Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pavimentar tal-Belt Valletta

Question

B'referenza għax-xogħol ta' pavimentar li qiegħed isir fil-Belt Valletta, jista' l-Ministru jgħid għaliex ma ttieħditx l-opportunita' sabiex il-cables ta' l-Enemalta jitpoġġew taħt wiċċ it-triq bħalma sar meta ġew pavimentati toroq oħra?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi fi Triq il-Merkanti u t-toroq u l-pjazzez tal-madwar, fil-Belt Valletta, il-cables ta' l-EneMalta diġa' għaddejjin minn taħt l-art. Barra minnhekk, tpoġġew duet routes ġodda f'każ li l-EneMalta ikollha bżonn tgħaddi xi servizzi ġodda f'din it-triq. Tqiegħed ukoll duet route ġdid sabiex jinxtgħel bini storiku f'din it-triq. Dan ix-xogħol kollu qiegħed isir bi qbil ma' l-EneMalta li ser tieħu ħsieb ukoll li jtejjbu u jżidu s-sistema ta' street lighting.

Valletta — Pavimentar

Question

B'referenza għall-pavimentar ta' toroq fil-Belt Valletta, jista' l-Ministru jgħid meta nħarġet it-tender għax-xiri tal-materjal għall-pavimentar? Meta se jibda x-xogħol ta' pavimentar u meta suppost jitlesta?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi t-Tender għall-provvista u tqegħid ta’ pavimentar fi Triq il-Merkanti u Triq San Ġwann fil-Belt Valletta, ġiet ippublikata fit-13 ta’ April, 2007 u għalqet fil-5 ta’ Ġunju, 2007. Bħalissa għaddej il-proċess ta’ aġudikazzjoni ta’ l-offerti sotomessi. Ix-xogħol ta’ pavimentar jinbeda meta tingħata din it-Tender.

Permess tal-MEPA

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-permess tal-MEPA għax-xogħlijiet li qegħdin isiru fi triq il-Merkanti u Triq Santa Luċija fil-Belt? Dawn il-permessi jinkludu ċ-ċaqliq tal-monti għal quddiem is-suq?

Response (ZAMMIT, NINU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permess Nru.PA4716/06 kif mitlub mill-Onor Interpellant. Dan il-permess ikopri x-xogħol fi Triq il-Merkanti u Triq San Ġwann fil-Belt Valletta iżda ma jkoprix ix-xogħlijiet li qegħdin isiru fi Triq Santa Lucia. Dawn ix-xogħlijiet huma żvilupp permess skond DNO Class 3 Section 1(ii) – (titjib u manutenzjoni ta’ toroq eżistenti). Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-permess tal-MEPA ta' dawn ix-xogħolijiet ħareġ wara perjodu ta' evalwazzjoni u konsultazzjoni wiesgħa mal-partijiet kollha konċernati. Dan jikkontrasta bil-kbir ma' dak li ġara fuq il-permess ta' Strada Repubblika (PA01017/98) li f'xaharejn kien ġie evalwat u approvat. Dwar iċ-ċaqliq tal-Monti, l-Onorevoli Interpellant hu ġentilment mitlub jagħmel din il-parti tal-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Riżorsi u Infrastrattura — Salarji u Benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma s-salarji u benefiċċji oħra tac-chief executive officer ta' kull awtorita', fondazzjoni, korporazzjoni, kummissjoni, aġenzija, istitut u kumpaniji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Is-salarju u l-benefiċċji taċ-Chief Executive Officer ta’ l-Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi huma kif jidhru hawn taħt: · Salarju ta’ Lm14,507 fis-sena · Allowance ta’ Lm2,800 fis-sena · Karozza fully expensed · Telephone · Mobile telephone · 0-15% Performance Bonus fuq is-salarju

