Legislature:
Category:
Reset
Active:

In-Naxxar – Vjal il-Labour junction — roundabout

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 25018 fejn kien intqal li Transport Malta kienet bdiet tippjana sabiex tagħmel roundabout fit-tarf ta' Vjal il-Labour junction ma' Triq Franġisku Pisani fin-Naxxar, jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal dan il-pjan u meta mistennija titlesta din ir-roundabout?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet imsemmija ser isiru skont il-prioritajiet nazzjonali, fondi disponibbli u l-proċess tal-akwist.

Transport Malta – In-Naxxar – Triq Gaetano Vitale — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk Triq Gaetano Vitale, in-Naxxar, hijiex waħda mit-toroq li Transport Malta mistennija tagħmel matul is-sena 2017 ?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta hija responsabbli għall-ewwel wiċċ ta’ toroq residenzjali skont il-prioritajiet, fondi pubbliċi u l-proċess tal-akwist ġaladarba dawn it-toroq jkunu ġew iffurmati mill-iżviluppaturi/residenti hekk kif huma obligati bil-liġi.

Pont tal-Mistra — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta mistenni jibda x-xogħol fuq il-Pont tal-Mistra, dan anke għall-fatt li x-xita li għamlet fl-aħħar xhur kompliet ħolqot aktar problemi ta' sigurtà fuq l-istess pont?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant ikun iktar speċifiku fuq il-post u l-periklu previst fl-imsemmija triq.

Telgħa tax-Xemxija – tiswijiet meħtieġa

Question

Jista' l-Ministru jara li tul it-Telgħa tax-Xemxija jsiru t-tiswijiet meħtieġa fuq partijiet mill-bankina fuq iż-żewġ naħat tat-triq?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-ġimgħat li għaddew saru numru ta’ tiswijiet bħala parti mill-programm kontinwu ta’ manutenzjoni. Tiswijiet oħra jsiru skont il-prioritajiet nazzjonali, fondi disponibbli u l-proċess tal-akwist.

Il-Mellieħa – Triq il-Kbira – parkeġġ għall-persuni b’diżabilità

Question

Jista' l-Ministru, permezz ta' Transport Malta, jara jekk tul Triq il-Kbira fil-Mellieħa hemmx parkeġġ adegwat riservat għall-persuni b'diżabilità?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fi Triq il-Kbira, Mellieħa ma hemm l-ebda’ parkeġġ riservat għall-persuni b’diżabilita’ iżda fi Triq Ġorg Borġ Olivier li tagħmel ma’ Triq il-Kbira, hemm żewġ parkeġġi riservati għal tali skop.

Awtorità għall-Ippjanar – applikazzjonijiet għat-twaqqigħ ta’ binja

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru tal-applikazzjoni li saret mal-Awtorità tal-Ippjanar biex titwaqqa’ l-Freedom Press u l-bini tal-madwar? Jista' jgħid min għamel ix-xogħol ta' twaqqigħ, taħmil u ġarr ta' materjal? Jista' l-Ministru jgħid jekk dan ingħatax b'tender jew b'direct order? Kemm sewa b'kollox dan ix-xogħol?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Kunsilli Lokali – għajnuna għal tindif

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu stmat li ngħatat għajnuna lill-kunsilli lokali fejn jidħol tindif fl-2016? Fiex kienet tikkonsisti din l-għajnuna?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li matul is-sena 2016, id-Direttorat għat-Tindif assista u għen lil diversi Kunsilli Lokali. Din l-għajnuna hi stmata li ġiet tiswa €1,472,736. Din l-għajnuna kienet tikkonsisti f'diversi żoni ta’ tindif, provediment ta’ kontenituri tal-iskart u ġbir ta’ annimali mejta.

CSD – ammont ta’ skart miġbur

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inġabar skart matul l-2016 mill-ħaddiema tal-Cleansing Service Directorate (CSD)? Kif jikkompara dan l-ammont mas-snin preċedenti?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Jannar sa Diċembru 2016, id-Direttorat għat-Tindif ġabar 15,700 tunellata ta’ skart minn diversi żoni madwar il-pajjiż. Dan huwa 5% iktar mill-iskart li nġabar matul l-2015. Dan juri biċ-ċar l-impenn tal-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, li jkompli jnaddaf diversi żoni madwar il-pajjiż li kienu abbandunati għal diversi snin.

