Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Enerġija u l-Konservazzjoni tal-Ilma – Whistleblowing Reporting Officer

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi grad għandu l-Whistleblowing Reporting Officer li ġie appuntat fil-Ministeru tiegħu? Min hu/hi l-Whistleblowing Reporting Officer u x’taħriġ ingħata/t?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat li l-Whistleblowing Reporting Officer li ġie appuntat fil-Ministeru tal-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma hu fi skala ħamsa (5). Huwa l-Assistent Direttur fi ħdan il-Ministeru u ngħata taħriġ f’seminar dwar il-Whistleblower Act għand is-CDRT.

L-Imtarfa – Triq il-Maltin Internati u Eżiljati – dawl

Question

Jista’ l-Ministru jieħu l-azzjoni neċessarja sabiex jiġi stallat dawl fi Triq il-Maltin Internati u Eżiljati (magħrufa aħjar bħala l-bypass tal-Imtarfa)?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ir-Rabat – triq li tagħti għall-Baħrija – Dawl

Question

Jista’ l-Ministru jieħu azzjoni neċessarja sabiex jiġi stallat dawl fit-triq li tagħti għaż-żona tal-Baħrija (Rabat)?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni Enemalta ma rċeviet l-ebda talba għal approvazzjoni ta’ bozoz fit-triq msemmija.

Kontijiet tad-dawl u l-ilma – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li tħoss li l-kont tad-dawl u ilma qed jiġi għoli?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat li l-ARMS Ltd għamlet kuntatt mal-klijent u ġie spjegat kif għandu jħallas.

Problema ta’ drenaġġ – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li hemm problema ta’ drenaġġ?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li uffiċjal tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma tkellem mal-individwu u rriżulta li kien hemm ‘infiltration’ xi drabi meta għamlet xita qawwija. Dan id-dipartiment se jibgħat is-sezzjoni nkarigata mit-tindif tal-mejnijiet tad-drenaġġ, fejn se ssir spezzjoni u tindif bħala proċedura prekawzjonali.

Problema ta’ dħul ta’ ilma – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jitmexxa l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha dħul ta’ ilma?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ħadet azzjoni mmedjata fuq l-ilment u rriżulta li l-ilma, filfatt kien qed iqattar mis-saqaf tar-residenza u allura hija ħsara interna bla ebda possibilita li setat kienet kaġun tal-mejn ta’ l-ilma fl-akwati.

Problema tad-drenaġġ – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li dawn irrappurtaw fuq problema tad-drenaġġ u għadhom mingħajr risposta?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ħadet azzjoni mmedjata fuq il-każ u wara spezzjoni li saret fil-post indikat, irriżulta li l-problema hija ‘House Connection’. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma m’għandiex ġurisdizzjoni la fuq il-‘House Connection’ u wisq iżjed fuq katusi interni u għaldaqstant dan l-ilment għandu jgħaddi għand l-awtorità kompetenti responsabbli mid-djar tal-gvern.

Kontijiet tal-Ilma – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ ta’ persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha problema fuq il-kont tal-ilma?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat li l-ARMS għamlet kuntatt permezz ta’ notifika lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma biex jinvestigaw dan il-każ minn naħa tagħhom.

provvista tal-enerġija elettrika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-valuri rispettivi għas-snin 2008 sas-sena 2012 (sena b'sena) fir-rigward tal-ammont ta' annnual percentage (%) unaccounted for units fis-settur tal-provvista tal-enerġija elettrika?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Inherent technical losses

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-persentaġġ (%) ta' unaccounted for units li kien dovut għal inherent technical losses għas-snin 2008 sas-sena 2012 (sena b'sena) kif ukoll kemm kien il-persentaġġ (%) dovut għal serq (theft) għall-istess perijodu hawn fuq imsemmi?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

konsum ta' enerġija elettrika — service/meter charge - settur domestiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-valur tas-service/meter charge għal konsumaturi (kemm single phase kif wkoll three phase) hux se jibqa’ l-istess fis-seba' (7) snin li ġejjin fir-rigward ta' konsum ta' enerġija elettrika fis-settur domestiku?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-traħħis fil-kontijiet huwa konsistenti ma dak li ħabbarna qabel l-elezzjoni u fil-baġit.

