B'referenza għal mistoqsijiet parlamentari 28874 u 28725 jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħlas ta' reġistrazzjoni (mhux tat-taxxa fuq reġistrazzjoni) fuq vetturi tat-tip battery operated cars? Jista' jgħid kemm huwa l-ħlas ta' din ir-reġistrazzjoni fuq dawn il-vetturi?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
: Ninsab infurmat li hemm ħlas amministrattiv ta’ Lm 5 fuq kull reġistrażżjoni ta’ vetturi inklużi dawk battery operated cars.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28741 u jgħid għaliex wara sena li dam biex tlesta bus shelterfi Triq iz-Zejtun ( quddiem Sonren Pharmacy) Tarxien MEPA Permit 04089/05, il-karozzi tal-linja lejn u miż-Żejtun qed jgħaddu minn Triq il-Knisja, f'liema triq m'hemmx bus stops jew shelters? Jista' dan ix-shelter jiġi żarmat u jintrama fi Triq il-Knisja fejn in-nies li jużaw il-buses m'għandhomx post stabilit fejn jirkbu, xemx u xita? Fil-bidu tal-ġurnata jinħoloq kaos għaliex il-buses jiefqu f'nofs Triq il-Knisja (double parking) biex il-passiġġieri jirkbu b'periklu kbir u t-traffiku jitwaqqaf. Ix-xogħol inutli li sar fuq dan il-bus shelter hu ta' kwalita' jew ta' periklu meta tara display board kbira tal-ħġieġ wieqfa fuq biċċa njama għaliex il-concrete ma tpoġġiex sew? Saru inspections wara li sar dan ix-xogħol?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall- mistqosija parlamentari 28741.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jinbeda x-xogħol ta' tarmac fuq Triq Pietru Saliba, f'Ħal-Luqa wara li dawn ir-residenti kienu mwiegħdin li x-xogħol kellu jinbeda sas-sena d-dieħla?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi din it-triq tagħmel parti mill-pjan ta’ toroq li għandhu jiġi mplementat sas-sena 2008.
Billi ħdejn ir-roundabout fil-bypass ta' Birkirkara kantuniera ma' Triq Tumas Fenech qegħdin isiru ħafna inċidenti, jista' l-Ministru jara li jsiru l-marki sew fit-triq u jsir signage aħjar ħalli l-karozzi jsuqu aktar bil-mod fil-viċinanzi?
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il serqa ġiet rappurtata mill-ministeru, dekasteru u enti li jaqgħu taħtu matul l-ewwel għaxar xhur tas-sena? Kemm jammontaw f'ċifra ta' flus globali l-oġġetti misruqa?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li ma ġie rrapurtat l-ebda serq f'dawn l-ewwel għaxar xhur ta' din is-sena, la mill-ministeru, dekasteru u enti li jaqgħu taħtu.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ħsieb tal-gvern dwar is-sit tat-Teatru Rjal? Meta ser isir ix-xogħol maħsub, jekk inhu l-każ, u kemm huwa maħsub li jiġi jiswa?
Jista’ l-Ministru jgħid x’laqgħat saru ma’ Gzira United FC dwar il-ground tal-football li se jkollhom f’isimhom ġewwa Manoel Island? Meta saru dawn il-laqgħat u min kien preżenti? Jista’ jgħid ukoll jekk sarx xi abbozz ta’ ftehim dwar l-allokazzjoni tal-ground tal-football? Jekk fl-affermattiv, jista’ jpoġġi kopja tiegħu fuq il-mejda tal-Kamra?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ma kien hemm l-ebda laqgħa uffiċjali mal-Gżira United Footbal Club dwar il-ground tal-Football u ma sar l-ebda abbożż ta’ ftehim dwar l-allokażżjoni ta’ l-istess football ground.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li sar ir-rilaxx ta’ l-art mill-MIDI lill-gvern li tinsab ġewwa Manoel Island sabiex jinbena ground tal-football kif ukoll clubhouse li se jkunu għall-użu esklussiv tal-Gżira United FC u n-nursery ta’ l-istess club? Meta huwa maħsub li jibda’ x-xogħol fuq dan il-proġett? Jikkonferma li flimkien ma’ dan il-proġett hemm ukoll il-premises tar-Royal Malta Youth Club? Jekk iva, meta se jibda’ x-xogħol fuq dawn il-premises ħalli immedjatament wara jkun jista’ jibda dak tal-ground tal-football u l-clubhouse? Japprezza li fil-preżent il-club tal-football tal-Gzira United ma jistax jagħmel titjib u tiswijiet fil-ground preżenti, fosthom ta’ bini kkundannat, u għalhekk il-proġett huwa ta’ natura urġenti?
