Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #29794 Sitting 642 2001-11-19 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Pubblikazzjoni On Site

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa l-pubblikazzjoni on site? 1) Jista' jgħid kemm-il kopja ġiet stampata? 2) Fejn sar l-artwork u kemm sewa? 3) Fejn sar il-printing u kemm saru? 4) Kemm intefaq f'postaġġ biex ġie iddistribwit?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-"On Site" kienu ppubblikati erba' darbiet. Rigward l-ewwel u t-tieni pubblikazzjoni nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25545 (Seduta 550), filwaqt li l-informazzjoni dwar it-tielet ur-reba' pubblikazzjoni hija kif tidher hawn taħt: Nru. 3 Nru. 4 ___________________________________________________________ Kemm Jiswa Lm1700.00 Lm1700.00 Nru. ta' Kopji 10,000 10,000 Artwork/Printing Harrild Printing Harrild Printing Press Co. Ltd. Press Co. Ltd. Pustaġġ Lm339.00 Lm655.00
Leg 9 PQ #29840 Sitting 642 2001-11-19 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għall-Ambjent

Transfers

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li l-ħaddiema li jaħdmu fir-Rabat (il-guy tar-Rabat) ġewx trasferiti kollha għal mal-ex-RDC? Jista' jgħid x'inhi r-raġuni għal dan u kif qed isir biex ma jeħżinux il-ħinijiet tax-xogħol tal-individwi kkonċernati? Jista' jgħid x'inhuma l-ħsibijiet tiegħu dwar l-ex RDC u il-ħaddiema (guyijiet) tal-Mellieħa u r-Rabat?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li t-transfers li saru tal-ħaddiema msemmija saru skond il-ħtieġa tad-Dipartiment u l-ħinijiet tax-xogħol baqgħu l-istess. Preżentament, m'hemm l-ebda ħsieb li jinbidlu xi ħinijiet jew kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema msemmija.
Leg 9 PQ #29612 Sitting 637 2001-11-12 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru għall-Ambjent

Bordijiet u Kummissjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fi ħdan id-dekasteru tiegħu, kemm hemm awtoritajiet, bordijiet, kummissjonijiet jew entitajiet governattivi? Jista' l-Ministru jgħid ukoll minn huma ċ-Chairman, Chief Executive Officers, diretturi u konsulenti legali ta' dawn l-awtoritajiet, bordijiet, kummissjonijiet u entitajiet governattivi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija, nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 28512 (Seduta 612). Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba fit-tieni parti tal-mistoqsija.
Leg 9 PQ #29409 Sitting 636 2001-11-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Ħitan tas-Sejjieħ

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani kemm-il metru ta' bini ta' ħitan tas-sejjieħ ġew rijabilitati fl-inħawi tal-Parades, Manikata, Mellieħa Selmun matul dawn l-aħħar tlett snin mid-Dipartiment ta' l-Ambjent sena b' sena?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li m'hemmx rekord li sar xogħol ta' ħitan tas-sejjieħ fl-inħawi tal-Parades, Manikata u Selmun.
Leg 9 PQ #29410 Sitting 636 2001-11-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Ħitan tas-Sejjieħ

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani kemm-il metru ta' bini ta' ħitan tas-sejjieħ ġew rijabilitati fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, Xemxija, Burmarrad, Wardija u Bidnija matul dawn l-aħħar tlett snin mid-Dipartiment ta' l-Ambjent sena b' sena?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li f'dawn is-snin sar xogħol ta' riabilitazzjoni u bini ta' ħitan tas-sejjieħ f'Burmarrad, u fit-triq li tagħti lejn il-Wardija.
Leg 9 PQ #29400 Sitting 635 2001-11-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Buġibba

