Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Karozzi environmental friendly
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx karozzi li ma jużawx diesel/petrol/lrp sabiex jaħdmu u li fl-istess ħin huma aktar environmental friendly fil-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar jew Marzu 2007? F'każ li fl-affermattiv, kemm kienet in-nefqa separatament u xahar b'xahar?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li ma nxtrat l-ebda karozza environmental friendly minn dan il-Ministeru jew minn xi wieħed mid-Dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tiegħu matul l-ewwel tliet xhur ta' din is-sena.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq safar inkluż spejjeż ta' lukandi, flights u subsistence allowance fil-ministeru, dipartimenti u entili jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament xahar b'xahar u min kienu l-uffiċjali separatament?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni għadha qed tiġi verifikati u tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid ta' kemm stilel kienu l-lukandi li marru fihom l-uffiċjali mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu matul x-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007, safra b'safra separatament u min kienu dawn l-uffiċjali?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni għadha qed tiġi verifikati u tingħata f'seduta oħra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25193, jista' l-Ministru jgħid jekk Ryanair issa ħallistx MT tax lill-Avjazzjoni Ċivili? Kemm tħallas u sakemm?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-kumpanija Ryanair bagħtet il-pagament tagħha tad-departure tax fis-26 t'April 2007. L-ammont kien ta' Lm176,080 u kien ikopri il-perjodu minn Ottubru 2006 sa Marzu 2007.
Jista' l-Ministru jgħid jekk biex persuna tagħmel xogħol ta' tattooist tenħtieġx xi permessi mid-Dipartiment tal-Kummerċ?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li skond l-iskeda 6 tar-Regolamenti tal-Liċenzji tal-Kummerċ A.L. 1 ta' 2006, Tattoists ma jiġux liċenzjati mid-Direttorat tas-Servizzi tal-Kummerċ iżda mid-Dipartiment tas-Sanita', għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat mill-ministeru u enti li jaqgħu taħtu matul is-sena 2006? Għal liema xogħol/servizzi nħareġ kull wieħed minnhom? X'kien il-valur ta' kull wieħed u min ġie awarded dawn id-direct orders?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'garanzija se tingħata l-kumpannija Taljana tal-cruiseliners li meta l-vapuri tagħha jidħlu fil-Port il-Kbir f'Ġunju u Lulju 2007 jkunu jistgħu jitrakkaw mad-deep water quay bla problemi bla ma jsibu containers jimblukkaw il-moll?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li dejjem ittieħdu l-passi neċessarji sabiex jiġi assigurat li kull vapur tal-passiġġieri, u mhux biss dawk Taljani, ikollu moll adekwat fejn isorġi. L-Awtorita’ Marittima dejjem rat li kull meta jintrabat bastiment tal-passiġġieri mad-DWQ ikun żgurat li jittieħdu l-prekawzzjonijiet kollha meħtieġa għas-sigurta` tal-bastiment u tal-passiġġieri.
Infurmat ukoll li l-Awtorita` Marittima qedgħa fil-fażi li tistabilixxi pjani sabiex tiżdied il-kapaċita’ tad-Deep Water Quay u b'hekk ikunu jistgħu isorġu vapuri tal-passiġġieri akbar u li ta' spiss iżuru l-Port il-Kbir. Dan flimkien ma’ studji u pjani oħra sabiex jiżdiedu n-numru ta' mollijiet, kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex, sabiex inkunu nistgħu nkabbru din l-industrija tant importanti għal pajjizna.
Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Ħaddiema li jieħdu allowance
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' dawk l-impjegati fid-dekasteru tiegħu li qed jieħdu xi forma ta' allowance? X'inhu l-grad u x'inhi r-raġuni wara dan l-allowance?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.
Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Kiri ta' karozzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq kiri u lease ta' karozzi fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007?