Jista' l-Ministru jgħid liema persuna diżabbli ngħatat post ta' reserved parking quddiem Rohan Flats fi Triq Belvedere, l-Gżira peress li f'dawk il-flats m'hemmx persuna diżabbli li għandha bżonn dak l-ispazju?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku rriżulta li r-Reserved Parking għal persuni b’disabbilita’ li għaliha qed tirreferi din il-mistoqsija parlamentari ġiet approvata fit-12 ta’ Jannar 2001 fuq rakkomandażżjoni tal-Kummisjoni Nazzjonali Persuni B’Disabbilita’.
Jista' l-Ministru jgħid x'wera l-istudju li sar s'issa li rrefera għalih b'risposta għad-domanda parlamentari 27353?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sar survey tal-livelli u bħalissa l-ADT qed taħdem fuq proposta sabiex tonqos il-problema tal-ilmijiet f’din it-triq.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 24328 u 24443 u jara jekk hux possibbli li fil-pont tal-Mosta ssir xi struttura li żżid is-sigurta' tal-persuna jekk din f'mument ta' dlam tiddeċiedi li tneħħi ħajjitha b'idejha u taqbeż minn fuq il-pont peress li dan il-pont huwa post fejn isiru diversi suwiċidji matul is-sena u struttura bħal din tista' tnaqqas ir-riskju li jintilfu ħajjiet?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li b’kolloborażżjoni mal-Ministeru tal-Intern qed isiru studji fejn huma l-postijiet bl-izjed inċidenza ta’ disgrażżji msemmija fil-mistoqsija parlamentari. Wieħed wara jista jara xi tkun l-aħjar solużżjoni li tiskoraġġixxi deċiżżjonijiet mgħaġġla ta’ din in-natura. Wieħed jrid jqis ukoll jekk l-istess infiq ta’ flus jkollhomx effett aħjar jekk jintużaw fi proġetti ta’ fejda bħall Counselling ma persuni jew gruppi ta’ nies l-izjed susxetibili. Jekk il-miżuri li evelwalment jittieħdu jirnexxielhom jsalvaw ħajja waħda biss jkun ntlaħaq l-iskop aħħari tagħhom.
Jista' l-Ministru jassigura li l-problema li ilha minn 1991 fi Triq Emmanuele Vitale, r-Rabat Malta u cioe' li l-bankina qegħda 'l isfel mill-livell tat-tarmak tat-triq u dan b'konsegwenza li din is-sitwazzjoni hija ta' periklu kbir għas-sigurta' tar-residenti?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill Onorevoli Interpellant li meta jssiru xogħlijiet ta’ bini ta’ toroq dawn issiru skond il-livelli li jiġu maħduma u mogħtija mill-MEPA.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28681 u jgħid jekk hemmx xi relazzjoni bejn l-inspectors tal-PTA u l-ADT?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-unika relażżjoni bejn l-inspectors ta’ l-ADT u l-PTA hija li t-tnejn jagħmlu xogħol ta’ infurzar fuq xogħol skedat tax-xarabanks. L-inspectors tal-PTA huma impjegati mill-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku filwaqt li it-Transport Assistants huma impjegati mill-Awtorità dwar it-Trasport.
Jista' l-Ministru jgħid x'fadal xogħol x'isir u meta hu mistenni jitlesta x-xogħol fi Triq it-Taħħan u Triq iz-Zahar f'H'Attard?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-ADT qed tistenna l-espropjażżjoni meħtiega fi Triq iz-Zahar biex imbagħad tkun tista’ tagħlaq ix-xogħlijiet. Ix-xogħlijiet li setgħu jsiru fi triq it-Taħħan saru.
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi progress fir-rigward ta' Dock 1?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nitlob lill-Onorevoli Nterpellant jirreferi għar-risposti mogħtija fit-3 ta' Ottubru, 2007 u fis-17 ta' Ottubru, 2007. L-Outline applicationqiegħda tiġi kkunsidrata l-MEPA u n-negożjati mal-konsorzja qegħdin ikomplu.
Jista' l-Ministru jara li jsir xi ħaġa sabiex it-triq ta' madwar l-iskola G. Despott, Bormla ma tibqax tegħreq ma' kull ħalba xita?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-ADT bidlet parti mis-sistema ta’ l-istorm water culvert peress li kien hemm sadd konsiderevoli. F’dan l-aħħar żmien ġiet mwaqqfa unit ta’ maintenance li qed tieħu ħsieb dawn il-culverts.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi s-sitwazzjoni meta sid ta' karozza jmut u jkun hemm numru ta' ċitazzjonijiet pendenti? Min hu responsabbli għalihom? Jew dawn imutu miegħu?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li meta Sid ta’ karozza jmut il-karozza tiġi trasferita għal fuq l-eredi. Jekk ikun hemm ċitażżjonijiet pendenti l-Awtorita’ dwar it-Trasport għandha l-obbligu li meta jsir trasferiment tiġbor il-ħlas għal dawk iċ-ċitażżjonijiet (pendenti) li jkunu ġew mdaħħla fis-sistema komputeriżżata tagħha. Dan isir a bażi tal-Leġislażżjoni sussidjarja 65.23.