Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #8995 Sitting 143 1999-07-28 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Impjegati - Telefons ċellulari

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-individwi fis-Segretarjat tiegħu li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom telefon ċellulari kif ukoll jinforma lill-Kamra liema Ministri u Segretarji Parlamentari kitbu lill-uffiċċju tiegħu biex is-segretarjati tagħhom igawdu mill-użu ta' telefons ċellulari f'ammont akbar minn dak permess mid-dokument "Engagement of Staff for Private Secretariats" imqiegħed minnu stess fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Dwar uzu ta’ telefon cellulari minn individwi fis-Segretarjat tieghi nirreferi l-Onorevoli Membru ghat-twegiba li tajt ghall-Mistoqsija Parlamentari numru 6621. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, ninsab infurmat li l-Ministeru ta’ l-Ambjent u Segretarjat Parlamentari fil-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici talbu biex izidu n-numru ta’ telefons cellulari allokati lilhom.
Leg 9 PQ #8998 Sitting 143 1999-07-28 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Impjegati - Użu ta' vetturi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-individwi fis-Segretarjat Privat tiegħu li jgawdu mill-użu ta' karozza kemm jekk hi tal-gvern, ta' xi enti tal-gvern jew inkella mikrija kif ukoll jagħti rendikont ta' fuel minn fuq kull vettura rispettiva għall-perijodu bejn l-1 ta' Ottubru, 1998 u t-30 ta' Ġunju, 1999?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-individwi fis-Segretarjat Privat tieghi li qed juzaw karozza tal-Gvern huma s-Segretarju Privat tieghi, l-Assistent Segretarju Privat u l-Joint Assistant Private Secretary. Minn Ottubru 1998 sa Gunju 1999 il-konsum ta’ fuel kien kif gej: Segretarju Privat Lm217 Assistent Segretarju Privat Lm297 Joint Assistant Private Secretary Lm211
Leg 9 PQ #9000 Sitting 143 1999-07-28 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Engagement of Staff for Private Secretariats — Dokument

Question

Jista' l-Prim Ministru, b'riferenza għad-dokument "Engagement of Staff for Private Secretariats" imqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, jagħti l-ismijiet ta' l-individwi u l-lokalita' mniżżla fuq il-karta ta' l-identita' tagħhom ta' l-erbgħa co-ordinators, il-ħames secretariat officers, it-tmien secretariat messengers/charwomen u ż-żewġ drivers/security officers li qegħdin jaqdu d-doveri fis-Segretarjat Privat tiegħu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qieghed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #8993 Sitting 142 1999-07-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Impjegat

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid xi grad għandu fiċ-Ċivil il-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, li huwa membru tas-Senior Appointments Advisory Committee? Fuq liema bażi u b'liema kriterji ngħata din il-ħatra? X'ħatriet għamel dan il-kumitat mindu twaqqaf bil-kompożizzjoni preżenti?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-funzjoni principali tas-Senior Appointments Advisory Committee hija li dan il-Kumitat jaghti pariri lill-Prim Ministru dwar in-nomina ta’ persuni li japplikaw ghall-hatra ta’ Kap ta’ Dipartiment tal-Gvern, u l-funzjoni tieghu m’hijiex li hu stess jaghti l-hatriet. Il-Kumitat kien gie mwaqqaf fuq il-parir tal- Public Service Reform Commission u din mhix l-ewwel darba li fuq dan il-Kumitat inhatar membru minn barra s-Servizz Pubbliku. Ghaldaqstant din id-darba wkoll il-persuna msemmija mhix ufficjal pubbliku. Il-persuna mahtura minn barra l-Gvern dejjem tkun wahda b’kapacitajiet manigerjali gholja u li ghalhekk tkun tista’ taghti kontribut siewi fix-xoghol ta’ dan il-Kumitat. Il-Kumitat bil-kompozizzjoni prezenti inhatar fit-2 ta’ Novembru 1998 u minn dik id-data ‘l hawn saru l-hatriet ta’ dawn il-Kapijiet: 5 Diretturi Generali fis Skala ta’ salarju 3 31 Direttur fi Skala ta’ salarju 4 5 Diretturi fi Skala ta’ salarju 5.
Leg 9 PQ #8994 Sitting 142 1999-07-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Engagement of Staff for Private Secretariats — Dokument