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani b' referenza għas-sitwazzjoni dwar l-iskart f' Buġibba kif imfissra fil-ġurnal The Times ta' 30 ta' Ottubru 2001, x' passi ttieħdu u x' pjan sar sabiex tiġi rimedjata l-problema msemmija?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25000 (Seduta 530).
Leg 9 PQ #29406 Sitting 635 2001-11-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex ix-xogħolijiet li qed isiru fl-estensjoni tad-drenaġġ mhux se jinkludu l-estensjoni sal-Baħrija? Jista' l-Ministru jara li fl-estimi tal-Budget li ġej jivvota l-flus neċessarji ħalli l-komunita tal-Baħrija jkolla sistema tad-drenaġġ adegwata ħalli jkunu possibli li t-Triq Prinċipali tal-Baħrija tingħata t-tarmac wara 30 sena mindu kienet ingħatat l-isfalt? Jekk fl-affermattiv meta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21025 (Seduta 422).
Leg 9 PQ #29407 Sitting 635 2001-11-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Bini tas-Sejjieħ

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani kemm-il metru ta' bini ta' ħitan tas-sejjieħ ġew rijabilitati fl-inħawi tal-Baħrija, Kunċiżżjoni, Landrijiet, Għajn Qajjed, il-Fiddien, l-Imtaħleb u l-Imtarfa matul dawn l-aħħar tlett snin mid-Dipartiment ta' l-Ambjent sena b' sena?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li fis-sena 2000 sar xogħol ta' bini ta' ħitan tas-sejjieħ fl-inħawi tal-Fiddien u l-Imtaħleb, u xogħol ieħor ta' tindif fil-Baħrija u l-Kunċizzjoni.
Leg 9 PQ #29408 Sitting 635 2001-11-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Ħitan tas-Sejjieħ

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani kemm-il metru ta' bini ta' ħitan tas-sejjieħ ġew rijabilitati fl-inħawi tal-Mġarr, Binġemma u Żebbiegħ matul dawn l-aħħar tlett snin mid-Dipartiment ta' l-Ambjent sena b' sena?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li sar xogħol ta' riabilitazzjoni u tiswija ta' ħitan fil-limiti tal-Mosta, fit-triq lejn l-Imġarr u f'Targa Gap fis-sena 2000.
Leg 9 PQ #29099 Sitting 633 2001-11-06 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għall-Ambjent

Postijiet Vakanti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-talba għandu l-Ministeru u d-Dipartiment li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tiegħu biex jimla' postijiet vakanti fl-istess Ministeru/Dipartiment? Liema huma dawk il-gradi li l-Ministeru/Diviżjoni qed jitlob biex jimla'?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li fil-preżent hemm dawn it-talbiet biex jimtlew postijiet vakanti fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu: 14-il post ta' Environment Officer 2 postijiet ta' Junior Legal Officer 6 postijiet ta' Spetturi Anzjani ta' l-Ambjent 8 postijiet ta' Spetturi ta' l-Ambjent 3 postijiet ta' Periti (Junior) 3 postijiet ta' Periti (Senior) 6 postijiet ta' Periti (Chief) 3 postijiet ta' Inġiniera (Junior) 4 postijiet ta' Inġiniera (Senior) 2 postijiet ta' Operations Manager 6 postijiet ta' Principal Technical Officer 10 postijiet ta' Senior Technical Officer 10 postijiet ta' Technical Officer 8 postijiet ta' Assistant Technical Officer 3 postijiet ta' Scientific Officer Post wieħed ta' Senior Public Cleansing Officer Post wieħed ta' Environment Inspector Post wieħed ta' Public Cleansing Foreman Post wieħed ta' Principal Inspector Post wieħed ta' Senior Inspector Post wieħed ta' Inspector/Trainee Inspector 4 postijiet ta' Snajja' varji Post wiħed ta' Foreman 3 postijiet ta' Assistant Foreman 4 postijiet ta' Supervisors 2 postijiet ta' Heavy Plant Driver Post wieħed ta' Timekeeper 2 postijiet ta' Foreman Post wieħed ta' Assistant Foreman Post wieħed ta' Rep. of Records Post wieħed ta' Plasterer Post wieħed ta' Miner Post wieħed ta' Principal Security Post wieħed ta' Security Guard Post wieħed ta' Senior Manager Works Information System. Il-proċess ta' numru minn dawn ġew attwati, uħud qegħdin fil-fażi fejn ser isiru intervisti u oħrajn għadhom għall-approvazzjoni ta' l-M.P.O./P.S.C.
Leg 9 PQ #29287 Sitting 633 2001-11-06 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Żbroff tad-Drenaġġ — Isla

