LNG Tanker – ħruġ ta’ bastimenti tas-sajd mill-port ta’ Marsaxlokk
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jkun affetwat id-dħul u l-ħruġ tal-bastimenti tas-sajd mill-port ta' Marsaxlokk minħabba l-preżenza tal-LNG tanker fl-istess port speċjalment meta jkun qiegħed isir ir-refuelling tal-istess tanker?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
LNG Tanker – Ħruġ ta’ permessi — restrizzjonijiet dwar densità ta’ popolazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jkun hemm xi restrizzjonijiet dwar densità ta' popolazzjoni fir-rigward ta' ħruġ ta' permessi tal-Awtorità tal-Ippjanar minħabba s-SEVESO Directive peress li jkun hemm il-preżenza tal-LNG tanker fil-port ta' Marsaxlokk?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 28440.
Jista’ l-Ministru jgħid x’livell ta' ħsejjes se jkun hemm fil-port ta' Marsaxlokk meta se jkun hemm ir-refuelling tat-tanker tal-LNG?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Electrogas Malta Ltd iddikjarat illi l-livelli ta’ ħsejjes waqt l-operat normali tal-faċilità u f’distanza ta’ 100 metru mhux se jaċċedu 65Db(A). Madankollu, l-operaturi huma marbutin illi jesegwixxu moniteraġġ perjodiku ta’ ħsejjes, approvat mill-Awtorità għall-Amjent u r-Riżorsi, bħala parti mill-kundizzjonijiet tal-permess tal-IPPC. F’kaz li dan il-moniteraġġ jindika li hemm livelli ta ħsejjes eċċessivi, l-Awtorita’ teżiġi illi l-operatur jipproponi miżuri ta’ mitigazzjoni għall-iskrutinju tagħha, kif ukoll pjan ta’ implimentazzjoni ta’ dawn il-miżuri.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu nies jaħdmu mad-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Annimali mit-13 ta' Marzu 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b' xahar? Mil-liema lokalità ġejjin dawn in-nies u kemm kellhom żmien meta ġew ingaġġati? X'inhu l-grad li ġew ingaġġati bih u x'inhu l-grad li jinsabu fih illum? X'tip ta' xogħol qed jagħmlu?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħidkemm ingħataw transfers lill-individwi minn u lejn id-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Annimali mit-13 ta' Marzu 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar? F'liema gradi kienu dawn l-individwi li ngħataw dawn it-transfers? X'tip ta' xogħol qed jagħmlu?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor Interpellant li mit-13 ta' Marzu 2013 sal-15 ta’ Novembru 2016 kien hemm erbgħa transfers minn - u tmien transfers lejn - id-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali f’diversi gradi fostom Officer in Grade 9, Clerk u Senior Clerk. Ix-xogħol ta’ dawn l-impjegati jvarja skont il-grad tagħhom.
Jista’ l-Ministru jgħid x'passi ħa fuq u wara r-rapport fil-Mument tat-13 ta' Novembru 2016 (paġna 10 u 11) dwar annimali miżmuma f'kundizzjonijiet ħżiena u abbużi oħra?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi rapporti fuq dan il-każ daħlu darbtejn għand id-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali. L-ewwel rapport kien datat 27 ta’ Mejju 2016 u t-tieni rapport daħal fid-29 ta’ Lulju 2016. L-Uffiċjali tal-Ħarsien tal-Annimali segwew dawn ir-rapporti u għamlu diversi spezzjonijiet f’dan ir-rigward. F’kull spezzjoni dejjem irriżulta li l-annimali kienu jinsabu fi stat tajjeb u ma kienx hemm l-ebda moħqrija jew abbuż. Jidher li l-annimali għandhom nutrizzjoni tajba u kellhom friex adegwat u nadif. L-annimali għandhom parti msaqqfa bħala lqugħ kontra l-elementi naturali kif ukoll aċċess għal bitħa (paddock). Min-naħa tad-Direttorat tal-Ħarsien tal-Annimali ma kien hemm l-ebda ksur ta’ regolamenti.