Question

Jista' l-Prim Ministru, b'riferenza għad-dokument "Engagement of Staff for Private Secretariats" li tqiegħed minnu stess fuq il-Mejda tal-Kamra jfisser eżatt is-sentenza f'paġna 7 "Seniority clearance must also be obtained in writing from the Security Service prior to all appointments being finalised"?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ir-riferenza f’pagna 7 tad-dokument imsemmi hi ghal security clearance u mhux ghal seniority clearance. Il-Gvern ihoss li qabel ma ssir hatra fis-Segretarjat ta’ Ministru ghandu jigi stabbilit li l-persuna m’ghandha xejn fil-passat taghha li jista’ jkun ta’ pregudizzju ghas-sigurta’ tal-pajjiz kif imfissra fl-Att dwar is-Sigrieti Ufficjali.
Leg 9 PQ #8224 Sitting 140 1999-07-26 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Safar

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'safar mill-Ministeru tiegħu kif ukoll mid-dipartimenti, korporazzjnijiet jew entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999? Jista' jgħid: 1) x'kienet l-okkażjoni; 2) min kienu l-persuni li siefru f'kull okkażjoni; 3) mingħand min inxtraw il-biljetti tas-safar? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti konnessi?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Dwar safar fil-Ministeru tieghi nirreferi l-Onorevoli Membru ghat-twegiba li ta l-Ministru tal-Finanzi ghall-mistoqsija Parlamentari Numru 8004. Fit-tabella li qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra, qed naghti nformazzjoni simili dwar id-dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet li jaqghu taht id-dekasteru tieghi.
Leg 9 PQ #8976 Sitting 140 1999-07-26 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

DOI — Pubblikazzjonijiet ġodda

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm pubblikazzjonijiet ġodda saru ġewwa d-Dipartiment ta' l-Informazzjoni (DOI) matul is-sena 1998?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Lista ta’ pubblikazzjonijiet godda matul is-sena 1998 qed titpogga fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #9178 Sitting 140 1999-07-26 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Segretarjat privat — Membru

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk is-Sur Alfred J. Chetcuti għadux membru tas-segretarjat privat tiegħu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Is-Sur Alfred J Chetcuti se jirtira mis-Servizz Pubbliku mill-1 ta’ Awissu 1999.
Leg 9 PQ #8975 Sitting 139 1999-07-26 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

DOI — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba hemmx il-ħsieb li l-impjegati ġewwa d-Dipartiment ta' l-Informazzjoni (DOI) jiżdiedu tul din is-sena u jekk iva, f'liema gradi?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-istaff fid-DOI jidher fl-appendici L pagni 369/370 ta’ l-Estimi 1999. L-ispiza approvata taht Personal Emoluments ma tinkludix hlasijiet ghal zieda ta’ impjegati godda. Ta min jinnota li l-Ufficcju tieghi hareg applikazzjonijiet ghal mili ta’ postijiet ta’ Direttur (Informazzjoni) OPM 3/99 u Assistent Direttur (Informazzjoni) MPO 16 & 32/99.
Leg 9 PQ #9177 Sitting 139 1999-07-26 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Żeppi l-Ħafi — Maħfra presidenzjali

Question

Meta l-kabinett kien qabel li jirrikmanda maħfra presidenzjali lil Żeppi l-Ħafi, il-Ministri kollha kienu preżenti? Jekk iva, min kien nieqes dak inhar?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

La hu rakkomandabbli u prudenti u lanqas ma hi l-prattika li tinghata informazzjoni dwar kif ikunu ttiehdu decizjonijiet tal-Kabinett. B’danakollu biex nissodisfa l-kurzita’ inspjegabbli ta’ l-Onor Interpellant ninfurmah li fil-kaz imsemmi minnhu l-Ministru tal-Finanzi kien imsiefer u l-Ministru ghal Ghawdex ma kienx lahaq qasam minn Ghawdex fil-hin limitat li fih issejhet il-laqgha tal-Kabinett.
Leg 9 PQ #9225 Sitting 139 1999-07-26 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Richard Cachia Caruana — Investigazzjonijiet dwar attentat ta' qtil

