Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm iddaħħlu persuni l-isptar isoffru minn xi forma ta’ overdose ta’ droga (jew sintomi relatati) fl-2015 u jaqsam din l-informazzjoni skont l-età tal-pazjent?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul is-sena 2015, kien hemm 23 kaz f’Kategorija A, 138 kaz f’Kategorija B u 135 kaz f’Kategorija C.
Kategorija A: Avvelenament inċidentali ikkawżat minn drogi, mediċinali jew sustanzi bijoloġiċi
Kategorija B: Attentat ta’ suwiċidju jew ikkaġunar ta’ offiża fuqha nnifisha, ikkawżat minn avvelenament b’sustanzi solidi jew likwidi
Kategorija C: Avvelenament minn drogi, mediċinali jew sustanzi bijoloġiċi, fejn mhux magħruf jekk l-avvelenament kienx inċidentali jew premeditat
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna (individwali) għamlet użu mit-trattament tal-methadone fis-sena 2015 u jagħti l-informazzjoni maqsuma skont l-età (fi brackets ta’ 10 snin)?
Jista’ l-Ministru jgħid x’nazzjonalità huma l-ħaddiema u l-persuni illi qed jagħtu servizz ġewwa l-Isptar Mater Dei preżenzjalment (jiġifieri fid-data illi fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari), kemm jekk impjegati direttament ma’ Mater Dei, kemm jekk seconded, kif ukoll dawk impjegati tramite l-kuntrattur? Jista’ l-Ministru jgħid, għal kull tip ta’nazzjonalità, x’tip ta’ xogħol qed isir minnhom?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ghadha qed tingabar.
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – direct orders
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il direct order ħareġ il-Ministeru tiegħu, inkluż id-dipartimenti u l-entitajiet kollha illi jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-1 ta’ Marzu 2013 sad-data illi fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jagħti l-ammont totali ta’ kull direct order u lil min ingħataw?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il gallun heating diesel intuża mill-Isptar Mater Dei matul l-2013, l-2014 u l-2015 separatament, mingħand min inxtara, u b’kemm inxtara (jiġifieri l-prezz ta’ kull litru illi nxtara)?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-medja ta’ konsum ta’ heating diesel mis-sena 2013 sas-sena 2015 kien ta’ 1,306, 533.300 il-litru.
Jista’ l-Ministru jgħid preżenzjalment min hu liċenzjat li jbiegħ u li jixtri petroleum products?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fuq is-sit elettroniku tar-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma -
https://www.rews.org.mt/#/en/a/78-authorised-service-providers-fuel-sector
. L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ġiet introdotta l-Maximum Demand Charge fil-kontijiet tad-dawl?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-Avviż Legali Numru 330 tas-sena 2008, fejn kien ġie deċiż illi s-servizzi kollha li jaqbżu is-60Amps jkunu applikabbli għat-tariffa tal-Maximum Demand.
Marsaxlokk – Triq Abdosir – provista tal-elettriku
Question
Jista’ l-Ministru jintervjeni u jara li l-provista tal-elettriku fi Triq Abdosir f’Marsaxlokk tkun waħda stabbli b'mod partikolari filgħaxijiet? Jista’ jara li jittieħdu l-passi opportuni u tiġi stallata bozza fit-tarf tal-Blokk ta’ appartamenti tal-Gvern ġewwa l-istess akkwata?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġejt infurmat mill-Enemalta li wara li nvestigat il-każ, ma nstab l-ebda nuqqas fis-sistema tad-distribuzzjoni tagħha fl-inħawi li jista’ jwassal għad-diffikultà indikata. Ir-residenti konċernati u l-kunsill lokali ġew infurmati u avżati biex jiċċekkjaw is-sistemi tal-elettriku tagħhom.