Impjant ta’ Sant’Antnin – spezzjoni fuq skart wara s-7:00 pm
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed issir spezzjoni fuq l-iskart li jidħol fl-impjant ta’ Sant’Antnin wara s-7.00pm?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninsab infurmat li peress li wara l-ħin tas-sebgħa ta’ filgħaxija kienu jidħlu ftit vetturi, l-ispezzjonijiet kienu jsiru b’mod ad hoc u mhux dejjem. Riċentement, il-WasteServ iddeċidiet li l-ispezzjonijiet jibdew isiru kontinwi fuq kull vettura li tidħol sal-ħin tal-għeluq tal-faċilita’ u qegħda fil-fażi li timpjega spettur ieħor sabiex dan ix-xogħol ikun jista' jsir.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu l-kunsilli lokali li applikaw biex jibbenefikaw mill-miżuri 313 u 323? F'kull każ, liema kienu l-proġetti li għalihom saret l-applikazzjoni, minn kull kunsill lokali separatament? Liema proġetti ġew aċċettati u liema ma ġewx aċċettati? Mill-proġetti aċċettati liema baqgħu ma saru qatt?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Qed npoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Pitkalija – Privatizzazzjoni – bdiewa, pitkala u xerrejja
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kif se jkunu milqutin il-bdiewa, pitkala u xerrejja jekk il-Pitkalija tiġi pprivatizzata jew inkella jekk isir public private partnership?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 28429.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se ssir il-manutenzjoni tant neċessarja fil-Pitkalija peress li f' dawn l-aħħar tliet snin ma sar l-ebda xogħol ta' manutenzjoni infrastrutturali?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-unika xogħol ta’ infrastruttura jew manutenzjoni li sar fil-Pitkalija f’dawn l-aħħar 30 sena kien bejn l-1996 – 1998 taħt Gvern Laburista meta nbnew mill-ġdid it-tined ta’ fuq il-platforms.
Taħt diversi amministrazzjonijiet Nazzjonalisti, mill-1987, ma sar ebda xogħol ta’ infrastruttura u l-Pitkalija tħalliet f’telqa sħiħa.
In¿id ngħid li matul din is-sena beda l-proċess ta’ manutenzjoni infrastrutturali ġewwa l-Pitkalija, fosthom:
1. Xogħol ta’ manutenzjoni fid-depot tal-kaxxi,
2. Bini ta’ kamra ġdida tas-sikurta’,
3. Manutenzjoni fuq ħitan tal-madwar il-Pitkalija,
4. Tħejjijiet biex jinghata t-tarmac fit-toroq ta’ ġewwa l-Pitkalija,
5. Tkomplija tal-proġett pilota mal-Koperattiva Ċentrali tal-Bdiewa (FCCS) (fosthom bini ta’ cold rooms adekwati, tqegħid ta’ sistema’ ta’ fibre optic cable u xiri ta’ kaxxi mgħamra biċ-ċippa) li issa wasal fl-aħħar fazi tiegħu u mistenni li jibda jaħdem fil-bidu tas-sena d-dieħla.
Peress li għal dawn l-aħħar tliet snin is-Segretarju Parlamentari qed jgħid li l-Gvern qiegħed fil-proċess li jdaħħal riforma sħiħa fil-Pitkalija, jista’ l-Ministru jgħid meta attwalment din ir-riforma dieħla u fiex se tkun tikkonsisti din r-riforma?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Niġbed l-attenzjoni illi r-riforma fil-Pitkalija ilha li bdiet prattikament mill-ewwel ġurnata ta’ din l-amministrazzjoni. Ir-riforma tikkonsisti kemm f’xogħlijiet infrastrutturali, kif ukoll fl-operat tal-Pitkalija.