Question

Il-Prim Ministru huwa f'pożizzjoni li jikkonferma li l-file dwar l-investigazzjonijiet dwar l-attentat ta' qtil fuq l-Assistent Personali Richard Cachia Caruana intalab mill-uffiċċju tal-Prim Ministru Alfred Sant mingħand il-pulizija fi żmien l-amministrazzjonni preċedenti? Jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, għalfejn intalab, minn talbu u kemm dam kastilja?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-Ministru Joe Mizzi f’Marzu ta’ l-1998 talab lill-Assistent Kummissarju John Rizzo biex jghaddilu l-file li jikkoncerna l-investigazzjoni dwar l-attentat fuq il-hajja ta’ l-Assistent Personali tal-Prim Ministru, Richard Cachia Caruana. Fil-fatt l-Assistent Kummissarju John Rizzo ghadda il- file lill-Ministru Joe Mizzi wara li gab il- file minghand id- Deputy Commissioner Joseph Cachia . Xi jiem wara l-Ministru Joe Mizzi baghat lura l- file lid- Deputy Commissioner Joseph Cachia. Ma jirrizultalix ghalfejn intalab dan il- file.
Leg 9 PQ #7934 Sitting 138 1999-07-21 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Servizzi komputerizzati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ħareġ flus il-gvern f'dawn l-aħħar għaxar snin biex jiġi mtejjeb u ntrodott servizz jew servizzi komputerizzati fid-diversi dipartimenti taċ-Ċivil? Kemm intnefaq fuq software, fuq hardware u fuq training kull sena? Jista' jgħid kemm iffranka flus iċ-Ċivil f'dak li għandu x'jaqsam ma' tnaqqis f'manpower minħabba l-komputerizzazzjoni?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-investiment fl-Informatika fis-Servizz Pubbliku qabad ritmu intensiv meta fl-1990 il-Gvern approva Pjan Strateġiku għall-Informatika li l-implementazzjoni tiegħu tmexxiet mill-Management Systems Unit Ltd. Ninsab infurmat li l-figuri li jidhru fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra, juru l-investiment li l-Gvern għamel f'hardware, software, project management, zvilupp tal-Magnet, u taħriġ minn meta twaqqfet il-Management Systems Unit Ltd fl-1990. Il-figuri murija fit-tabella ma jinkludux l-investiment li sar mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni għall-proġett fejn l-informatika ntużat fl-edukazzjoni bħala meżż ta' taħriġ. Għalkemm mill-1990 'l hawn l-ebda amministrazzjoni ma kellha l-policy li tintroduċi l-informatika biex jonqos in-numru ta' uffiċjali pubbliċi, din it-teknoloġija ġabet magħha progress fejn il-qadi tas-servizzi pubbliċi beda jsir b'aktar effiċjenza u inqas nies. Meta b'effett ta' l-introduzzjoni ta' l-informatika fid-dipartimenti, is-sistemi ġew konsolidati, l-impjegati li rriżultaw żejda ġew trasferiti f'postijiet fejn kien aktar utli, filwaqt li uħud li spiċċaw ma daħlux oħrajn minflokhom. M'hemmx dubju li jrid jiġi assigurat li dan l-investiment kbir fl-informatika jħalli l-akbar frott possibli. Għalhekk is-Central Information Management Unit fl-Uffiċċju tiegħi ser jibda jagħmel verifiki (value for money ordered) biex jinkiseb l-akbar valur possibbli minn dan l-investiment.
Leg 9 PQ #8179 Sitting 138 1999-07-21 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Refurbishment

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'refurbishment u f'għamara ġdida fl-uffiċini tal-Ministeru u f'tad-Diretturi jew Chairmen li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Dwar refurbishment u għamara ġdida fl-Uffiċċju tiegħi minn Settembru 1998 sa Diċembru 1998 nirreferi l-Onorevoli Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 2835. Ninsab infurmat li bejn Jannar 1999 u Ġunju 1999 in-nefqa kienet ta' Lm865. Ta min jgħid ukoll li n-nefqa mis-Segretarjati Privati ta'l-amministrazzjoni preċedenti f'perjodu simili kienet ta' Lm8,266 li ma jinkludux għamara ta' l-uffiċċju mħallsa mill-Korporazzjoni Telemalta jew Maltacom plc. Dwar refurbishment u għamara ġdida fl-uffiċini tad-Diretturi li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħi, kif ukoll f'perjodu simili mill-amministrazzjoni ta' qabel, ninsab infurmat li l-ammont li ntefaq kien kif ġej: Nefqa Nefqa Sett 98 - Gun 99 Nov 96 - Aww 97 Ufficcju tal-Kabinett 1,945 80 Ufficcju tad-Direttur Generali (OPM) 2,168 4,526 Ufficcju tad-Direttur Generali (MPO) 90 190 Dipartiment ghas-Servizzi Korporattivi - 275 Dipartiment ghat-Tiftix taz-Zejt 4,160 111 Dipartiment ta l-Employee Relations - 212 Dipartiment tal-Policy & Planning - 278 Dipartiment Resourcing 172 - Dipartiment ta l-Informazzjoni 365 - Forzi Armati ta Malta 1,510 290 TOTAL 10,410 5,962
Leg 9 PQ #8524 Sitting 138 1999-07-21 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Impjegati