Eco Reduction Scheme – konsumaturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ konsumaturi (domestiċi) tal-enerġija elettrika li bbenifikaw mill-Eco Reduction Scheme fis-snin 2010, 2011 u 2012 sena b’sena?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

konsum ta' enerġija elettrika — settur domestiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont totali annwali ta' konsum (jiġifieri t-total ta' dak actual u estimated) indikat fil-kontijiet mibugħta lill-konsumaturi lis-segwenti kategoriji fir-rigward ta' konsum ta' enerġija elettrika fis-settur domestiku matul is-sena 2012: (a) household ta' persuna waħda; (b) household ta' żewġ persuni; (ċ) household ta' tliet persuni; (d) household ta' erba' persuni; (e) household ta' ħames persuni; (f) household ta' sitt persuni; u (g) household ta' aktar minn sitt persuni?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

konsum ta' enerġija elettrika — settur domestiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' households fis-sena 2012 fir-rigward ta' konsum ta' enerġija elettrika fis-settur domestiku li kienu kklassifikati bħala: (a) household ta' persuna waħda; (b) household ta' żewġ persuni; (ċ) household ta' tliet persuni; (d) household ta' erba' persuni; (e) household ta' ħames persuni; (f) household ta' sitt persuni; u (g) household ta' aktar minn sitt persuni?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

The Italy and Malta Oil and Gas 2013 Summit — delegazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet l-ispiża globali tal-membri kollha tad-delegazzjoni li attendew u pparteċipaw f’The Italy and Malta Oil and Gas 2013 Summit li ttella’ bejn it-30 u l-31 ta’ Ottubru 2013, u fejn il-Ministeru għall-Enerġija u l-Konservazzjoni tal-Ilma kien wieħed mill-isponsors prinċipali? Jista’ jgħid x’kienu l-ispejjeż b’mod separat,ta’ akkomodazzjoni, flights, sponsorships, marketing u spejjeż oħra? Jista’ jgħid ukoll min kien kull persuna li tela’ għal din il-konferenza f’isem il-Ministeru tiegħu u l-Gvern Malti?

Response (MIZZI, KONRAD)

Kif ingħad f’risposti għall-interpellanzi oħra, dan il-Ministeru ma sponsorizzax il-Konferenza msemmija mill-Onorevoli Interpellant, u li għandha tkun infurmata wkoll li jien m’attendejtx għal din il-Konferenza.

NER300 – offerti approvati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu offerti għand il-Gvern ħalli jiġu approvati minnu qabel jiġu sottomessi lill-Kummissjoni Ewropea ħalli jiġu kkunsidrati għall-finanzjament taħt l-NER300?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi daħlet offerta waħda.

NER300 — proġetti

Question

Jista’ l-Ministru, mingħajr ma jagħti dettalji kunfidenzjali, jispjega fuq fuq x’kienu jinvolvu l-proġetti kollha li daħlu ħalli jiġu kkunsidrati għall-finanzjament taħt l-NER300?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-NER300 jilqa’ proposti ta’ enerġija rinovabbli li huma innovattivi.

NER300 – proposti mhux approvati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-proposti li daħlu ħalli jiġu kkunsidrati għall-finanzjament taħt l-NER300 ma ġewx approvati mill-Gvern u għaliex?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-applikant ma ssodisfax il-kriterji meħtieġa.

NER300 – għajnuna lill-proponenti tal-proġett

Question

Jista’ l-Ministru jispjega x’għajnuna ngħatat lill-proponenti tal-proġett għall-NER300 mill-uffiċjali pubbliċi fi ħdan il-Ministeru tiegħu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi twaqqaf kumitat apposta biex fost affarijiet oħra jgħin lill-proponenti.