Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew assistiti klijenti mill-Business Care Unit fid-Dipartiment tal-Kummerċ bejn l-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intrapriżi bbenefikaw mill-iskema Investment Aid fl-aħħar 3 snin sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2013, 198 il-intrapriża bbenefikaw minn din l-iskema, b'total ta' 48.4 miljun ewro bħala kreditu fiskali. Fis-sena 2014, 177 il-intrapriża bbenefikaw minn din l-iskema, b' total ta' 33.5 miljun ewro bħala kreditu fiskali. Iċ-ċifri tal-2015 jiġu kkompilati fl-2017 filwaqt li dawk tal-2016 fl-2018.
Malta Enterprise – proġetti ta’ investiment barrani approvati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il proġetti ta’ investiment barrani ġew approvati mill-Malta Enterprise mis-sena 2014 sad-data li fiha li tkun imwieġba din l-mistoqsija? Kemm se jkun il-valur tal-investiment? Kemm se jkunu qed jimpjegaw nies?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mis-sena 2014 sa issa, il-Korporazzjoni approvat 66 proġett b'investiment barrani. Hu previst li l-investiment minn dawn il-proġetti ilaħħaq 112 miljun ewro filwaqt li jinħolqu mhux inqas minn 2,100 impjieg ġdid.
Kumpaniji b’investiment minn barra li kabbru l-operat f’Malta
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm kumpaniji b'investiment minn barra li kabbru l-operat tagħhom f'Malta minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kienu 38 il-kumpanija b'investiment barrani li kabbru l-operat tagħhom min Malta fil-perjodu bejn Marzu 2013 sa issa.
Sptar Ġenerali t’Għawdex – applikazzjonijiet dwar l-iżvilupp
Question
Jista' l-Ministru jgħid x' applikazzjonijiet saru dwar l-iżvilupp li hu ppjanat li jsir fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex? Jista' jgħid jekk dawn il-permessi nħarġux?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26891 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Kompetittività u Ekonomija Diġitali, Marittima u tas-Servizzi u jgħid jekk hemmx studji jew jekk humiex ser isiru studji settorjali biex jgħinuna niddentifikaw aħjar fejn għandna ninvestu aktar jew fejn għandna nibdew ninvestu? Min hu jew ser ikun responsabbli għal dawn l-istudji?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li studji fuq setturi partikolari ma jsirux one off . Ir-riċerka hija kontinwament għaddejja bħala parti integrali mix-xogħol tal-Malta Enterprise biex jiġi attirat lejn Malta investiment barrani ġdid, ngħinu l-investiment barrani li joperaw Malta ikabbar l-operat tiegħu kif ukoll ngħinu investiment lokali ġdid u eżistenti. Ir-riżultati miksuba f'dawn l-aħħar snin, fejn addottajna strateġija tal-micro targeting, jitkellmu waħidhom. Ninforma lill-Onor. Interpellant li studji fuq setturi partikolari ma jsirux one off . Ir-riċerka hija kontinwament għaddejja bħala parti integrali mix-xogħol tal-Malta Enterprise biex jiġi attirat lejn Malta investiment barrani ġdid, ngħinu l-investiment barrani li joperaw Malta ikabbar l-operat tiegħu kif ukoll ngħinu investiment lokali ġdid u eżistenti. Ir-riżultati miksuba f'dawn l-aħħar snin, fejn addottajna strateġija tal-micro targeting, jitkellmu waħidhom.
Malta Industrial Parks – Kap Eżekuttiv – remunerazzjoni u perkaċċi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18066, 17534, 16463 u 15611 u jgħid x’remunerazzjoni għandha, inklużi l-perkaċċi kollha, il-persuna li tokkupa l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tal-Malta Industrial Parks (MIP)? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt għar-rigward tal-istess persuna? Jista’ jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm sejħa għall-kariga li tokkupa din il-persuna?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna li attwalment qed tokkupa l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tal-Malta Industrial Parks ġiet maħtura abbażi tal-esperjenza tagħha professjonali u akkademika fis-settur, bl-istess mod li nħattru l-predeċessuri tiegħu, inkluż taħt Gvernijiet preċedenti.