Foss ta’ Ħaż-Żabbar — tindif

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 26939 jista’ l-Ministru jikkonferma jekk ix-xogħol fil-parti ta’ isfel tal-Foss ta’ Ħaż-Żabbar, tlestiex? Kemm inġabar skart minn din il-parti tal-Foss?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tindif tal-parti ta’ isfel tal-Foss f’ Ħaż-Żabbar tnaddfet ukoll matul is-sena 2016, hekk kif kien imwiegħed. Tneħħew 129 trakk b’ materjal ta’ kull tip, li kienu jammontaw għal 1.4 miljun kilo.

Imrieħel – żona industrijali — tindif

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ tindif qed isir fiż-Żona Industrijali tal-Imrieħel?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li ftit tal-ġimgħat ilu sar ftehim u pjan ta’ tindif mal-Fondazzjoni li tieħu ħsieb iż-Żona Industrijali tal-Imrieħel. Dan il-ftehim jikkonsisti fi ġbir ta’ skart u knis ta’ toroq, skont skeda miftehma bejn iż-żewġ partijiet. L-iskart qiegħed jiġi miġbur separatament, u nista’ ngħid li diġa’ ġie reġistrat progress fejn tidħol l-indafa fiż-żona industrijali. Ta’ min jgħid li din hi l-ewwel darba li qed isir ġbir ta’ skart u tindif organizzat fiż-żona insemmija.

Direttorat għat-Tindif – infrastruttura ta’ slielem li jitwaħħlu fuq il-bajjiet — ħsarat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi kemm hu l-valur ta’ ħsarat li sofra d-Direttorat għat-Tindif fl-infrastruttura ta’ slielem li jitwaħħlu fil-bajjiet matul ix-xahar ta’ Ottubru 2016? Xi ħsibijiet hemm sabiex din l-infrastruttura terġa’ ssir mill-ġdid ladarba kien hemm xi ħsarat?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istima ta’ ħsarat li sofriet l-infrastruttura ta’ għamara tal-baħar jammonta għal madwar €25,000. Kawża tal-maltemp, tul il-kosta kollha madwar Malta, huwa stmat li ntilfu madwar 100 sellum, pontoons kif ukoll bridge li kollha qed jiġu manifatturati mill-ġdid mill-ħaddiema tad-Direttorat għat-Tindif stess. Bħalissa, ix-xogħol jinsab fi stat avvanzat ħafna u huwa ppjanat li x-xogħol ikun lest kollu fil-ħin, sabiex il-pubbliku jkun offrut bis-servizzi li kellu fis-snin preċedenti.

Rimi ta’ skart illegalment

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ persuni li nqabdu jarmu rimi ta’ skart illegalment fl-aħħar 4 xhur tas-sena 2016? Kif sar dan it-tip ta’ infurzar tal-liġi? F’liema lokalitajiet saru dawn l-ispjezzjonijiet u kemm-il persuna nqabdet f’kull lokalità msemmija?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul il-perjodu imsemmi, ġew imħarrka 152 persuna li nqabdu jarmu skart illegali wara spezzjonijiet li twettqu mid-Direttorat għat-Tindif. Dawn l-ispezzjonijiet saru wara inizjattiva li ħa l-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, wara li ġie nnutat li kien hawn żieda fl-abbużi ta’ rimi ta’ skart f'diversi żoni madwar il-pajjiż. Dan il-proġett sar konġuntament mal-Pulizija, li ħarġu t-taħrikiet minn naħa tagħhom, wara li dawn kienu akkumpanjati minn uffiċjali tal-istess Direttorat għat-Tindif. Din l-inizjattiva inħossu li kienet suċċess u qiegħda tiġi estiża ukoll anke għal matul din is-sena.

Service boxes

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 31275, billi jirriżulta li f'San Pawl il-Baħar hemm 372 service boxes, marbutin mat-telekomunikazzjonijiet, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'koordinazzjoni ssir bejn Transport Malta u s-sidien (operaturi) ta' dawn l-istess boxes, peress li jirriżulta li numru minnhom jinsabu fi stat ħażin (uħud ħażin ħafna) biex jiġi assigurat li dawn l-istess boxes ma jkunux ta' periklu għal min jgħaddi minn fuqhom, b'mod partikulari bil-vettturi? Jista' jieħu l-passi neċessarji biex dawn l-istess entitajiet jirranġaw dawn il-boxes fejn hu meħtieġ?

Response (MIZZI, JOE)

Nassigura lill-Onor. Interpellant, li kif Transport Malta tirċievi lment ta’ din ix-xorta, tibgħat uffiċjal apposta sabiex jivverifika l-każ, u jekk ikun il-każ li hemm xogħlijiet fejn hemm bżonn isir intervent, l-operatur responsabbli jiġi notifikat b’dan ħalli jagħmel it-tiswijiet meħtieġa minnufih. Il-każ ma jingħalaqx qabel l-uffiċjal ta’Transport Malta jerġa' jivverifika fuq il-post u jiċċertifika li x-xogħol sar sew u ma jkunx hemm aktar periklu.

