Legislature:
Category:
Reset
Active:

MOBC — Chief executive officer

Question

B'riferenza għal rapport li deher taħt ir-ras ta' Maltese cross fil-ħarġa ta' April, 2004 tal-BUNKERSPOT - INDEPENDENT INTELLIGENCE FOR THE GLOBAL BUNKER INDUSTRY , jista' il-Ministru jitlob ċaħda jew konferma mill-persuna indikata, billi fir-rapport jingħad li: '' Frank Sammut, MOBC's CEO will soon leave the company to become an independent consultant and it is widely suspected that he will be closely associated with recently formed private company ISLAND BUNKER OILS LTD. Some in the industry are concerned that this could mean that ISLAND BUNKER OILS might inherit some or all of MOBC's supply business and be treated more favourably than its competitors in terms of obtaining storage capacity at the terminal. This prospect has been greeted angrily by some of the smaller players in Malta, who claim that such an arrangement would be hugely disappointing. ISLAND BUNKER OILS has an exclusive brokerage arrangement with Palm Shipping Agency Ltd which is seen by some as potentially harmful to their own business?'' Jista' il-Ministru jikkonferma dak li deher aktar kmieni fl-istess artiklu fejn is-CEO tal-MOBC ġie kkwotat li qal li one of the reasons cited by for MOBC's withdrawal as a physical supplier, is the high cost associated with time-chartered barges which recently has rendered the MOBC supply operation no longer viable? Jekk dan kollu mhuwiex minnu, x'qed iżomm lic-CEO tal-MOBC milli jieħu passi legali kontra dan il-ġurnal influwenti fil-qasam tal-bunkering?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għad-domandi supplimentari li għamilli hu l-ġimgħa l-oħra.

Għaqdiet sportivi u kulturali — Xogħlijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm f'dawn l-aħħar sentejn ġew sponsorjati xogħlijiet għall-clubs,għaqdiet jew soċjetajiet sportivi u kulturali mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilita' tiegħu ? Jista' jgħid f'kull każ, min kienu dawn is-soċjetajiet li bbenefikaw u kemm kien l-ammont jew il-valur ta' dan ix-xogħol?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Kalaxlokk — Persuna li ġie terminat l-impjieg tagħha

Question

Jista' il-Minsitru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4810 billi jivverifika mar-records ta' Kalaxlokk u jgħid meta ġie terminat ix-xogħol tal-persuna li d-dettalji dwarha ingħataw ma' mistoqsija parlamentari 4810 u jgħid għaliex itterminawlu x-xogħol?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li mir-rekords tal-Kumpanija jirriżulta illi ma kien hemm ħadd impjegat bl-ID number mogħti mill-Onor. Interpellant.

Ħad-Dingli — Triq Ċensu Spiteri - servizz ta' drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 5147 u cioe' jista' jgħid meta se jitwassal is-servizz ta' drenaġġ fil-parti ta' fuq ta' Triq Ċensu Spiteri, f'Ħad Dingli peress li din it-triq qiegħda fil-parti l-antika tar-raħal u qiegħed jinħoloq inkonvenjent kbir lir-residenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-estensjoni tad-drenaġġ fi Triq Ċensu Spiteri, Ħad-Dingli ddaħlet fil-programm ta' xogħolijiet simili tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.

Tarzna — Ħaddiema trasferiti mal-gvern

Question

Mill-ħaddiema li ġew trasferiti mal-gvern mit-tarzna, jista' il-Ministru jgħid kemm minnhom huma fil-grad klerikali u kemm minnhom huma fi grad tekniku? Fil-każ ta' l-aħħar, f'liema kategorija?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Għaqdiet/organizzazzjonijiet — Ħlas għas-servizz tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm għaqdiet u organizzazzjonijiet li s'issa kienu jingħataw xi forma ta' sussidju jew kellhom rata mraħħsa ta' ħlas għas-servizzi tad-dawl u l-ilma? Min huma dawn l-għaqdiet u organizzazzjonijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Razzett tal-Ħbiberija — Ħlas tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk itteħditx xi deċiżjoni dan l-aħħar li organizzazzjonijiet bħar-Razzett tal-Ħbiberija li jagħmlu tant ġid fost persuni b'diżabilita', ma jibqgħux b'rati mraħħsa ta' l-ilma u d-dawl?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni li l-organizzazzjonijiet bħar-Razzett tal-Ħbiberija ma jibqgħux iħallsu b'rati mraħħsa tad-dawl u l-ilma. Anza xi żmien ilu kien ingħata kreditu sostanzjali lill-dan il-konsumatur partikolari meta fil-każ ta' l-ilma kienet applikata t-tariffa għal organizzazzjonijiet mhux kummerċjali (para k tat-tariff) b'mod retrottiv.