Bil-kunsens tal-persuna li attwalment qed tokkupa din il-kariga qiegħed ngħaddi l-informazzjoni mitluba:
Remunerazzjoni (Salarju Anwali): €70,000
Performance Bonus: massimu ta’10% tas-salarju, Assikurazzjonijiet, Mobile,Internet u Fuel Allowance ta’ €250 fix-xahar
Ix-Xewkija – Żona Industrijali – kumpanija — impjiegi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm qed tħaddem nies il-kumpanija ġewwa Għawdex li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, fil-post li ġie inawgurat ftit aktar minn sena ilu fiż-Żona Industrijali tax-Xewkija?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Malta Enterprise ma jkollix id-data dwar it-total ta’ l-impjiegi attwali tal-kumpaniji. Għaldaqstant qed nitolbok tagħmel il-mistoqsija lil-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26649 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju qiegħed l-iżvilupp tal-hangar il-ġdid ta’ Aviation Cosmetics u jekk hux previst xi inkonvenjent fl-inħawi u l-madwar tal-hangar?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-hangar il-ġdid tal-Aviation Cosmetics sejjer ikun lest sa Ottubru 2016 u mhux previst l-ebda inkonvenjent fl-inħawi u l-madwar tiegħu.
Ħal Safi – Aviation Park – proġett ta’ espansjoni u tkabbir
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsistu l-proġetti (mingħajr ma jagħti l-ismijiet għal raġunijiet kummerċjali) ta’ espansjoni u tkabbir tal-Aviation Park f’Ħal Safi? Jista’ jindika liema huma s-siti li se jintużaw għal dawn il-proġetti?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħala parti mill-pjan tal-Gvern għall-espansjoni tal-industrija tal-avjazzjoni sar tkabbir fil-Park tal-Avjazzjoni f'Ħal Safi.
Il-Proġetti jinkludu s-segwenti:
Kostruzzjoni ta' faċilita' għall-isprejjar tal-ajruplani, Kostruzzjoni ta' ħangar ġdid għall-manutenzjoni tal-ajruplani għal kumpanija li diġa qiegħda topera fil-park, Kostruzzjoni ta' faċilita' għall-manutenzjoni, tiswija u 'overhaul' ta' ajuruplani (Code B).
Is-siti li ser jintużaw għal dawn il-proġetti huma dawk li jaqgħu taħt żoni amministrati mill-Malta Industrial Parks Limited.
Konkatidral ta’ San Ġwann — Dipartiment tal-Artijiet – ħwienet - laqgħat
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa kellu mas-sidien tal-ħwienet ħdejn il-Konkatidral ta' San Ġwann u li l-kirja tagħhom issa ntemmet mid-Dipartiment tal-Artijiet? Meta saru dawn il-laqgħat u x'kien l-eżitu tagħhom?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet biex is-settur tas-superyachts f’Malta jiġi inċentivat dejjem aktar biex jikber, partikolarment fil-qasam tar-refit u/jew il-kostruzzjoni?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Konkatidral ta’ San Ġwann — ħwienet - post alternattiv
Question
Jista' l-Ministru jgħid għalfejn erba’ ħwienet tal-Belt li jinsabu fil-binja li tagħmel parti mill-Konkatidral ta' San Ġwann u li ntbagħtitilhom notifika ta' żgumbrament, ma ngħatawx post alternattiv fil-Belt? Jista' jgħid jekk kellux laqgħat mal-erba’ sidien ta’ dawn il-ħwienet li jagħmlu parti mill-binja tal-Konkatidral ta' San Ġwann biex tinstab soluzzjoni għall-post alternattiv?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.