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija tiegħu stess, numru 28431 għal dak li jirriggwardja xogħol ta’ manutenzjoni u infrastrutturali, u nżid ngħid li saru diversi riformi oħra fl-operat tal-Pitkalija, fosthom:
1. Introduzzjoni ta’ garanzija bankarja li tat serħan il-moħħ lill-bdiewa,
2. Xiri sostanzjali ta’ numru ta’ kaxxi biex jaqdi l-ħtiġijiet tal-bdiewa matul l-istaġuni kollha,
3. Tibdil fil-ħinijiet tal-operat biex kemm il-bdiewa u x-xerrejja jkunu moqdija aħjar,
4. Introduzzjoni ta’ sistema ġdida biex taqdi l-ħtigijiet tal-mara tad-dar u telimina l-abbużi,
5. Bdil komplet tal-kupuni qodma f’kupuni ġodda, mgħammra b’teknoloġija biex telimina l-abbuż ta’ falsikifazzjoni,
6. Manutenzjoni estensiva fil-faċilita’ fejn jinżammu l-kaxxi kif ukoll fejn jinħaslu dawn il-kaxxi b’ħarsien ta’ regolamenti fuq sikurta’ u iġene,
7. Kontroll strett fuq l-indafa u iġene tal-post kif jixraq f’post fejn jinbiegħu prodotti tal-ikel ghal-konsum.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu nies jaħdmu l-Pitkalija mit-13 ta' Marzu 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsijia parlamentari, maqsuma xahar b'xahar? Mil-liema lokalità ġejjin dawn l-impjegati u kemm kellhom żmien meta ġew ingaġġati? X'inhu l-grad li ġew ingaġġati bih u x' inhu l-grad li jinsabu fih illum? X'tip ta' xogħol qed jagħmlu?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Qed npoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid, kemm ingħataw transfers lill-individwi minn u lejn il-Pitkalija mit-13 ta' Marzu 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari maqsuma xahar b’xahar? F'liema gradi kienu dawn l-individwi li ngħataw dawn it-transfers? X'tip ta' xogħol qed jagħmlu bħalissa?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor Interpellant li mit-13 ta' Marzu 2013 sal-15 ta’ Novembru 2016 kien hemm ħames transfers minn - u ħames transfers lejn - il-Pitkalija, f’diversi gradi fosthom Senior Agricultural Officer, Senior Clerk u Clerk. Ix-xogħol ta’ dawn l-impjegati jvarja skont il-grad tagħhom.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu nies jaħdmu l-Pixkerija mit-13 ta' Marzu 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar? Mil-liema lokalità ġejjin dawn in-nies u kemm kellhom żmien meta ġew ingaġġati? X'inhu l-grad li ġew ingaġġati bih u x' inhu l-grad li jinsabu fih illum? X' tip ta' xogħol qed jagħmlu?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Qed npoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Wasteserv – persuni ngaġġati mal-Iscammel – ġbir ta’ skart
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li ġew ingaġġati mill-Wasteserv biex ikunu mal-iscammels jissorveljaw il-ġbir tal-iskart mid-djar fil-lokalitajiet ta' Għawdex? Kif ġew ngaġġati dawn il-persuni u għal kemm żmien? Kif ġew magħżula u x’inhi l-paga li qed jirċievu?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor Interpellant li hemm total ta’ 17-il persuna li ġew ingaġġati sabiex jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fis-separazzjoni tal-iskart organiku fil-gżira t’Ghħwdex, li jinkludi sorveljanza tal-ġbir ta’ dan l-iskart mill-iscammels.
Dawn gew ingaġġati tramite l-kuntrattur JF Services Ltd, fuq bażi każwali, marbutin mall-bżonnijiet tal-proġett.