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir xi ħaġa sabiex jieqaf l-iżbroff tad-dranaġġ li hemm ix-Xatt ta' l-Isla?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li bħalissa ma jeżistix xi żbroff kontinwu fix-xatt ta' l-Isla. Pero, kien hemm dan l-aħħar, għal xi darbtejn, żbroff żgħir li ġie kkontrollat immedjatament malli saru r-rapporti u dan il-każ kien fejn il-gabbana quddiem Triq Sant'Anna fejn it-taraġ. Sar tindif dan l-aħħar tal-main tax-xatt permezz tal-jetting/suction bowsers.
Leg 9 PQ #29359 Sitting 633 2001-11-06 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Industrial Wasteland

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x' passi qed jittieħdu min-naħa tad-dipartimenti li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu sabiex art li llum hija kompletament żdingata (industrial waste) bħal, per eżempju, l-Industrial Estate f' Korradino tiġi riabilitata?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #29367 Sitting 633 2001-11-06 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefaq fuq safar bejn l-1 ta' Jannar 2001 u l-aħħar ta' Settembru 2001 fil-Ministeru li jaqa taħt ir-responsabbilita tiegħek? Kemm min dan l-infieq kien fuq safar relatat mal-applikazzjoni ta' Malta biex issir membru sħiħ tal-Unjoni Ewropeja?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li n-nefqa għas-safar fil-Ministeru għall-Ambjent bejn l-1 ta' Jannar u t-30 ta' Settembru 2001 kienet ta' Lm67,947. Minn din is-somma, intefqu Lm16,383. fuq safar relatat ma' l-applikazzjoni ta' Malta biex issir membru ta' l-Unjoni Ewropeja.
Leg 9 PQ #29416 Sitting 633 2001-11-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Ambjent

Tariffi

Question

Jista' l-Ministru jagħtini lista taż-żiedet fit-tariffi kemm permezz ta avviżi legali kif wkoll mhux permezz ta' dawn, li l-Gvern introduċa minn Novembru 2000 sal-lum, inklużi xi korporazzjonijiet jew awtoritajiet/instituzzjonijiet li jistgħu jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? F'dawn il-każi tistax tindika kif kienu it-tariffi qabel dik id-data u kif saru illum?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li ma kien hemm l-ebda żidiet fit-tariffi.
Leg 9 PQ #29479 Sitting 633 2001-11-06 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Cottonera Rehabilitation Committe

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-kamra meta x-xogħol mill-Cottonera Rehabilitation Committee ġewwa l-Belt Senglejana ser jibda fuq il-mina ta' Sant Anna u jistax wkoll jara li s-swar ta' fuq jkunu aċċesibbli għal pubbliku u restawrati?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li x-xogħol fuq il-Mina ta' Sant'Anna diġa' beda. Sar ħafna xogħol fuq il-parti ta' fuq tal-Mina. Bħalissa qed isiru taħdidiet mal-Kunsill Lokali ta' l-Isla rigward it-tkomplija tal-proġett, li mistenni jitkompla kmieni s-sena d-dieħla.
Leg 9 PQ #29282 Sitting 632 2001-11-05 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Recreation Area

Question

Jista' l-Ministru jgħid x' inhu jżomm sabiex biċċa art wara Blk F Fuq tal-Ħawli Birgu tkun tista' tinbidel f' recreation area?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #29380 Sitting 632 2001-11-05 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Waste Management

