Legislature:
Category:
Reset
Active:

L-Imġarr – Hold ups u serq minn djar u stabbilimenti kummerċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu rrapurtati hold ups u serq minn djar u stabbilimenti kummerċjali ġewwa l-Imġarr mill-1 ta’ Jannar 2016 ‘l hawn? Kemm minnhom issolvew?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li kien hemm ħames rapporti ta’ serq minn djar u stabbilimenti kummerċjali rrappurtati lill-Pulizija fl-Imġarr bejn l-1 ta’ Jannar 2016 u l-31 ta’ Jannar 2017 u dawn għadhom mhux solvuti. Ma kienx hemm rapporti ta’ hold ups fl-istess perjodu.

Problema ta’ infurzar – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward problema ta’ infurzar?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-Pulizija tad-Distrett tkellmu mal-persuna ikkonċernata u minn naħa tagħhom ser jieħdu azzjoni għall-infurzar tal-liġi, relatat ma’ l-ilment tal-istess persuna.

Protezzjoni Sussidjarja — kriterji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kriterji sabiex persuna tgawdi minn Protezzjoni Sussidjarja? Jista’ jgħid ukoll x’inhuma l-kriterji li jwasslu sabiex persuna titlef din il-protezzjoni?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li persuna eliġibbli għall-protezzjoni sussidjarja tfisser ċittadin nazzjonali ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat li ma tikkwalifikax bħala refuġjat imma li tagħti raġunijiet sostanzjali sabiex jitwemmen li l-persuna interessata, jekk tirritorna lejn il-pajjiż ta’ oriġini tagħha, jew fil-każ ta’ persuna mingħajr stat tiffaċċja riskju veru li ssofri dannu serju. Għall-fini tal-att dwar ir-refuġjati, "dannu serju" tfisser: (a) il-piena tal-mewt jew eżekuzzjoni; jew (b) tortura, piena jew trattament mhux uman jew degradanti li applikant iġarrab fil-pajjiż tal-oriġini tiegħu; jew (ċ) theddida serja u individwali għall-ħajja ta’ persuna ċivili jew kull persuna minħabba fi vjolenza indiskriminata f’sitwazzjonijiet ta’ kunflitt armat internazzjonali jew intern. Il-protezzjoni sussidjarja għandha tintemm jekk il-Ministru ikun sodisfatt, wara li jikkonsulta mal-Kummissarju, li dawk iċ-ċirkostanzi li wasslu għall-għoti ta’ status ta’ protezzjoni sussidjarja ma jkunux baqgħu jeżistu jew ikunu daqstant inbidlu li ma tkunx meħtieġa aktar ebda protezzjoni. Għandu pero jitqies jekk il-bidla fiċ-ċirkostanzi tkunx waħda daqstant sinifikanti u ta’ xorta mhux temporanja li l-persuna eliġibbli għall-protezzjoni sussidjarja ma tkunx għadha aktar tiffaċċa riskju kbir ta’ danni gravi. Il-Ministru għandu jirrevoka jew jiċħad milli jġedded l-istatus ta’ protezzjoni sussidjarja ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz jew ta’ persuna apolidi jekk: (a) wara li tkun ingħatat status ta’ protezzjoni sussidjarja, hija kien imissha tiġi eskluża jew tiġi eskluża milli tkun eliġibbli għall-protezzjoni sussidjarja skont l-artikolu 17(1); jew (b) meta hija qarrqet bil-fatti jew ħalliet barra xi fatti, inkluż meta setgħet użat dokumenti foloz, dan kien ikun deċiżiv għall-għoti ta’ status ta’ protezzjoni sussidjarja.

Korp tal-Pulizija – membri rġiel u nisa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri rġiel fil-Korp tal-Pulizija fil-31 ta’ Diċembru 2016? Kemm mill-membri kienu nisa?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li fil-Korp tal-Pulizija bħala membri kien hemm 1,767 raġel u 427 mara.

Pulizija — ranks

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi lil din il-Kamra kemm hemm persuni f’kull rank tal-pulizija, rank b’rank f'kull diviżjoni u f'kull distrett?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Korp tal-Pulizija — uffiċini

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pulizija li preżentament jaħdmu fl-uffiċini tal-Korp tal-Pulizija u x’inhi r-rank ta’ dawn il-membri?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Korp tal-Pulizija – pulizija part-timers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pulizija part-timers preżentament fil-Korp tal-Pulizija?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, illi ninsab infurmat li preżentament hemm 133 Kuntistabbli tar-Riserva, part-timers fil-Korp tal-Pulizija.

Persuni involuti f’inċidenti tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni; u jekk hemm, jelenka l-persuni mingħajr ma jiżvela l-identità; li kienu involuti f’inċidenti tat-traffiku aktar minn darba, fejn l-inċidenti rriżultaw f’fatalità, korriment jew diżabilità lill-vittmi rispettivi? Għal kull persuna, jista’ jgħid ukoll l-inċident li kien involut fihom bħala sewwieq, id-data ta’ kull inċident u l-impatt fuq il-vittma?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li ma te¿istix sistema elettronika li permezz tagħha tista’ tiġi elenkata l-informazzjoni estensiva li ġiet mitluba. Fl-aħħar ħames snin, mal-Pulizija biss ġew irreġistrati ħmistax-il elf, sebgħa mija u tlieta u għoxrin rapport ta’ inċidenti, li fihom hemm involuti aktar minn tnejn u tletin elf persuna. Dan barra minn inċidenti li ġew irreġistrati mat-Traffic Wardens u oħrajn illi ġew trattati permezz ta’ formoli f’incidenti ta’ Front to Rear Collisions.

