Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni dwar it-tibdil li sar fil-mod kif kienu jitħaddmu u kif qed jitħaddmu llum is-servizzi u l-benefiċċji relatati mal-kartuna s-safra u dik roża?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli. Interpellant illi, sabiex persuna tinħarġilha l-Karta r-Roża trid tippreżenta f’xi uffiċċju distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, riċetta mingħand it-tabib tagħha, tal-mediċini li għandha bżonn.
Jekk il-persuna tkun benefiċjarja ta’ Benefiċċju mhux Kontributorju, jew tkun persuna li kienet tbati mid-dijabete’ qabel Ġunju 2012 u għażlet li tibqa’ bil-karta r-roża, jew inkella tkun tgħaddi mit-test tal-mezzi, kif stabbilit fil-liġi tas-Sigurtà Soċjali, tinħarġilha l-Karta r-Roża.
L-uniku tibdil li kien hemm rigward il-Kkarta r-Rroża kien fit-test tal-kapital, li minn €9,320 żdied għal €14,000 għal persuni singoli, filwaqt li minn €16,310 żdiet għal €23,300 għal koppja.
Għal spjegazzjoni fuq il-Kkarta s-Ssafra, nitlob lill-Onorevoli. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru ikkonċernat.
Awtorità tad-Djar — skema fuq sussidju ta’ 2.5% fuq self mill-banek
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni bbenefikaw mill-iskema maħruġa mill-Awtorità tad-Djar fis-sena 2012 immirata sabiex jingħata sussidju ta’ 2.5% fuq is-self mill-Banek għax-xiri tal-ewwel residenza mingħand il-privat fuq l-ewwel €80,000 self?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, kienu 231 persuna li bbenefikaw minn sussidju ta’ 2.5% fuq is-self minn Banek taħt l-Iskema maħruga mill-Awtorita’ tad-Djar fl-2012.
Awtorità tad-Djar – għajnuna lill-għaqdiet Volontarji — servizz ta’ housing
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm l-Awtorità tad-Djar assistiet għaqdiet volontarji li jipprovdu servizzi ta’ housing lill-persuni fil-bżonn fis-sena 2014? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża u f’liema forma ngħatat din l-assistenza? Jista’ jgħid ukoll min kienu dawn l-organizzazzjonijiet li bbenefikaw minn din l-assistenza u kemm kien l-ammont li ngħata f’kull każ?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Awtorità tad-Djar – għajnuna lill-għaqdiet Volontarji — servizz ta’ housing
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm l-Awtorità tad-Djar assistiet għaqdiet volontarji li jipprovdu servizzi ta’ housing lill-persuni fil-bżonn fis-sena 2015? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża u f’liema forma ngħatat din l-assistenza? Jista’ jgħid ukoll min kienu dawn l-organizzazzjonijiet li bbenefikaw minn din l-assistenza u kemm kien l-ammont li ngħata f’kull każ?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Awtorità tad-Djar – għajnuna lil għaqdiet Volontarji — servizz ta’ housing
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm l-Awtorità tad-Djar assistiet għaqdiet volontarji li jipprovdu servizzi ta’ housing lill-persuni fil-bżonn fis-sena 2016? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża u f’liema forma ngħatat din l-assistenza? Jista’ jgħid ukoll min kienu dawn l-organizzazzjonijiet li bbenefikaw minn din l-assistenza u kemm kien l-ammont li ngħata f’kull każ?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Awtorità tad-Djar – sit elettroniku – ammont ta’ viżitaturi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ viżitaturi fuq is-sit elettroniku tal-Awtorità tad-Djar matul is-snin 2014, 2015 u 2016, sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm-il talba rċeviet l-Awtorità tad-Djar minn fuq dan is-sit fis-snin imsemmija?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward sussidju fuq ħsarat tal-kamra tal-banju?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuna li għaliha qegħda ssir referenza applikat għal xogħlijiet li għalihom fl-2001 diġa kienet ibbenefikat minn sussidju.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, peress li skont ir-records se tispiċċa ta’ 63 sena u se tispiċċa b’pensjoni ta’ 10 snin bolol fejn se tispiċċa b’€65 fil-ġimgħa u taħseb li hemm xi żball?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, il-każ imsemmi minnu ġie mistħarreġ u s-Sinjura ser tkun infurmata permezz ta' ittra uffiċjali.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mhijiex intitolata għall-għajnuna tal-mard u dan meta d-dħul tagħha ma jaċċedix dak rikjest mil-liġi?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-każ tal-persuna msemmija kien maħdum mill-ġdid wara li reġgħet applikat fejn issa l-kapital mhux jeċċedi dak stabbilit mill-Att dwar is-Sigurtà Soċjali.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — Positions of trust
Question
Jista’ l-Ministru jelenka l-positions of trust li hemm fil-Ministeru tiegħu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-positions of trust li hemm fil-Ministeru huma : Personal Assistant to Permanent Secretary, Administrative Coordinator, IT Officer, Project Manager u Administrative & Support Officer.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru reġistrat mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali ta' single parents f'Malta u f’Għawdex? Kemm minn dawn huma nisa u kemm minnhom huma rġiel? Kemm minn dawn jirrisjedu f'Għawdex? Kemm huwa n-numru totali ta' tfal li qed jittrabbew minn dawn is-single parents?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, in-numru ta’ Single Parents f’Malta u f’Għawdex reġistrati mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali huwa skont kif qiegħed jidher fit-tabella t’hawn taħt.