Il-Mosta – Triq Dun Mikiel Scerri – wiċċ ġdid

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jsir il-wiċċ ġdid tat-Triq Dun Mikiel Scerri fil-Mosta? Jista’ jgħid ukoll taħt min taqa’ r-responsabilità tal-wiċċ ġdid ta’ din it-triq; jekk hux tal-Gvern Ċentrali jew tal-kunsill lokali?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din it-triq taqa’ taħt ir-responsabbilità tal-Kunsill Lokali u għaldaqstant huwa mitlub jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Junction tal-Marsa – fabbriki li se jitwaqqgħu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu n-negozjati biex il-fabbriki li se jitwaqqgħu minħabba l-junction tal-Marsa, jiġu rilokati? Jista' jgħid f'liema lokalità se jiġu rilokati?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Coast Road – disinn tal-junction

Question

Billi ħdejn ir-roundabout tas-Salini, direzzjoni lejn il-Coast Road, qed ikun hemm, b'mod frekwenti, inċidenti tat-traffiku, li qed jirriżultaw minħabba d-disinn tal-junction f'dik id-direzzjoni, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex dik il-junction partikulari tiġi rranġata?

Response (MIZZI, JOE)

Ma nħossx li hu ġust li l-Onor. Interpellant jgħid li l-inċidenti li qegħdin iseħħu ħdejn ir-roundabout tas-Salini huma riżultat tad-disinn tal-junction fid-direzzjoni lejn Baħar ic-Ċagħaq. Filwaqt illi nirrikonoxxu li sew id-disinn kif ukoll it-toroq kollha jistgħu jiġu mtejba, u dan l-argument ireġi sew għat-toroq f’Malta kif ukoll barra minn Malta, għandna l-obbligu li nkunu korretti u nammettu li nċidenti tat-traffiku huma primarjament riżultat ta’ sewqan eċċessiv u/jew nuqqas ta’ attenzjoni waqt is-sewqan. Jista’ wieħed jargumenta li l-infrastruttura tista’ tnaqqas l-inċidenti jew timminimizza d-danni, pero’ huma rari ħafna l-każi fejn wieħed jista’ jgħid li l-infrastruttura kienet kawża ta’ xi inċident.

San Pawl Nawfragu – xogħlijiet fuq resurfacing fuq it-triq

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol ta’ resurfacing fuq it-triq li twassal minn fejn il-Knisja ta' San Pawl Nawfragu sa ħdejn il-ground tal-football tas-Sirens FC (it-tul kollu)? Min se jkun il-kuntrattur li ser iwettaq dan ix-xogħol?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din it-triq taqa’ taħt ir-responsabbilità tal-Kunsill Lokali. L-Awtorità għadha ma rċeviet l-ebda fondi jew struzzjonijiet biex tipproċedi b’dawn ix-xogħlijiet. Għadaqstant ma hemm l-ebda kuntrattur assenjat minn Transport Malta fuq dan ix-xogħol.

Knisja tax-Xemxija – xogħol fit-triq quddiem il-bus shelter

Question

Jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex tissewwa t-triq billi hemm ħofra eżatt quddiem il-bus shelter li hemm ħdejn il-Knisja tax-Xemxija, li qed tikkawża problemi lil min ikun fuq il-bus stop minħabba l-ilma li jittajjar fuq in-nies?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din it-talba ġiet riferuta lil Transport Malta għal kull azzjoni li hemm bżonn tittieħed.

Transport Malta – Il-Mellieħa — Triq Għar u Casa - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk it-Triq Għar u Casa fil-Mellieħa hijiex waħda mit-toroq li se jsiru minn Transport Malta matul l-2017?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fuq toroq residenzjali jsiru abbażi ta’ prioritajiet nazzjonali, fondi pubbliċi u l-proċess tal-akwist, ġaladarba jkunu ffurmati mill-iżviluppaturi jew residenti, skont l-obligi tagħhom.

Transport Malta – Il-Mellieħa — Triq il-Qortin - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk Triq il-Qortin fil-Mellieħa hijiex waħda mit-toroq li se jsiru minn Transport Malta matul l-2017?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fuq din it-triq isiru skont il-prioritajiet nazzjonali, fondi disponibbli u l-proċess tal-akwist.