Filwaqt li l-kumpanija Enemalta plc mhijiex responsabbli għall-installazzjoni ta’ dwal ġodda f’toroq jew postijiet pubbliċi, qed jiġu kkuntattjati l-entitajiet konċernati biex is-suġġeriment għal bozza ġdida jiġi meqjus, u jekk possibbli, jingħata l-appoġġ meħtieġ biex jitwettaq.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi impjegati li preżentament qegħdin jaħdmu mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, imma qabel kienu jaħdmu mal-Uffiċċju tal-President, u li ġew mislufa biex jagħmlu xogħol ma’ din l-entità? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid x’kienet l-iskala tas-salarju tagħhom meta kienu jagħmlu jaħdmu mal-Uffiċċju tal-President? Jista’ jgħid f’liema skala tas-salarju qegħdin ma’ din il-kumpanija?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġejt infurmat li l-Engineering Resources Ltd., m’għandix impjegati li qabel kienu jaħdmu mal-Uffiċju tal-President.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija 23562 u jgħid kemm ingħatat xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, sena b’sena, mill-2004 sa Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kumpanija msemmija ingħatat xogħol hekk kif ġej:
MRA
2012
Legal Advice regarding OED matters
€5,294
Direct Order
Jista' l-Ministru jara li jiġi vverifikat il-każ dwar operazzjoni tal-hip-bone min-naħa tal-Isptar Mater Dei tal-persuna, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kaz qieghed jigi segwit.
Jista’ l-Ministru jagħti aġġornament dwar kif se jkun qed jintuża l-Isptar Boffa ġaladarba l-funzjoni tal-Onkoloġija tkun spiċċat kompletament minn dan l-Isptar?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Intepellant li s-servizz tal-Onkoloġija ilu jinghata totalment miċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo sa minn Settembru, 2015. Mill-ewwel beda x-xoghol mehtieg ta’ tisbieħ fl-Isptar Boffa u li s'issa saru diversi xogħlijiet biex l-Isptar jerġa' ikun disponibbli għall-pazjenti fosthom tranġar ta' membrane fuq is-soqfa tal-isptar kollu, installazzjoni ġdida ta' dwal li tinkludi s-sistema ta’ circuit breakers li kienu nieqsa fis-sistema preċedent, installazzjoni ta’ Fire Safety Detectors and Alarm, sistema ta’ nurse call moderna, bdil ta’ numru ta’ kmamar tal-banju, bdil ta’ tapiti tad-drapp ma’ tapiti tal-vynil, tikħil, kisi u tibjid tas-swali u l-kurituri, tibdil komplut tar-reception area, installazzjoni ta’ air conditioners u rranġar fejn kien meħtieġ, installazzjoni ta’ suffetti ġodda u rrangar ta' dawk ezistenti, manutenzzjoni tal-bibien interni, tibdil strutturali u mmodernizzar tal-B Pod station, manutenzzjoni tal-lifts eżistenti u tindif u manutenzzjoni tal-purtieri. L-Isptar Boffa se jkun qed isservi għall-pazjenti li għandhom bżonn kura fit-tul.
Raħal Ġdid – proġett ta’ riġenerazzjoni ta’ Schreiber
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’sar s’issa fuq il-proċess ta’ riġenerazzjoni ta’ Schreiber f’Raħal Ġdid?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan huwa proġett li jonvolvi diversi Ministeri. Rigward il-proġett għal regional hub tas-saħħa, d-dipartiment tas-saħħa jinsab għaddej bil-pjanijiet meħtieġa.
Raħal Ġdid u San Ġiljan – proġetti ta’ hubs tas-saħħa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu l-proġetti tal-hubs tas-saħħa ppjanati għal Raħal il-Ġdid u San Ġiljan?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant li għal l-ewwel parti tal-mistoqsija jirreferi għat-tweġiba ta’ mistoqsija parlamentari 22434 filwaqt li nunfurmah li ċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira, li jaqdi wkoll il-bżonnijiet tar-residenti ta’ San Ġiljan, se jkun modernizzat fiż-żmien li ġej.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm tqassmu siringi b’xejn fl-2015 u jaqsam din l-informazzjoni skont l-età tal-persuna?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ siringi li tqassmu biex jintazaw ghal diversi kundizjonijiet medici ghal matul is-sena 2015 kien ta’ 1,560,000.
Sptar Monte Carmeli – pazjenti bi problema ta’ saħħa mentali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti bi problema ta’ saħħa mentali li ngħataw kura fil-komunità bħala parti mill-outreach tal-Isptar Monte Carmeli, sena b’sena, mis-sena 2010 sas-sena 2015?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bejn is-sena 2010 u s-sena 2015 kien hemm medja ta’ 172 -il pazjenti li ngħataw kura fil-komunita bħala parti mill-outreach tal-Isptar Monte Carmeli