Response (GALEA, ĊENSU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Kiri ta' karozzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-uffiċjali li kellhom karozza mikrija/leased fil-Ministeru, dekasteru jew enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 u kemm hi r-rata li biha tinkera/leased il-karozza kull ġurnata? Jista' jgħid x’ċilindrata għandha l-karozza f’kull każ separatament?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-uffiċjali li kellhom karozza mikrija/leased fi ħdan dan il-Ministeru u d-dekasteru tiegħu matul ix-xhur Jannar, Frar u Marzu 2007 u r-rata li biha kienu mikrija u ċ-ċilindrata tagħhom huma kif ġej:
Ministry Ċilindraġġ Rata kuljum
Minister's second car 1598cc Lm8.00
Parliamentary Secretary's Office
Car leased by Private secretary 1360cc Lm3.15
Malta Maritime Authority
Senior Manager, Ports and vessel Traffic management 1898cc Lm8.50
Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx karozzi ġodda għall-użu minn uffiċjali jew għall-użu ġenerali fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul x-xhur ta' Jannar, Frar jew Marzu 2007 u f’każ li fl-affermattiv, għal min kienu jew għal liema skop, x’tip ta' karozza, il-prezz u x’ċilindrata huma?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li matul ix-xhur ta' Jannar, Frar jew Marzu 2007 ma nxtrawx karozzi ġodda għall-użu minn uffiċjali jew għall-użu ġenerali, minn dan il-Ministeru u mid-Dipartiment u l-enti li jaqgħu taħtu.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24929 u jgħid min huma dawk in-negozjanti li ġew msejħa bħala hoarders mill-Gvern innifsu li kienu responsabbli li wasslu biex Malta teħel penali għall-hoarding tal-ġobon u taz-zokkor qabel is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea? Tista' ssemmihom b'isimhom? Billi qed jingħad li dawn ser ikollhom jagħmlu tajjeb għall-penali li ser ikollha tħallas Malta, jista' jikkonferma meta dawn mistennija jiġu mitluba jroddu dan il-ħlas lill-Gvern Malti?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċenat.
Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena (1 Jannar 2007 - 14 Mejju 2007) kemm jirriżulta li kellna inċidenti tal-avjazzjoni "near miss" meta ajruplani kienu se jaħbtu fl-ispazju ta' l-ajru tagħna?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li fil-perjodu msemmi kien hemm incident wiehed biss tat-tip near miss.
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili (DCA) matul din is-sena awtorizzax ajruplan żgħir Taljan jagħmel inżul ta' emerġenza? Id-DCA assigura ruħu jekk dan l-ajruplan kienx familjari mar-rekwiżiti u standards lokali biex jagħmel dan l-inżul?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li f'każ ta' emerġenza ajruplan m'għandux bżonn ta' awtoriżżazzjoni ta' nżul f'Malta mid-Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili. Iċ-ċirkostanzi ta' emerġenza anzi tiddetta li tingħata kull għajnuna possibli bla dewmien.
Jista' l-Ministru jgħid l-inċident near miss meta ajruplan Taljan kien se jaħbat ma' ajruplan lokali fil-ġimgħat li għaddew hux qed jiġi nvestigat mill-Bureau of Air Accidents Investigation, meta każi inqas serji ġew investigati mill-BAAI?
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-ajruplan Taljan li reċentement kien involut f'inċident near miss ma' ajruplan lokali kienx visibbli fuq radar screens għal għadd ta' mili iżda mhux fuq l-iscreen tal-kontrolluri tal-ajru? Għaliex? Kif se jiġi żgurat li dan ma jerġax jiġri?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-punti li semma l-Onor. Interpellant huma nklużi fl-investigazzjoni qegħda ssir. Ir-rapport ta' din l-investigazzjoni għadu mhux finaliżżat u għaldaqstant m'hinix f'pożizzjoni li nagħti tweġiba għal din il-mistoqsija.
Għaliex l-ajruplan Taljan involut f'inċident near missma' ajruplan lokali ġie rilaxxat daqshekk malajr meta kiser tant regolamenti, jiġifieri daħal fl-ispazju ta' l-ajru lokali bla ma identifika lilu nnifsu, qiegħed fil-periklu ajruplan tal-passiġġieri, illandja f'kundizzjonijiet meterjoloġiċi outside its limits?
Peress li l-ajruplan Taljan li reċentement kien involut f'inċident near miss ma' ajruplan lokali, il-bdot tiegħu qal li kellu nuqqas ta' fuel, saret wing inspection fuqu biex jiġi verifikat dan kienx minnu? Jekk l-ispezzjoni saret x'irriżulta? Jekk ma saritx din l-ispezzjoni, għaliex ma saritx?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li ma saritx wing inspection biex jiġi verifikat l-ammont ta' fuel fuq l-ajruplan għar-raġuni li ma ngħatax lok ta' dubju fuq id-dikjarazzjoni ta' emerġenza, iżda d-dipartiment hu nfurmat bl-ammont ta' fuel li tgħabba fuq l-istess ajruplan.
Jista' l-Ministru jgħid xi trading licences għandha l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament u li jiġġestixxi negozju taħt l-isem li qiegħed jinbagħat separatament?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-liċenzji tal-ħwienet bħal bars u restaurants ma jaqawx taħt id-dipartiment tal-liċenzji fid-Diviżjoni tal-Kummerċ imma taħt l-Awtorita' tat-turiżmu. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.