Dar tal-Provvidenza — Ħlas ta' dawl u ilma

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'rati ta' dawl u ilma jitħallsu mid-Dar tal-Provvidenza fis-Siġġiewi?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li ir-rati tad-dawl u l-ilma li jithallsu mid-Dar tal-Providenza fis-Siggiewi huma l-irhas rati jigifieri: Ilma taht skema - Orgnizzazzjonijiet mhux kummercjali (para k tat-tariffi) Rati huma kif jidhru hawn taht: Dritt tas-servizz - LM 4 Konsum sa 57 mt. Kubu - xejn Konsum 'l fuq minn 57 mt kubu - 35c kull mt kubu Elettriku taht skema - Assistenza Socjali Dritt tas-Servizz - Xejn Konsum - Rati domestici normali

Ministeru għat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Spejjeż fuq fuel

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża f'ċifra ta' flus tal-fuel li nefaq il-ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu fl-ewwel tlett xhur tas-sena? Kemm hu l-ammont li tħallas minn din iċ-ċifra? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perjodu tas-sena 2003 rispettivament?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Enemalta — Użu minn storage tanks tal-Mediterranean Offshore Bunkering Co Ltd.

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm se tuża il-korporazzjoni Enemalta mill-istorage tanks li jinsabu għand il-Mobcol (Mediterranean Offshore Bunkering Co Ltd.) biex taħżen fuel skond ir-regoli ta' l-Unjoni Ewropea? X'se jiġri mill-ispare capacity li se jibqa' fl-istorage tanks li jinsabu għand il-Mobcol? Lil min se jinkrew? Kif se jintagħżlu dawk li se jkunu jistgħu jużaw dawn il-faċilitajiet fl-istorage tanks li mhix se tuża l-korporazzjoni Enemalta? Jista' jivverifika jekk il-kumpannija privata Island Bunker Oils Ltd hijiex se tingħata b'mod esklussiv l-użu ta' dawn il-faċilitajiet tal-Mobcol li mhix se tkun qed tuża l-korporazzjoni Enemalta?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni Enemalta għadha qed tevalwa il-possibilitajiet kollha li għandha quddiema fir-rigward ta' żejt skond ir-regoli ta' l-Unjoni Ewropea. F'dan l-istadju għadha ma ttieħdet l-ebda deċizjoni finali li jintuzaw il-faċilitajiet tal-MOBC għal dan ir-rigward. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija jien infurmat li ma sar l-ebda ftehim u ma saru l-ebda negozjati.

Mediterranean Offshore Bunkering Co. Ltd. — Storage tanks

Question

Jista' il-Ministru jgħid xi proċess ta' privatizzazzjoni se jintuża biex l-ispare capacity ta' l-istorage tanks tal-Mobcol li mhix se tuża l-korporazzjoni Enemalta jiġi mikri lill-kumpanniji privati li jixtiequ jipprovdu servizzi ta' bunkering f'pajjiżna? Se ssir sejħa għall-offerti għall-kiri ta' dawn il-faċilitajiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija nru. 4749.

Stamperija Interprint

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamnetari 5062 u cioe' jista' jgħid x'inhuma l-pjani tal-gvern dwar l-istamperija Interprint? Hemm xi ħsieb li din tiġi privatizzata u jekk iva, hemmx xi żviluppi f'dan ir-rigward?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern għadu bil-ħsieb li jbiegħ il-kumpanija Interprint Ltd.