Pulizija — taħrik lil sidien ta' ħwienet li jiftħu il-Ħadd

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'kull distrett fil-ħidma tal-pulizija, b'referenza għar-regolamenti dwar il-ftuħ ta' ħwienet nhar ta' Ħadd, il-pulizija kemm sabet negozji li qed jiftħu nhar ta' Ħadd bi ksur tal-istess regolamenti rispettivi? Jista' jgħid kemm ħarku sidien ta' negozji f'Jannar u Frar 2017 rispettivament? Kemm kienu n-numru ta' dawn is-sidien li tħarku rispettivament minn kull distrett fl-organizzazzjoni tal-pulizija?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li matul dan il-perjodu ma kienx hemm sidien ta’ ħwienet illi ġew imħarrka.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzonali — entitajiet - kawżi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu kawżi fil-konfront ta' awtoritajiet u/jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemm l-ebda kawża.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — Positions of trust

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-positions of trust li hemm fil-Ministeru tiegħu?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Persuni mressqa l-Qorti fuq reati ta’ stupru

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30290 u jgħid kemm tressqu persuni l-qorti fuq reati ta' stupru matul l-2016 u x'kienu s-sentenzi mogħtija? Jista’ jgħid kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu ta’ nazzjonalità Maltija u kemm kienu ta’ nazzjonalità barranija?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li matul is-sena 2016, tressqu għaxar persuni l-Qorti fuq akkużi ta’ stupru. Dawn kienu kollha rġiel, erbgħa ta’ nazzjonalita` maltija u sitta barranin. Kien hemm każ wieħed biss fejn persuna ta’ nazzjonalita` barranija li kienet imressqa, ġiet illiberata mill-akkużi, l-każijiet l-oħra għadhom sub-judice.

Persuni mressqa l-Qorti fuq reati ta’ vjolenza

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30291 u jgħid kemm tressqu persuni l-qorti fuq reati ta' vjolenza fuq anzjani matul l-2016 u x'kienu s-sentenzi mogħtija? Jista’ jgħid kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu ta’ nazzjonalità Maltija u kemm kienu ta’ nazzjonalità barranija?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Persuni mressqa l-Qorti fuq drink driving

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30295 u jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti fuq drink driving f’Malta u f’Għawdex fl-2016?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li matul is-sena 2016 kien hemm total ta’ mitejn u tlett persuni li tressqu l-Qorti fuq drink driving f’Malta u f’Għawdex.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – priġunieri miżmuma fuq traffikar tad-droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni miżmuma fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin fuq traffikar ta' droga kull sena fis-snin 2012, 2013, 2014, 2015 u 2016? Kemm hemm persuni fil-Faċilità bħalissa kkundannati fuq traffikar ta' droga u kemm minnhom huma ta' nazzjonalità barranija?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li n-numru ta’ persuni li daħlu fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin kemm fuq arrest kif ukoll b’sentenza huwa kif ġej; 2012 95 2013 79 2014 79 2015 92 2016 86 Fil-preżent hemm 150 priġunier illi qed jiskontaw sentenza relatata ma’ traffikar ta’ droga li 76 minnhom huma ta’ nazzjonalita` barranija.

Mellieħa u San Pawl il-Baħar – rapporti ta’ serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu r-rapporti dwar serq li saru lill-pulizija fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, San Pawl il-Baħar (Buġibba u Qawra nklużi) sena b’sena bejn Jannar 2014 u Jannar 2017?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni kollha mitluba.

Korp tal-Pulizija – specialization allowance

Question

Peress li fi klawsola 5.4.2 tal-ftehim settorjali tal-Pulizija tal-2012 bit-titlu “New Salary Structure and Conditions for the Police Force (GHQ Circular No.50/2012) hemm indikata specialization allowance ta’ €279.53 fis-sena, jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni kemm hu t-total ta’ membri fil-Korp tal-Pulizija li jibbenefikaw minn din l-allowance? Jista’ jagħti dettalji f’liema sezzjonijiet/distretti huma stazzjonati dawn il-membri tal-Korp li jibbenefikaw minn din l-istess allowance?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li din l-ispecialisation allowance qed jieħduha għaxar membri tal-Korp. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni kollha mitluba.

Enforcement dwar regolamenti għall-ftuħ ta’ ħwienet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid b’liema kriterji, u x’informazzjoni għandha l-pulizija biex tagħmel l-enforcement dwar regolamenti dwar il-ftuħ ta’ ħwienet nhar ta’ Ħadd li jkunu qed jirrispettaw l-istess regolamenti li jirregolaw il-ftuħ ta’ ħwienet nhar ta’ Ħadd? Jista’ jgħid s’issa x’enforcement qed isir mill-pulizija f’dan ir-rigward ta’ regolament dwar il-ftuħ ta’ ħwienet nhar ta’ Ħadd?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li wara li tneħħa l-obligu legali għall- ħtieġa tal-liċenzja tan-negozju għall-ħwienet, kif dejjem kienet il-prassi, il-Pulizija tibqa’ tagħmel ir-ronda kif ukoll spezzjonijiet, biex tara li l-liġijiet ikunu osservati u fin-nuqqas jittieħdu passi kif stipulat mill-istess liġi.