Il-persuni gew magħżula tramite intervista u qegħdin jitħallsu bil-paga ta’ €7.76 fis-siegħa.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex ġewwa l-impjant tal-Malta North qed jew kien qed jiġi magħżul bulky refuse bl-idejn mill-ħaddiema?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-impjant tal-Malta North ġie d-diżinjat għall-bulky refuse. Peress li hemm ammont ta’ bulky refuse li huwa mħallat ukoll bi skart ieħor, fosthom skart tal-kostruzzjoni mħallat, bċejjeċ kbar tal-ħadid u skart elettroniku, dawn irridu jitneħħew qabel ma jidħlu għat-trattament biex b’hekk jiġi salvagwardjat l-impjant. Għaldaqstant, hemm ċerta skart li qed jiġi magħzul bl-idejn. Tajjeb li nfakkru li fi żminijiet passati, proċessi simili biex jintagħżel materjal goff riċiklabbli kien issir direttament fuq l-engineered landfill tal-Għallis għall-elementi tat-temp.
Jista’ l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li f'dawn l-aħħar xhur, iż-żmiem li fih sajjied ikun irid idaħħal il-karti ta' x'biegħ ħut lid-Dipartiment, niżel għal 24 siegħa? Huwa possibbli li jitwal iż-żmien li fih sajjied ikun irid jirreġistra x'ħut ikun biegħ, peress dan il-perjodu ta' 24 siegħa qed jagħmilha diffiċli lis-sajjieda jerġgħu joħorġu jistadu f'każ ta' bnazzi?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-Artikolu 62 tar-“Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009, tal-20 ta’ Novembru 2009, li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd”, il-preżentazzjoni tan-noti tal-bejgħ lill-Awtorita’ kompetenti għandha ssir fi żmien 48 siegħa minn meta isir il-bejgħ għal dawk l-operaturi b’fatturat finanzjarju annwali għall-ewwel bejgħ tal-prodotti tas-sajd inqas minn €200,000. Għal dawk li għandhom fatturat ikbar il-preżentazzjoni tan-noti għandha issir fi żmien 24 siegħa. Fil-kaz li l-bejgħ tal-ħut isir fil-pixkerija n-nota tal-bejgħ issir responsabilta’ tal-Pitkal li jkun għamel il-bejgħ tal-prodotti. Peress li dan huwa obbligu minn liġi ta’ l-Unjoni Ewropeja, ninsab infurmat li ma jistax jiġi applikat żmien itwal.
Promozzjoni ta’ esportazzjoni ta’ diversi prodotti agrikoli
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'ħidma qiegħda ssir mis-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Biedja u s-Sajd kif ukoll mid-Dipartimenti li jaqgħu taħtu sabiex jippromwovu l-esportazzjoni ta' diversi prodotti agrikoli bħat-tadam, qarabagħli, brunġiel, bżar u anke ħass lejn diversi pajjiżi Ewropej, bħalma jsir fil-każ tal-esportazzjoni tal-patata?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor Interpellant illi l-esportazjoni ta’ prodotti agrikoli bħal ma hi dik tal-patata hija attivita’ kummerċjali u li fiha ma jistax jiġi nvolut il-Gvern. Madanakollu, id-Direttorat tad-Diversifikazzjoni u Kompetittività fi ħdan id-Dipartiment tal-Iżvilupp Rurali jilqa’ talbiet għal pariri tekniċi fuq prodotti li jistgħu jiġu esportati lejn pajjizi Ewropej.
Jista’ l-Ministru jgħid kif se jinqasam il-kumpens li se jagħti l-Gvern lill-bdiewa għall-force majeure? Kemm hawn bdiewa li se jgawdu minn dan il-kumpens u l-bdiewa nvoluti se jkunu full-time jew part-time?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Nitlob lill-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu għal liema force majeur qed jirreferi.
Jista’ l-Ministru jara li jidħlu fis-seħħ liġijiet li ma tippermetti lil ħadd, lanqas lill-Gvern, li jieħu raba’ saqwi mingħand bdiewa ħlief f'każijiet ta' bini ta' sptar jew ta’ tfittix għaż-żejt?
Response (HERRERA, JOSÈ)
L-interessi tal-bdiewa li jkollhom raba saqwi mikrija għandhom diġà huma kawtelati fl-Att dwar it-Tiġdid ta’ Kiri tar-Raba (Kap. 199 tal-Ligijiet ta’ Malta).