Bini ta' ġibjuni taħt l-art

Question

Peress li kull darba li tagħmel ix-xita qawwija bħalma ġara dan l-aħħar ħafna triqat isiru perikolużi, jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-gvern biex jipprova jtaffi dawn il-problemi bħal bini ta' ġibjuni taħt l-art u tindif aktar sikwit ta' culverts fi triqat prinċipali?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi il-Ministeru għandu sezzjoni ta’ tindif u tiswija ta’ culverts li hemm fit-toroq arterjali li tagħmel xogħol ta’ manutenzjoni u tindif fuq bażi regolari matul is-sena kollha. Din is-sezzjoni izzid l-interventi tagħha fil-perjodu ta’ l-aħħar xhur tas-sajf qabel ma jibda l-istaġun tax-xita. Il-Ministeru qiegħed jieħu ħsieb biex isaħħaħ din is-sezzjoni b’aktar nies u inġenji ġodda u b’hekk ikun jista’ ilaħħaq ma’ l-ammont ta’ toroq prinċipali ġodda li qegħdin jinfetħu u li fihom qiegħed ikun inkluż il-bini ta’ culverts u wkoll, f’ċerti każi, ġibjuni. Barra minn dan, dawn l-aħħar snin il-Ministeru kien għaddej fuq xogħol ta’ bini, studji u tfassil ta’ disinji u kuntratti għal sensiela ta’proġetti għal kontra l-għargħar. Fost dawn qieħed insemmi l-proġett tal-korsa ta’ l-ilma bejn Ħal Qormi u l-Marsa. Saru il-preparamenti għall-proġett ta' kanal kbir f’Burmarrad kif ukoll l-proġett tal-mini għal B’Kara-Msida li ser jiswa madwar Lm30 miljun. Inbdew ukoll diversi studji u xogħol ta’ disinn u preparamenti għall-ħruġ ta’ permessi tal-MEPA fuq diversi proġetti oħra għal kontra l-għargħar. Dawn huma: · Ħaż-Żabbar/Wied il-Għajn - tħaffir ta’ 1.75km ta’ mini minn Ħaż-Żabbar sax-Xgħajra · Żurrieq - tħaffir ta’ mini u bini ta’ culverts u ġibjun · Żebbuġ - tħaffir ta’ mini u bini ta’ culverts · Wied Għollieqa/Gżira - tindif ta’ Wied Għollieqa u tiswija ta’ lqugħ u bini ta’ culverts ġodda kif ukoll bini ta’ ġibjun fil-Gżira · Ħal Safi - bini ta’ culvert bejn Ħal Safi u l-mina ta’ Ħal Kirkop · Magħtab - bini ta’ ġibjun · Birżebbuġia - bini ta’ culverts u lqugħ ta’ l-ilma · Fgura - tkabbir ta’ l-ilqugħ ta’ l-ilma li hemm f’Wied Blandun, kif ukoll bini ta’culvert · Pembroke - bini ta’ sistema ta’ culverts · Ħal Għaxaq - tkabbir ta’ culverts eżistenti u bini ta’ waħda ġdida ħdejn il-ground tal-football B’ko-ordinazzjoni mal-Water Services Corporation, il-Ministeru qiegħed ukoll jasisti fi tħejjija ta' Storm Water Masterplan għal Malta u Għawdex li ser ikun lest fix-xhur li ġejjin u li jservi ta’ bażi għal ippjanar u bidu ta’ xogħol ieħor fir-rigward tal-problema ta’ l-għargħar.

Ġnien taħt il-Bieb ta' l-Imdina — Tindif

Question

Jista' l-Ministu jara li l-ġnien ta' taħt il-bieb prinċipali ta' l-Imdina jitnaddaf peress li llum hemm ħafna skart li jagħti dehra kerha lil dawk l-inħawi li tant huma popolari mat-turisti?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi l-ġnien imsemmi jaqa’ taħt ir-responsabbilta’ tal-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Riżorsi u Infrastruttura — Bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet imwaqqfa mill-gvern? X'inhu n-numru ta' nisa u ta' rġiel li huma membri ta' dawn il-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet? Jista' jagħti din l-informazzjoni skond l-etajiet li dawn il-persuni għandhom maqsuma f'dawk li għandhom inqas minn 29 sena, bejn it-30 u l-45 sena u 'l fuq minn 46 sena?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi fil-Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura hemm dawn il–bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet: · Il-Kumitat għar-Rijabilitazzjoni tal-Belt Valletta u Floriana · Il-Kumitat għar-Rijabilitazzjoni tal-Imdina · Il-Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera · Il-Bord tal-Bennejja · Il-Bord tal-Warrant tal-Periti · Il-Bord ta' l-Inġinerija · Il-Bord ta’ l-Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi · Il-Malta Resources Appeals Board · Il-Kunsill Konsultattiv dwar l-Industrija tal-Bini B’kollox hemm 95-il membru f’dawn il-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet, 85-il raġel u 10 nisa li għandhom dawn l-etajiet: Inqas minn 29 sena Bejn it-30 u l-45 sena 'Il fuq minn 46 sena Total Nisa - 2 Rgiel - 2 Nisa - 3 Irgiel - 21 Nisa - 5 Irgiel - 62