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 7072 jista' l-Prim Ministru jaqsam l-informazzjoni: (1) skond il-gradi li fihom irtiraw l-uffiċjali pubbliċi; u (2) maqsumin f'irġiel u nisa?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tliet tabelli li jagħtu l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #8940 Sitting 137 1999-07-20 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Armata — Suldati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk dawk il-persuni li ġew ingaġġati bħala suldati volontiera (każ ta' riżerva) humiex se jingħataw priferenza meta jinħarġu sejħiet għall-ingaġġ ta' suldati full-time?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li r-risposta hija fin-negattiv. Madanakollu, huwa naturali li dawk il-membri ta' l-Emergency Volunteer Reserve Force li applikaw biex jingaġġaw fl-Armata bħala suldati full-time skond is-sejħa riċenti jista jkollhom vantaġġ fil-fażi ta' l-intervista, fuq l-oħrajn li m'għandhom l-ebda esperjenza fil-Forzi Armati.
Leg 9 PQ #8003 Sitting 136 1999-07-19 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Membri Parlamentari — Għoti ta' medalji

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min kienu l-membri parlamentari li kienu intitolati li jirċievu l-midalja li tingħata lil xi membri parlamentari fis-7 Giugno li għadda? Jekk kien hemm xi membri li rrifjutaw, min kienu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-Membri Parlamentari li kellhom dritt li jirċievu fis-7 ta'Ġunju 1999 il-Midalja għall-Ħamsa u Sebgħin Anniversarju mir-re-introduzzjoni ta'Gvern Responsabbli f'Malta kienu: L-ET il-Prof Guido de Marco, President ta Malta Il-Perit Dom Mintoff Is-Sur Lino Spiteri Il-Magistrat Joe Cassar Is-Sur Alfred Portelli It-Tabib Joe Psaila Savona Il-Professur Edwin Grech Is-Sur Richard Muscat In-Nutar Dottor Sandro Schembri Adami Ninsab infurmat ukoll li l-Perit Dom Mintoff u t-Tabib Joe Psaila Savona dehrilhom li ma kellhomx jirċievu l-Midalja.
Leg 9 PQ #8197 Sitting 136 1999-07-19 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Tindif

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min għamel ix-xogħol ta' tindif fl-uffiċċji tal-Ministeru mill-5 ta' Settembru 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999? Jekk jirriżulta li dan it-tindif isir minn xi kumpannija privata, jista' jgħid: 1) min hi l-kumpannija; 2) kemm tħallset xahar b'xahar; 3) jeżisti kuntratt ma' din il-kumpannija; 4) inħarġet sejħa għal offerta; 5) jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti konnessi?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li x-xogħol ta' tindif fl-Uffiċċji tal-Ministeru bejn il-5 ta' Settembru 1998 u l-21 ta' Ġunju 1999 sar minn impjegati tal-Gvern.
Leg 9 PQ #8842 Sitting 136 1999-07-19 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Diretturi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm każi minn mindu bdiet isseħħ l-iskema tad-Diretturi fuq performance agreement, li direttorat ġie upgraded għal skala ogħla waqt il-perijodu tal-performance? Kemm kien hemm li ġew upgraded meta għalaq il-perijodu tal-kuntratt?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' direttorati illi ġew upgraded għal skala għola waqt it-terminu tal-kuntratt kien ta' tmienja. Ma kien hemm ebda direttorat li ġie upgraded meta għalaq it-terminu tal-kuntratt.
Leg 9 PQ #8843 Sitting 136 1999-07-19 Oral · Interim From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Diretturi

Question

B'riferenza għat-tagħrif mogħti bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5503, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm diretturi li ma qablux ma' l-award mogħti lilhom oriġinarjament? Kemm kien hemm li appellaw u kemm-il każ kien hemm fejn l-award oriġinali nbidel fl-appell?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #7998 Sitting 135 1999-07-14 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Armata — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm weġġgħu membri ta' l-Armata fuq ix-xogħol kawża ta' xi attakk li sar fuqhom minn persuni oħra waqt il-qadi ta' dmirijiethom is-sena li għaddiet u din is-sena li qegħdin fiha?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li matul is-sena li għaddiet u sal-15 ta' Ġunju ta din is-sena kien hemm sitt membri ta' l-Armata li weġgħu fuq ix-xogħol kawża ta attakk li sar fuqhom waqt il-qadi ta' dmirijiethom.