutenzjoni/repairs tal-karozza uffiċjali tiegħu u tas-second car tiegħu matul is-sena 2006?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fir-rigward tal-karozza uffiċċjali, peress li hija 'leased', ma jithallsux spejjeż għal manutenzjoni jew ħsarat peress li dawn huma koperti bil-kuntratt.
Dwar is-second car, li hija karozza li għandha seba' snin (1999), l-ispiża għal manutenzjoni jew ħsarat matul l-2006 kien ta' Lm 2,837.71.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji li jikkonċernaw in-nomina jew tneħħija ta' persuna fdata bil-kariga ta' ambaxxatur, konslu, eċċ.? L-eta' hija kriterju? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid liema hi dik l-eta' illi fiha tali persuna jkollha tirtira?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Dawn l-għażliet jibqgħu diskrezzjonali - naturalment wieħed iżomm quddiem għajnejh l-interess ta` Malta u l-idoneita` tal-persuna għall-kariga, partikolarment in vista tal-Miri Strateġiċi tal-politika Barranija ta` Malta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu kkalkulat li hawn Maltin jaħdmu lllum f'kull waħda mill-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea u kemm hu kkalkulat li kien hemm qabel Malta ssieħbet fl-Unjoni Ewropea?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-preżent, skond informazzjoni miġbura mir-Rappreżentanza Permanenti ta' Malta lill-Unjoni Ewropea, in-numru ta' Maltin li qed jaħdmu f'istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea huwa kif ġej:
Kummissjoni Ewropea 92
Parlament Ewropew 58
Kunsill Ewropew 43
Bank ta' l-Investiment Ewropew 01
Bank Ċentrali Ewropew 05
Qorti ta' l-Awdituri Ewropew 06
Qorti tal-Ġustizzja Ewropea 32
Kumitat tar-Reġjuni u Kumitat Ekonomiku u Soċjali 03
_____
240
Rigward it-tieni parti, ma hux possibbli li tingħata l-informazzjoni peress li mhix disponibbli. Qabel ma dħalna membri persuni ta' ċittadinanza Maltija ma kienux eleġibbli.
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inklużi l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul is-sena 2006? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt fil- Mistoqsija Parlamentari numru 20019. Magħha nżid:
Konsulent
Servizz
Ħlas
KPMG
Konsulenza: rapport dwar il-Libja
Lm 12,980
Jista' l-Ministru jgħid kemm qamet kull safra (spejjeż kollha nklużi) li saret matul l-2006 fejn kien involut hu , safra b'safra? Meta sar dan is-safar? Kemm damu ljieli? Fejn kienet id-destinazzjoni? Min kienu l-uffiċjali li akkumpanjawh u x'karigi għandhom? Ta' kemm stilel kienu l-lukandi li marru fihom għal akkomodazzjoni f'kull safra separatament?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Ix-xogħol tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin huwa intrinsikament marbut ma' laqgħat barra 'l pajjiż u allura ma nistax nifhem x'utilita' jista' jkollha l-informazzjoni dettaljata li qed jitlob l-Onorevoli Membru.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus f'kontijiet tat-telephone ta' residenzi ta' uffiċjali governattivi matul l-2005 u l-2006? Min huma l-persuni li huma ntitolati għal ħlas tat-telephone privat fir-residenza tagħhom?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Matul il-perijodu msemmi tħallsu dawn l-ammonti tat-telephone ta' residenzi ta' uffiċċjali Governattivi kif ġej:
2005 - Uffiċċjali Governattivi f'Malta Lm2,509.34
- Uffiċċjali Governattivi barra minn Malta Lm18,011.29
2006 - Uffiċċjali Governattivi f'Malta Lm1,697.62
- Uffiċċjali Governattivi barra minn Malta Lm16,681.98
Ma narax li hija prudenza li nsemmi l-ismijiet fil-Parlament.
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu vapuri tal-gwerra s-sena l-oħra ġo portijiet Maltin? Ta' liema nazzjonalita' kienu u x'tip kienu?
Response (FRENDO, MICHAEL)
B'riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23129 mill-Onorevoli Adrian Vassallo dwar vapuri tal-gwerra ninforma li kien hemm 43 viżita ta' vapuri militari fl-2006, li kienu imqassmin hekk:
Rejnu Unit (5), Franza (3), Germanja (14), Kanada (1), Stati Uniti (3), Polonja (1), Portugal (1), Greċja (3),
Italja (3), Turkija (1), Spanja (3), Svezja (2), Danimarka (2), Marokk (1)
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22922, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid kemm hemm postijiet vakanti fil-Malta Diplomatic Service?
Response (FRENDO, MICHAEL)
In-numru ta' postijiet vakanti bħalissa qed jiġi rivedut in vista tan-numru ta' uffiċċjali li jħallu il-Ministeru sabiex isibu mpjieg f'postijiet oħra partikolarment f'istituzzjonijiet Eworpej.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern Malti semmax leħnu kontra l-piena tal-mewt għat-tabib Palestinjan u n-nurses Bulgari fil-Libja li qed jiġu akkużati li nfettaw tfal bil-viru ta' l-AIDS?