Sistemi ta' enerġija elettrika

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huwa l-bini li jaqa' taħt il-ministeru tiegħu li fil-preżent jitħaddem fuq sistemi ta' enerġija elettrika/ect solari u jew ta' xorta oħra sabiex ikun imħares aħjar l-aspett ambjentali? X'inhu l-pjan tal-ministeru għas-sitt xhur li ġejjin u cioe' liema dipartimenti eċċ se jkunu bbażati fuq dawn is-sistemi sostenibbli?

Response (ZAMMIT, NINU)

Għall-mistoqsija ta' L-Onorevoli Interpellant jista' jingħad li s'issa twaħħlet sistema fotovoltaika ta' 3.20 Kilowatt fuq il-bejt tad-Dipartiment tal-Manutenzjoni u Kostruzzjoni fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura. Għas-sitt xhur li ġejjin, il-Ministeru mhux maħsub li ser jinstalla xi sistemi oħra ta' dan it-tip.
Leg 10 PQ #26790 Sitting 543 2007-06-26 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura

Segretarjat Privat

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tas-Segretarjat Privat? X'inhi l-kariga li jokkupaw u x'inhu s-substantive grade tagħhom? Kemm minnhom huma impjegati tal-Gvern u kemm minnhom bil-kuntratt? Fuq liema kriterji ntgħażlu? Hemm xi paga speċjali għal dawn l-impjegati?

Response (ZAMMIT, NINU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Bormla — Dar għall-anzjani

Question

Peress li meta sar ix-xogħol fuq id-dar għall-anzjani f'Bormla saret filliera ta' dawl fl-art mal-ġenb tal-ground ta' l-iskola primarja, li sal-lum wara ħafna snin li fetħet din il-home għadhom qatt ma nxtegħlu, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li qatt ma nxtegħlu? Hemm xi ħsieb li dawn xi darba jixgħelu, jew saru biss biex iżejnu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi x-xogħol tad-dawl imsemmi kien tlesta iżda qatt ma nxtegħel għaliex kien hemm diffikultajiet biex jinkiseb compliance certificate. Hu ppjanat li t-Taqsima ta’ l-Elettriku tad-Dipartiment tal-Manifattura u s-Servizzi ser tagħmel ix-xogħol meħtieġ biex jittranġaw u jinxtegħlu dawn id-dwal fi żmien qasir.

Riżorsi u Infrastruttura — Karozza uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk matul l-2006 kienx qed jinkera xi garaxx biex fih tinżamm il-karozza uffiċjali tiegħu? F'każ li t-tweġiba hija fl-affermattiv jista' jgħid kemm kienet in-nefqa globali għal din il-kirja u fejn jinsab il-garaxx?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li l-ispiża globali għall-kirjiet ta' garaxxijiet li fih tinżamm il-karozza uffiċjali tal-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura kienet ta' Lm 300 fis-sena. Dawn il-garaxxijiet jinsabu fil-lokalitaijiet tal-Qrendi u ż-Żurrieq.

Riżorsi u Infrastruttura — Hospitality

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq kull tip ta' hospitality fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu separatament u xahar b'xahar matul Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jgħid min ta l-approvazzjoni għal dan l-infiq f'kull każ separatament?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif tidher hawn taħt: Tip ta’ Hospitality Jannar 2007 (Lm) Frar 2007 (Lm) Marzu 2007 (Lm) Awtorita’ Divi żjoni tas-Servizzi 25.15 49.30 - Direttur Ġenerali (Servizzi) Dipartiment tat-Tiftix għ aż-Żejt 709.15 75.00 - Segretarju Permanenti Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura - 136.91 - Kap tas-Segretarjat Privat

Riżorsi u Infrastruttura — Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa flus is-safar (inkluż flights, subsistence allowance u accomodation) li fih kien involut il-Ministru, inkluż l-uffiċjali li marru miegħu, globalment għal kull safra separata, fejn kienet id-destinazzjoni u min akkumpanjah matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Marzu 2007 kien hemm safra waħda fejn kien involut il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura. Jakkumpanjawħ kien hemm il-Kap tas-Segretarjat fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura u d-Direttur għall-Enerġija mill-Awtorita’ Maltija għar-Riżorsi. Din is-safra kienet destinata għal Brussels u ġiet tiswa b’kollox Lm 701.57ċ.

