Legislature:
Category:
Reset
Active:

Maltastar

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-ġurnal elettroniku Maltastar.com qed jiġi filtered fuq il-mezzi ta' l-internet provduti mill-gvern lill-impjegati tiegħu, meta ġurnali elettroniċi oħra, fosthom il-Maltarightnow, m'hemm l-ebda problemi biex wieħed jidħol fih?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ġurnal elettroniku Maltastar.com mhux qed jiġi filtered fuq il-mezzi ta' l-internet u ghaldaqstant dan qed jiġi provdut mill-gvern lill-impjegati tiegħu.

Kont ta' l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir iċċekkjar u reviżjoni tal-kont ta' l-ilma li l-account number tiegħu qed jintbagħat separatament u dan peress li l-ammont li rċeviet u qed tirċievi din il-familja huwa esaġerat u għoli ħafna?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-każ tal-konsumatur li saret riferenza għalih mill-Onorevoli Interpellant qed jiġi nvestigat. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma ser tagħmel spezzjoni sabiex jiġi verifikat jekk hemmx xi ħsara, internal leakage jew xi anomalija oħra fis-sistema ta’ l-ilma.

Lighting poles

Question

Jista' l-Ministru jgħid l-Enemalta kemm xtrat steel poles, kemm transmission u kemm lighting poles u kemm ħallset għalihom sena b'sena mill-2004 sal-lum? Kif xtrat u kemm ġew jiswew l-istreet lanterns kollha (70W, 150W, 250W) li nxtraw mill-Enemalta bejn 2000 sal-lum sena b'sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni Enemalta biex takkwista kemm il-bżonnijiet tagħha tal-arbli u anke għall-lanterni toħroġ sejħa minn żmien għal żmien għal tender jew għal quotations. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-kumplament tal-informazzjoni mitluba.

Sistema tad-drenaġġ — Feasibility study

Question

Jista' l-Ministru jgħid tlestiex il-feasibility study dwar is-sistema tad-drenaġġ fil-Baħrija? Jekk fl-affermattiv x'inhu propost li jsir?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-‘feasibility study’ dwar is-sistema tad-drenaġġ fil-Baħrija tlesta. Il-Korporazzjoni qed taħdem fuq pjan biex jiġi nstallat impjant żgħir (stand alone) għat-trattament tad-drenaġġ fil-Baħrija stess. Dan juża teknoloġija magħrufa bħal “Ceramic Membrane Technology”.

WSC — Produzzjoni ta' l-ilma

Question

B'riferenza għall-produzzjoni ta' l-ilma mill-WSC jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-prezz attwali għal kull unit prodott? Kemm jiġi jqum kull unit ta' l-ilma lill-WSC meta jitwassal għand il-konsumatur?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Għawdex — Polishing plant

Question

B'riferenza għall-polishing plant f'Għawdex, jista' l-Ministru jgħid: i) kemm ġie jqum dan l-impjant u meta beda jitħaddem ii) kemm ipproduċa ilma sal-lum iii)kemm hi l-ispiża tal-produzzjoni għal kull metru kubu?

Response (GATT, AUSTIN)

Dwar l-ispiża ta’ l-Impjant imsemmi, nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba mgħotija għall-Mistoqsija Parlamentari nru 16196. Ninsab infurmat li l-impjant beda jaħdem nhar is 7 ta' Lulju 2004 u l-volum totali ta' l-ilma proċessat sal-25 t'Ottubru 2007 kien 1,308,309 metri cubi. L-ispiża biex kien proċessat l-ilma hi 10.7c kull metru kubu. Din ma tinkludix l-ispejjeż tal-produzzjoni tal-ilma mill-boreholes.

MITI — Kera

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset f'kera ta' proprjeta' użata mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jgħid fejn tinsab l-istess proprjeta' mikrija, għal liema skop qed tintuża u min hu/huma s-sid/sidien?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Lufthansa Teknik

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 27798, 27528 u 27914 cioe': Peress li l-Prim Ministru ħabbar li l-bini tal-hanger ġdid għall-kumpanija Lufthansa Teknik hu joint venture bejn il-gvern u l-kumpanija, jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-persentaġġ ta' l-ispejjeż tal-bini li se jitħallas mill-gvern?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-liġi tal-Malta Enterprise torbot lill-istess Malta Enterprise milli tagħti l-informazzjoni mitluba minnu.

Ħażna tal-gas — Sit

Question

B'referenza għall-applikazzjoni mal-MEPA PA01947/02 approvata fl-1 ta' Frar ta' din is-sena, jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni ta' meta hu ppjanat li jiċċaqlaq is-sit tal-ħazna tal-Gas fis-sit propost f'Bengħajsa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

MITI — Nefqa fuq petrol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq petrol mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu, ta' l-uffiċjali biss, (eskluż l-użu ġenerali) separatament matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jgħid liema uffiċjali huma ntitolati għal petrolimħallas mill-gvern fl-istess perijodu?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jgħid xi jfisser bil-kliem "użu-ġenerali".

B'Kara — Triq F. S. Caruana

Question

Billi d-drenaġġ fi Triq F. S. Caruana f'Birkirkara huwa antik u difettuż, jista' l-Ministru jara li ssir xi ħaġa biex din il-problema tingħeleb għaliex id-drenaġġ qiegħed ifur fil-kantini tan-nies meta jinstadd u dan jiġri xi kull xahrejn?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Qtugħ ta' dawl

Question

Jista' issa l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 27236, 27802, 27929 u 28059 u jgħid mill-bidu tas-sena sal-lum kemm kien hemm każi ta' qtugħ ta' dawl f'Malta u f'Għawdex, bid-dati, bit-tul ta' ħin u lokalita' b'lokalita'?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.