Malta
Ghawdex
Total Malta u Ghawdex
Single Parents
Numru ta' Tfal
Single Parents
Numru ta' Tfal
Single Parents
Numru ta' Tfal
Nisa
9,140
13,061
396
574
9,536
13,635
Irġiel
2,797
3,970
139
203
2,936
4,173
Total
11,937
17,031
535
777
12,472
17,808
Jista’ l-Ministru jgħid kemm nefqet l-Awtorità tad-Djar biex isiru tiswijiet lill-inkwilini li qegħdin f’kirjiet u li m’għandhomx mezzi biżżejjed biex isiru dawn it-tiswijiet fl-2016? Jista’ jgħid ukoll kemm gawdew familji permezz ta’ din l-għajnuna?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, matul is-sena 2016, l-Awtorità tad-Djar wettqet diversi tiswijiet kif ukoll xogħlijiet ta’ titjib u tisbieħ fil-komun, bjut u faċċati fi blokki ta’ appartamenti u proprjetajiet oħra residenzjali mikrija mingħand il-Gvern u l-Awtorità tad-Djar. Dawn ix-xogħlijiet, li kienu mifruxa f’madwar 590 blokk jew proprjeta’ fi 43 lokalita’ differenti, laħqu spiża ta’ madwar €1.8 miljun.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm imorru jieklu klijenti bejn wieħed u ieħor f’Dar Papa Franġisku li nfetħet is-sena li għaddiet? Min huma l-persuni li qed jużaw dan is-servizz?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mit-18 ta’ Lulju 2016, jiġifieri minn meta nfetħet id-Dar Papa Franġisku, sal-aħħar ta’ Jannar 2017, in-numru ta’ kuntatti mas-servizz tal-ikel, kien ta’ 258. Dan in-numru jinkludi t-total ta’ drabi li l-klijenti kielu u mhux in-numru ta’ klijenti.
Dawn il-persuni huma nies bi problemi ta’ vizji varji, nies bi problemi ta’ saħħa mentali, persuni waħedhom, u nies barranin li ġejjin mill-Afrika jew mil-Lvant.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm klijenti li jorqdu Dar Papa Franġisku b’mod regolari u x’inhu l-ammont ta’ barranin li jużaw dan is-servizz?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, in-numru ta’ drabi li klijenti raqdu Dar Papa Franġisku mit-18 ta’ Lulju sal-aħħar ta’ Jannar 2017 kien ta’ 286.
Minn dan in-numru, kien hemm 54 barranin li raqdu ġewwa d-dar għall-istess perjodu.
B’referenza għax-Xelter Dar Maria Dolores li nfetaħ f’Diċembru 2016, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm klijenti li qegħdin jużaw dan is-servizz u x’kienet ir-raġuni li kellhom jużaw dan is-servizz?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mid-29 ta’ Diċembru 2016 sat-23 ta’ Frar 2017 in-numru ta’ drabi li l-klijenti ta’ Dar Maria Dolores raqdu f’din id-dar kien ta’ 22. Dawn l-individwi huma kollha vittmi ta’ droga u persuni bi problemi ta’ saħħa mentali.
Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri qed jittieħdu sabiex il-binjiet il-ġodda li se jinbnew dalwaqt ikunu energy efficient?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, ser jittieħdu l-miżuri neċessarji sabiex il-binjiet il-ġodda li ser jinbnew ikunu energy efficient, u dan permezz ta’ materjal adekwat u wkoll kostruzzjoni u stil, speċjalment fl-aperturi esterni u s-soqfa, li jippermettu li l-binjiet ikkonċernati ma jaħlux enerġija.
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju wasal il-proġett sabiex tiġi rranġata Binja Buqana?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, x-xogħol fuq Binja Buqana nbeda f’Diċembru li għadda u miexi skont il-pjan li tħejja. Sar diġa xogħol estensiv fuq it-travi fis-sotterran tat-tlett blokok u ġew investigati wkoll diversi pilastri sabiex isir magħruf x’hemm taħt il-wiċċ tal-art. Tħejjew id-disinji tal-interventi li jridu jsiru fuq il-bażijiet ta’ dawn il-pilastri kif ukoll id-disinji tal-pilastri l-oħra li jridu jiġu msaħħa. Ser jibda dalwaqt x-xogħol fuq it-terazzini tal-binja billi jinqala’ l-madum u tiġi ndirizzata l-problema fejn l-ilma qed jidħol fl-istruttura tal-binja u li qed jikkaġuna ħafna ħsara. Kif kien mistenni, skoprejna problemi ġodda li ma stajniex inkunu nafu bihom qabel iżda li kienu fil-pjan ta’ kontinġenza li ħejjejna.
Ninnota bi pjaċir li r-residenti huma ferm rikonoxxenti għal fatt li l-Gvern preżenti daħal għal din il-biċċa xogħol skabruża, kkaġunata mill-irresponsabilta tal-Gvern preċedenti li ma ndirizzax nuqqasijiet kbar li kienu għaddejjin u li kienu ġew notifikati lilu diversi drabi. Riżultat tal-irresponsabilita’ tal-Gvern preċedenti, l-ispiża kollha ser tinġarr mill-Gvern preżenti minflok mill-persuni responsabbli, minħabba li l-azzjoni ma ttieħditx fil-ħin li nġibdet l-attenzjoni tal-problemi strutturali.
Bi pjaċir ninforma lil din il-Kamra li hemm kollaborazzjoni sħiħa mir-residenti matul dan il-proċess li fih qed isiru x-xogħlijiet ferm bżonnjużi.
Għawdex — Materjal/pubblikazzjonijiet maħruġa mis-Segretarjat responsabbli mill-Anzjanità Attivà u Persuni b'Diżabilità
Question
Filwaqt li l-Ministru għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 31265 għamel referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 31264 u peress li l-Ministru naqas li jpoġġi l-materjal rikjest fuq il-Mejda tal-Kamra għall-istess mistoqsija, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-materjal/pubblikazzjonijiet (b’kollox 14-il pubblikazzjoni) li għalihom għamel referenza fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 31264?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.