Ħaddiema li rriżenjaw

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-uffiċjali/ħaddiema li rriżenjaw u jew spiċċaw mix-xogħol fid-dipartimenti, ministeru, entitajiet li jaqgħu taħtu mill-1 ta' Mejju, 2004 'l quddiem? Liema vaganzi mtlew u liema għadhom pendenti?

Response (ZAMMIT, NINU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Riżorzi u Infrastruttura — Kontijiet tad-dawl u ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'kontijiet tad-dawl u ilma matul is-sena 2006 fil-ministeru u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi n-nefqa f’kontijiet fuq id-dawl u l-ilma matul is-sena 2006, mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura u d-Dipartimenti li jaqgħu taħtu kienet kif jidher hawn taħt: Ministeru Lm 5,884.48 Dipartimenti Lm 126,597.15 Total Lm 132,481.63

Riżorsi u Infrastruttura — Safar uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx kontijiet pendenti mhux magħluqa, jew flus minn subsistance allowance żejda mhux ritornat, fuq xi safar li sar matul Jannar, Frar jew Marzu 2007, fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu, u f'każ li fl-affermattiv min huma dawn l-uffiċjali u x'inhi r-raġuni?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi l-kontijiet kollha dwar safar li sar matul Jannar, Frar u Marzu ta’ din is-sena huma kollha magħluqin u ma hemm ebda kont pendenti jew flus minn subsistence allowance żejda mhux ritornati.

Tarxien — Triq Kelinu Cachia

Question

Jista' l-Ministru jara u jintervjeni sabiex Triq Kelinu Cachia, f'Hal Tarxien tiġi mnaddfa mmedjatament mill-ħafna ħmieġ, xewk, skart eċċ li hemm u li ilu hemm mhux ħażin u li qed jaffettwa ħażin il-kwalita' tal-ħajja tar-residenti?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi għalkemm it-tindif tat-triq imsemmija ma taqax taħt ir-responsabbilita’ tal-Gvern Ċentrali, id-Dipartiment għas-Servizzi tal-Indafa ser jieħu passi sabiex dan l-inkonvenjent jitneħħa. Il-Kunsill Lokali diġa’ gie mgħarraf sabiex iżomm it-triq imsemmija fi stat nadif.

Personal Files

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25640 jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-personal file tal-persuna konċernata intilifx eżattament wara li seħħ il-każ ta' dixxiplina bil-konsegwenza li l-ittra msemmija f'mistoqsija parlamentari 25207 twarrbet minn dan il-file? X'sar sabiex din il-problema tiġi ndirizzata?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi l-ittra li qiegħed jirreferi għaliha tinsab fil-file relevanti. M'hemmx aktar x'inżid mar-risposti diġa mgħotija f'PQs 25207 u 25640.

Riżorsi u Infrastruttura — Ħaddiema ntitolati għall-gazzetti

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma n-nies fil-private staff u d-dekasteru tiegħu ntitolati għall-gazzetti kuljum? Jista' jgħid kemm kienet in-nefqa fuq ix-xiri ta' gazzetti matul is-sena 2006?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi l-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura nefaq is-somma ta’ Lm 3,834.19 fuq xiri ta’ gazzetti matul l-2006. F’dan il-Ministeru, hija l-prassi li minbarra l-Ministru, l-uffiċċjali msemmja hawn taħt jirċievu kopja tal-gazzetti: § Kap fis-Segretarjat Privat fil-Ministeru; § A/Segretarju Privat tal-Ministru; § Segretarju Permanenti; § Diretturi Ġenerali; § Diretturi; § Assistant Direttur, Dipartiment għas-Servizzi tat-Tindif; § Ko-ordinatur Eżekuttiv għall-Proġetti ta’ Rijabilitazzjoni.

Door numbering

Question

Jista' l-Ministru jara li d-door numbering unit jivverifika l-indirizz, li qed jintbagħat separatament, peress li jeżisti l-istess indirizz fl-istess triq?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi wara site inspection li saret irriżulta illi fit-triq imsemmija hemm żewġt idjar bin-numru indikat. Fil-granet li ġejjin ser jintbagħtu in-nies tad-Door Numbering Unit biex isir l-eżerċizzju tat-triq imsemmija.