Għaqdiet sportivi — donazzjonijiet finanzjarji

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm f'dawn l-aħħar sentejn ingħataw donazzjonijiet finanzjarji jew xort'oħra lill-clubs, għaqdiet jew soċjetajiet sportivi u kulturali mill-ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu? Jista' jgħid f'kull każ min kienu dawn is-soċjetajiet li bbenefikaw u kemm kien l-ammont jew il-valur ta' ammont li ngħataw?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra peress li l-informazzjoni għada qed tinġabar.

Gozo Channel — Servizz ta' vapuri għal Sa Maison

Question

Jista' il-Ministru jikkjarifika u jelabora dwar il-liberalizzazzjoni tas-servizz għal Sa Maison?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li peress il-Kumpannija qed tagħmel it-telf fuq is-servizz tal-kargo għal Sa Maison, bħala miżura biex jitnaqqsilha dan it-telf, ġie deciz li jilliberalizza ir-rotta tal-kargo għal Sa Maison, u għal dan il għan għandha toħroġ sejha għall-offerti fil-ġimgħat li ġejjin. Din għandha toġroġ mil-MMA (Awtorita Marittima ta' Malta).

Gozo Channel — Ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jekk jogħġbu jiċċara dak li ntqal fl-istqarrija ministerjali tal-21/04/04 u cioe' dwar il-mod ta' kif il-crew se jiddaħħal xogħol skond l-esiġenzi tas-servizz tal-Gozo Channel?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmata li peress li fil-maġġoranza tal-vjaġġi, in-numru ta' passiġġieri ma jaqbizx il-ħames mija. Għalhekk, f'dawn il-vjaġġi, wara li nkiseb permess mingħand l-Awtorita' Marittima ta' Malta (MMA), il-vapuri ser ikunu jistgħu joperaw b'ekwipaġġ ta' 11 flok ta' 15, jiġifieri ikun hemm sistema illi l-ekwipaġġ abbord ma jkunx dejjem fiss bi ħmistax irrispettivament ta' kemm ikun hemm nies abbord, imma jkun flessibbli skond kemm qed iġorr passiġġieri. Iż-żieda fin-nies għal dawn il-vjaġġi li jġorru 'l fuq minn 500 passiġġier jittellgħu mill-art jew mil-vapur li jkun marbut ġewwa l-port ta' l-Imġarr.

Ħad Dingli — Triq Ċensu Spiteri - servizz ta' drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jitwassal is-servizz ta' drenaġġ fil-parti ta' fuq ta' Triq Ċensu Spiteri, f'Ħad Dingli peress li din it-triq qiegħda fil-parti l-antika tar-raħal u qiegħed jinħoloq inkonvenjent kbir lir-residenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Tarzna — Ħaddiema

Question

Minn dawk id-900 ħaddiem li nqalgħu mit-Tarzna fl-aħħar riforma, jista' il-Ministru jgħid kemm minnhom kellu r-rwol ta' manager? Kemm kien fadal persuni fil-grad ta' managers wara r-riforma?

Response (GATT, AUSTIN)

Fl-aħħar riforma għaxar (10) Managers ġew assenjati mal-Industrial Projects and Services Limited. Wara r-riforma kien għad fadal erbgħa u sebgħin (74) Manager. Ta' min jinnota li fil-lista ta' 74 Manager li fadal fit-tarzna hemm numru minnhom li għalkemm għandhom it-titlu ta' managers huma fir-realta' involuti f'xogħol speċjaliżżat u jagħmluha ta' konsulenti interni tat-tarzna aktar milli ta' line managers. Dawn jinkludu t-Tabib, l-Industrial Chemist, il-Health and Safety Officer, u l-Quality Control Oficer. Barra minn hekk billi t-tarzna issa qed taħdem fuq żewġ shifts żdied il-bżonn ta' management u superviżjoni fuq it-tieni shift. Minħabba f'hekk, bil-ftehim mal-Union, fil-fatt kellhom jiġu promossi 7 managers oħra. Barra minn hekk, numru ta' managers li kienu qed jagħmlu xogħol partikolari, bħat-Training Manager, u kien fadlilhom żmien relattivament qasir biex jirtiraw tħallew jaħdmu biex ikunu jistgħu jagħtu handing over xierqa lil min ser jassumi r-responsabiltajiet li kellhom.