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-Gvern addotta l-istrateġija dwar il-waste management b'mod uffiċjali fit-totalita tagħha? Dan iffisser li ma jippermettiex bdil min dak li hemm f'din l-istrateġija. Min ha jħallas għall-implimentazjoni ta' din l-istrateġija? Il-Gvern se jintroduċi xi tariffi għat-trattament ta' l-iskart?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nikkonferma li l-istrateġija dwar il-waste management ġiet adottata mill-Gvern fit-totalita' tagħha bħala linja ta' gwida ġenerali, kif ippublikata. Din l-istrateġija tinfirex fuq medda ta' għoxrin sena u hija strateġija li torbot. Pero' bħal kull strateġija oħra din hija waħda dinamika u jkun hemm bżonn li tiġi mogħtija attenzjoni kontinwament, kif ukoll li fejn meħtieġ, tkun ukoll aġġornata. Review iżjed estensiv ta' l-istrateġija fil-bidu jibda jsir kull sena (2003,2004,2005) u mbagħad mis-sena 2007 isir kull sentejn. L-istrateġija nnifisha titkellem dwar miżuri ekonomiċi u finanzjarji li jridu jiġu ntrodotti (tabella 9 paġna 59).
Leg 9 PQ #29386 Sitting 632 2001-11-05 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Ambjent

Air Data Monitoring Measure

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ġietx iffirmata dikjarazzjoni fejn ġie konness il-Ministeru tiegħu biex regolarment jiċċekkja l-air data monitoring measure u biex din id-data tkun aċċessibbli għall-pubbliku. Jekk fl-affermattiv, huma minnu li madwar in-Naxxar dan l-iċċekkjar mhux se jsir? Meta u fejn il-pubbliku jkun jista' jara din id-data?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob l-Onorevoli Interpellant ikun aktar ċar u jispjega xi jrid ifisser b'dikjarazzjoni fejn ġie konness il-Ministeru tiegħu biex regolarment jiċċekkja l-air data monitoring measure. Fil-frattemp, nixtieq ninforma l-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent għaddej bi programm ta' monitoraġġ tal-kwalita' ta' l-arja. F'dan il-programm jiġu mkejjla l-livelli ta' tniġġiż ta' l-arja f'għadd ta' lokalitajiet. Għalkemm s'issa għadu ma sarx monitoraġġ fin-Naxxar, dan sejjer isir fil-futur qarib. Ir-riżultati miksuba f'dan il-programm jinsabu ppubblikati fuq il-website tad-dipartiment (www.environment.gov.mt).
Leg 9 PQ #29448 Sitting 632 2001-11-05 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Taqsima Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid 1) liema kienu dawk ix-xogħlijiet li saru mill-1994 'il hawn, sena b'sena, fil-lokalitajiet kollha ta' Malta u Għawdex, minn ħaddiema tat-Taqsima Xogħlijiet, tad-Dipartiment tal-Bini u Inġinerija, tad-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi, tad-Dipartiment tal-Bini u Manutenzjoni u mill-Unit għal Ambjent Nadif. 2) Kemm sewa dan ix-xogħol? 3) Min ħallas għalih (hux il-Gvern stess jew il-Kunsill Lokali fejn sar ix-xogħol), u 4) f'każ li dan ix-xogħol kellu jitħallas mill-Kunsill Lokali, tħallas u jekk le, għaliex?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #29474 Sitting 632 2001-11-05 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Knisja tas-Salvatur

Question

Jista' l-Ministru, b'referenza għad-domandi parlamentari preċedenti fuq is-suġġett jinforma f'liema posizzjoni wasal l-proġett tal-Knisja tas-Salvatur ġewwa l-Kalkara fil-31 ta' Ottubru 2001?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera bħalissa qed jipprepara dan il-proġett bil-Kollaborazzjoni Teknika taċ-Ċentru Malti għar-Restawr. Il-Proġett huwa mistenni li jibda kmieni s-sena d-dieħla.