Legislature:
Category:
Reset
Active:

Servizz tal-Helicopter

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 8844, peress li issa s-servizz tal-helicpter spiċċa, jista' il-Ministru jgħid jekk il-premises tal-heliport humiex se jintużaw? Jekk fl-affermattiv, minn min u għalxiex?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Enemalta/WSC — Ġbir ta' Arretrati

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8854 u cioe' jikkonferma li l-ġbir ta' l-arretrati tal-Korporazzjoni Enemalta/WSC u l-Enemalta call centre se jibda jsir minn uffiċini fil-bini ta' l-MOBC, il-Marsa? Jikkonferma li l-uffiċini se jinkrew Lm600 fix-xahar? X'inhu l-arranġament bankarju li sar mal-Bank of Valletta dwar il-ħlas ta' dawn il-kontijiet pendenti? Hu minnu li overdue accounts se jiġu charged 1% fix-xahar?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Enemalta — Hedging Agreement

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8635 u cioe' jgħid kemm ilu li twaqqaf il-hedging agreement li kellha l-korporazzjoni Enemalta? Meta kien sar? B'kemm kien jinxtara ż-żejt meta kellna dan il-ftehim u kemm inxtara (b'kull bidla li seħħet fil-prezz u d-data) minn meta twaqqaf sal-lum?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Marsa — Dipartiment tad-Drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma jekk id-dipartiment tad-drenaġġ li bħalissa jinsab fl-ex Swan Laundry, il-Marsa hux se jiġi trasferit għal xi sit ieħor? Jekk fl-affermattiv, għal liema post?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma se jkollha spazju biżżejjed biex is-sezzjoni tad-drenaġġ li hemm bħalissa fl-Ex Swan Laundry tiġi trasferita għal Head Office.

Malta Drydocks — Tiswijiet fuq il-vapur tal-passiġġieri Coronia

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma li t-Tarzna ta' Malta rebħet il-kuntratt ta' refit ġenerali u tiswijiet kbar fuq il-vapur tal-passiġġieri Coronia (ex-Vistafjord), liema xogħol se jdum madwar tlett xhur u jibda f'Novembru li ġej? Kemm jiswa dan il-kuntratt?

Response (GATT, AUSTIN)

Nikkonferma li l-Malta Shipyards rebħet kuntratt għal tiswijiet kbar u refit ġenerali fuq il-vapur tal-passiġġieri Caronia. Fil-waq t li l-valur ta' dan il-kuntratt huwa wieħed sinjifikanti, din hija informazzjoni ta' natura kummerċjali u għalhekk ma jistax jingħata aktar dettal.

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika — Safar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il żjara barra mill-pajjiż għamlu l-uffiċjali tad-dipartimenti, awtoritajiet, entitajiet, eċċ. li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul l-ewwel disa' xhur tas-sena u fuq liema oqsma? Kemm hija l-ispiża globali involuta?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika — Safar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il żjara barra mill-pajjiż għamel hu u l-uffiċjali tal-Ministeru tiegħu matul l-ewwel disa' xhur tas-sena u x'oqsma kienu jispeċjalizzaw dawn iż-żjajjar? Kemm hija l-ispiża globali involuta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-ewwl disa' xhur ta' dis-sena saru sitta u għoxrin żjara barra minn Malta minn uffiċċjali fil-Ministeru tiegħi. Personalment kont presenti fi tlieta minnhom. Generalment dawn iż-żjajjar kienu relatati ma' diversi aspetti ta' l-informatika. L-ispiża totali ta' dawn iż-żjajjar tlaħħaq madwar tnejn u għoxrin elf lira Maltin.

Teknoloġija ta' l-Informatika — Ħaddiema msiefrin fuq xogħol

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista tas-safar li sar minn impjegati tad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu bejn Jannar 2004 sal-lum? Kemm kienet l-ispiża għal kull safra u fejn siefru? Min kienu l-persuni li siefru? Xi grad għandhom (jew taħt liema skala ta' salarju jaqgħu) il-persuni li siefru? Min awtorizza kull safra? Min mar business class jew first class?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Enemalta — Kont tad-Dawl

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8746 u cioe' minħabba l-qagħda finanzjarja li tinsab fiha pensjonanta anzjana - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - jista' jiġi vverifikat il-kont tagħha tad-dawl - dettalji dwaru qed jintbagħtu wkoll separatament - u jekk jinstab li huwa korrett, il-ħlas forsi jkun jista' isir ftit ftit kull xahar?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-kont tad-dawl tal-persuna imsemmija fil-mistoqsija ġie ivverifikat u nstab li hu tajjeb. Deher għoli għax kien ikopri numru ta' ġranet kwazi d-dobbju ta' dak li jkun is-soltu. Dwar il-ħlas tal-kont, nirrakomanda illi jintuza l-Freephone number li hu fil-gazzetti.

Air Malta — Lukandi

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8767 u cioe' jgħid kif se jsiru n-negozjati biex il-gvern jiddisponi mill-proprjeta' fil-qasam tal-lukandi li għandha l-Air Malta? Kif se jiġu identifikati x-xerrejja prospettivi? Minn min se jsiru n-negozjati għan-naħa tal-gvern mill-MIMCOL?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 8767 fis-seduta 188.

PBS — Impjegat

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-persuna - isimha qed jintbagħat separatament - sifritx fuq xogħol tal-PBS kemm ilha konnessa mal-kumpannija bħala konsulent? Jekk iva, min ħallas, il-gvern jew il-PBS? Jekk fl-affermattiv kemm-il darba siefret, għalfejn siefret, fejn marret, kemm damet, ma' min ivvjaġġat u kemm nefqet f'kull okkażjoni? Fid-dawl tat-tweġiba tal-Ministru għall-mistoqsija riċenti tiegħi, dan ifisser li minn Settembru 2004 'il hawn ma siefer ħadd mill-PBS fuq xogħol tal-kumpannija? Dwar it-tagħrif mogħti dan l-aħħar dwar safriet minn diriġenti u uffiċjali tal-PBS, jista' jagħti breakdown ta' kemm intnefaq f'biljetti ta' l-ajru, lukandi, allowances, u telephone bills minn Jannar 2000 'il quddiem?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Malta Drydocks — Service Termination Bonus

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jitħallas is-service termination bonus lill-eredi tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li kienet taħdem mal-Malta Drydocks?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-'claim' biex jitħallas is-'service termination bonus' lill-eredi tal-persuna msemmija fid-domanda parlamentari nru. 7603, qed tiġi pproċessata u nittama li l-ħlas isir dalwaqt.