Billi hemm dubju dwar il-proċess ġudizzjarju fejn hu mgħaruf li t-tabib u n-nurses ġew torturati billi fost oħrajn dendluhom minn mas-saqaf u qalgħulhom idejhom minn spallejhom u billi hemm indikazzjonijiet ċari li wara kollox dan it-tabib u dawn in-nurses huma innoċenti, jaħsibx il-gvern li għandu jsemma leħnu kif għamlu diversi pajjiżi u istituzzjonijiet internazzjonali biex jappella kontra l-piena tal-mewt lil dawn il-professjonisti u jappella għall-inkjesta serja biex toħroġ il-verita'?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Malta għamlet diversi rappreżentazzjonijiet bilaterali dwar dan il-każ u pparteċipat fid-dibattitu intern Ewropew li wassal għal ħruġ ta' konklużżjonijiet tal-Ministri ta' l-Affarijiet Barranin Ewropej dwar dan il-każ illum stess.
Il-pożizzjoni ta' Malta kontra l-piena tal-mewt fi kwalunkwe każ hi magħrufa.
Matul is-sena 2006, jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-fuels tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u tad-dipartimenti, dekasteri, enti, eċċ. li jaqgħu taħt il-ministeru?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul l-2006 n-nefqa globali tal-fuels tal-Ministeru tammonta għal Lm 30,668.71 fi fuel għal karozzi li minnhom Lm 8,300.95 huma tal-Head Office u Lm 17,254.50 intefqu fi fuels għas-sistemi ta' heating ta' l-ambaxxati u residenzi uffiċjali barra minn Malta.
Matul is-sena 2006, jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għall-użu tas-servizzi tat-telephones fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin, dipartimenti, dekasteru, enti, eċċ. li jaqgħu taħt il-ministeru?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-nefqa globali matul l-2006 għall-użu tas-servizzi tat-telephone fil-Ministeru u d-dekasteru tiegħi tammonta għal Lm 101,558.06 li minnhom Lm 41,128.65 huma tal-Head Office u l-bilanċ huwa ta' Ambaxxati u Konsolati ta' karriera ta' Malta li jinsabu barra minn Malta u l-Forum Malta fl-Ewropa.
Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk il-ħaddiema (il-grad) taċ-ċivil li huma ntitolati għal karozza? Kemm spiċċaw ħaddiema f'dan il-grad tul dawn l-aħħar ħames snin u kemm minnhom baqgħu jgawdu minn din il-karozza anke meta spiċċa? X'tip ta' karozza kienet f'kull każ u s-sena ta' reġistrazzjoni għal kull karozza?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba dwar l-ħaddiema tal-Gvern li huma ntitolati għal karozza hi kif ġej:
Grad
Tip ta' Karozza
Sena ta' Reġistrazzjoni
Segreatrju Permanenti
Toyota Corolla
2003
Direttur Ġenerali (Politika)
Citroen C4
2006
Direttur Ġenerali (Affarijiet Ekonomiċi u Ewropej)
Citroen C4
2006
Direttur Servizzi Korporattivi
Citroen Xsara
2002
Direttur Kwistjonijiet Globali
-
-
Direttur Affarijiet Ewropej
-
-
Direttur Affarijiet Ġenerali u Kummerċ Internazzjonali
Peugeot 206
2004
Direttur Relazzjonijiet Esterni u Affarijiet tal-Mediterran
-
-
Direttur Protokoll u Servizzi Konsolari
Ford Focus
2001
Kap, Forum Malta fl-Ewropa
Citroen Xsara
2003
Kull meta uffiċċjal jispiċċa jiritorna l-karozza sakemm ma jieħux xi karriga oħra li tintitolha l-istess uffiċċjal għal vettura.
Matul is-sena 2006, jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għall-kiri ta' karozzi u vetturi fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u tad-dipartimenti, dekasteru, enti, eċċ. li jaqgħu taħt il-ministeru?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-nefqa globali matul l-2006 għall-kiri ta' karozzi u vetturi fil-Ministeru ta' l-Affarijiet barranin, inkluż ta' l-Ambaxxati u Missjonijiet Barranin, tammonta għal Lm 26,127.81
Matul is-sena 2006, jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-mobile phones fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u tad-dipartimenti, dekasteru, enti, eċċ. li jaqgħu taħt il-ministeru?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-nefqa globali tal-mobile phones fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin inklużi l-Ambaxxati u l-Konsulenti ta' Karriera kollha matul l-2006 tammonta għal Lm 67,926.90. Minnhom Lm 34,161.39 kienu tal-Head Office.
Matul is-sena 2006, jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għas-safar tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u tad-dipartimenti, dekasteru, enti, eċċ. li jaqgħu taħt il-ministeru?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Itnerpellant li matul l-2006 n-nefqa globali għas-safar tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin kienet tammonta għal Lm 428,480.14. Minn din is-somma, it-total ta' Lm 49,005.76 inġabru lura f'rimborsi mill-Unjoni Ewropea.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw donazzjonijiet finanzjarji jew ta' xi tip ieħor lil għaqdiet jew clubs sportivi u kulturali matul is-sena 2006 mill-ministeru u enti li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid min ibbenefika u kemm kien l-ammont għal kull każ?
Response (FRENDO, MICHAEL)
F'Jannar 2006, l-Ministeru tiegħi għamel donazzjon tal Lm 250 lill-Community Chest Fund, li jirrappreżentaw flus iffrankati meta ma ntbagħtux kartolini tal-Milied fl-2005 mill-uffiċċjali tal-Ministeru.